Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ġbir ta’ flus mill-Final Withholding Tax

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabru flus mill-Final Withholding Tax ta’ 15% fuq l-interessi ta’ investimenti varji, sena b’sena mill-2020 sal-2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella, kif ġej: Sena Ammonti 2020 34,975,172.09 2021 35,976,952.15 2022 32,441,369.35 2023 38,099,749.68 2024 58,995,479.82

Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili — Ftehim ta’ Medjazzjoni insinwat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Ftehim ta’ Medjazzjoni magħmul min-Nutar skont it-termini tal-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili (Kap. 55 tal-Liġijiet ta’ Malta) ġie insinwat f’dawn l-aħħar 10 snin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li mhijiex kompetenza taċ-Ċentru tal-Medjazzjoni li jirreġistra ftehim ta’ medjazzjoni li jkunu ġew konklużi.

L.S Sussidjara 437.101 — Infurzar

Question

Fid-dawl tar-Regolamenti dwar l-Identifikazzjoni Elettronika tal-Klieb, Leġislazzjoni  Sussidjara 437.101: “10. (3)Ħadd m’għandu:(a) jgħammar kelba li jkollha anqas minn tnax-il xahar; (b) iwelled aktar minn sitt boton ta’ ġriewi minn kelba waħda; (ċ) iwelled żewġ boton ta’ ġriewi fi żmien tnax-il xahar mill-istess kelba; (d) ibiegħ ġeru qabel ma jkollu minn ta’ l-anqas tmien ġimgħat.”, jista’ l-Ministru jgħid kif qed tiġi infurzata din il-liġi? Kemm-il rapport wasal mill-membri tal-pubbliku dwar allegat ksur ta’ din il-liġi bejn l-2019 u l-2025 u x’jiġri meta jidħol rapport minn membru tal-pubbliku dwar allegat ksur ta’ din il-liġi?  Jista’ jgħid ukoll kemm persuni nstabu ħatja li kisru din il-liġi bejn l-2019 u l-2025, u x’passi ttieħdu kontra min instab ħati?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-2019 u l-2025, waslu għand id-Direttorat għar-Regolamentazzjoni Veterinarja (VRD) żewġ rapporti differenti ta’ ksur tar-regoli msemmija hawn fuq. Il-proċess jibda permezz ta’ investigazzjoni li tinfetaħ kull darba li jidħol rapport dwar ksur possibbli ta’ din il-liġi. F’wieħed mill-każijiet instabet biżżejjed evidenza biex jitressaq il-Qorti. Dan il-każ, li nfetaħ bħala proċedura ġudizzjarja, għadu għaddej u nstema’ fis-26 ta' Settembru 2025.

Annimali eżotiċi — Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm rapporti waslu mill-membri tal-pubbliku bejn l-2023 u l-2025 dwar annimali eżotiċi jew perikolużi (mhux klieb, qtates jew fniek) li kienu jidhru maħrubin jew mitlufin? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-annimali nqabdu mid-direttorat responsabbli, kemm minnhom instab is-sid, u x’passi ttieħdu kontra s-sidien ta’ dawn l-annimali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rapporti li wasslu mill-pubbliku dwar annimali li mhux klieb qtates jew fniek li kienu maħruba jew mitlufa huma dawn li elenkat fit-tabella sottostanti: Speċi Numru ta’ Rapporti Pigeon 33 Duck 25 Chicken 24 Budgie 10 Marmoset 1 Parakeet 1 Goose 1 Gerbil 4 Hamster 1 Guinea Pig 1 Finch 3 Canary 3 Starling 1 Green Vervet Monkey 1 Total 109

Ta’ Qali - Petting Farm — Luna Park

Question

Fid-dawl tal-fatt li fis-snin 2024 u 2025 twaqqfet Luna Park ħdejn il-petting farm f’Ta’ Qali, fejn dan kien ta’ detriment u disturb gravi u fit-tul għall-annimali f’dan il-petting farm, tista’ l-Ministru tgħid taħt min jaqa’ dan il-petting farm?

Response (DALLI, MIRIAM)

Il-Petting Farm ta’ Ta’ Qali jaqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ Project Green. Tul dawn l-aħħar snin, kull meta saret il-Luna Park biswit, dejjem ittieħdu miżuri biex jittaffa l-impatt fuq l-annimali. Is-sena l-oħra kien installat materjal sound-proof għall-għasafar biex jitnaqqas l-impatt tal-ħsejjes esterni filwaqt li tħalliet iċ-ċirkolazzjoni naturali tal-arja. Ġew installati wkoll tined biex joskuraw l-effett tad-dawl iteptep filwaqt li tqiegħdu bozoz apposta b’dawl baxx fil-gaġeġ biex jgħinu l-għasafar itiru bil-lejl. Kien hemm annimali oħrajn, bħal fil-każ tal-pagun, li kellha ssir rilokazzjoni temporanja tagħhom. Dan filwaqt li sar moniteraġġ kontinwu tal-annimali biex nassiguraw li l-impatt jibqa’ wieħed minimu. Din is-sena, filwaqt li l-attrazzjonijiet tal-Luna Park ġew ripożizzjonati b’tali mod li l-impatt ikun l-inqas possibbli, ittella’ wkoll diviżorju bejn il-Petting Farm u l-Luna Park biex jitnaqqas aktar il-livell tal-istorbju u d-dawl. L-istess moniteraġġ reġa’ sar biex jiġu żgurati l-benesseri tal-annimali.

Ta’ Qali - Petting Farm — Luna Park

Question

Fid-dawl tal-fatt li fis-snin 2024 u 2025 twaqqfet Luna Park ħdejn il-petting farm f’Ta’ Qali, fejn dan kien ta’ detriment u disturb gravi u fit-tul għall-annimali f’dan il-petting farm, jista’ l-Ministru jgħid taħt min taqa’ din l-art?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Jista l-Onor. Interpellant jiċċara għal liem art qieghed jirreferi.

Ta’ Qali - Petting Farm — Luna Park

Question

Fid-dawl tal-fatt li fis-snin 2024 u 2025 twaqqfet Luna Park ħdejn il-petting farm ta’ Ta’ Qali, fejn dan kien ta’ detriment u disturb gravi u fit-tul għall-annimali f’dan il-petting farm, jista’ l-Ministru jgħid ta’ min kienet din id-deċiżjoni u jekk hemmx xi pjan li din il-Luna Park jew attivitajiet simili jsiru f’dan il-post fis-snin li ġejjin?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali — Klieb tar-razza bully miġbura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabru klieb tar-razza bully fis-snin 2024 u 2025 mid-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-klieb reġgħu ngħataw lil sidhom u kemm minnhom ġew adottati minn membri tal-pubbliku?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella segwenti bl-informazzjoni kollha mitluba marbuta ma’ klieb tar-razza bully. Sena Total ta’ klieb tar-razza bully miġbura Total ta’ klieb tar-razza bully li ngħataw lil sidhom Total ta’ klieb tar-razza bully li ġew adottati 2024 105 15 65 2025 37 6 29

Regolamenti dwar l-Użu tal-Karozzini — Infurzar

Question

Fid-dawl tar-Regolamenti dwar l-Użu tal-Karozzini, L.S. 439.22 3. (1) “Ebda karozzin ma għandu jiċċirkola f’xi triq matul il-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-31 ta’ Awwissu bejn is-siegħa u l-erbgħa ta’ wara nofsinhar.”, jista’ l-Ministru jgħid kif qed tiġi infurzata din il-liġi? Jista’ jgħid ukoll kemm-il-rapport wasal mill-membri tal-pubbliku dwar allegat ksur ta’ din il-liġi bejn l-2019 u l-2025? Jista’ wkoll jispjega x’jiġri meta jidħol rapport minn membru tal-pubbliku dwar allegat ksur ta’ din il-liġi, kemm persuni instabu ħatja li kisru din il-liġi bejn l-2019 u l-2025, u x’passi ttieħdu kontra min instab ħati?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 30303. Matul l-ispezzjonijiet imsemmija, ingħatat twissija waħda marbuta mal-L.S.439.22 Reg 3.

Regolamenti dwar l-Użu tal-Karozzini — Infurzar

Question

Fid-dawl tar-Regolamenti dwar l-Użu tal-Karozzini, L.S. 439.22 : “5. (1) Żiemel jista’ jintuża għal vjaġġi bil-karozzin fi ġranet alternattivi biss ; u 5, (2) Mingħajr preġudizzju għas-subregolament (1), żiemel ma jistax jintuża għal vjaġġi bil-karozzin f’iktar minn tlett ijiem f’ġimgħa waħda”, jista’ l-Ministru jgħid kif qed tiġi infurzata din il-liġi? Jista’ jgħid ukoll kemm-il każ ta’ ksur ta’ din il-liġi nstab bejn l-2019 u l-2025, u x’passi ttieħdu kontra min instab ħati li kiser din il-liġi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-Regolament dwar użu tal-Karozzini L.S.439.22 jistabilixxi diversi parametri sabiex jiġi żgurat il-benesseri tal-annimali. L-obbligi kollha qed jiġu vverifikati b’mod regolari waqt spezzjonijiet uffiċjali mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali. Dawn jitwettqu fi ġranet u ħinijet differenti tal-ġimgħa u  jinkludu fost l-oħrajn verifika tal-mikroċip tal-annimali, il-kundizzjoniet ta’ mistrieħ, dell u ilma u numru ta’ passiġġiera. It-tabella segwenti tinkludi l-ispezzjonijiet imwettqa minn dan id-Direttorat fis-snin 2024 u 2025 sa issa. Sena Total ta’ spezzjonijiet imwettqa fuq żwiemel tal-Karozzini 2025 666 2024 290 In-numru ta’ rapporti li daħlu fl-2024 u fl-2025 sa issa, huma hekk kif ġej: Sena Total ta’ Rapporti li daħlu 2025 14 2024 8 Matul dawn l-ispezzjonijiet ma nstabu l-ebda irregolaritajiet marbuta ma’ Regolament 5 (1) u (2). Ma hemmx data kkonsolidata disponibbli għall-perjodu 2019 sa l-2023.

Fond konsolidat — Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-fond konsolidat minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba, sal-4 ta’ Settembru 2025, hi skond it-tabella hawn taħt: Recurrent Expenditure €5,030,928,521 Capital Expenditure €492,925,129 TOTAL €5,523,853,650

Noise Prevention and Control (Framework) Regulations, 2012 — Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap. 504) tal-Liġijiet ta’ Malta

Question

B’referenza għan-Noise Prevention and Control (Framework) Regulations, 2012 kif ukoll għall-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap. 504) tal-Liġijiet ta’ Malta, li huwa mniżżel bħala “partially in force”, tista’ l-Ministru tgħid liema partijiet ta’ din il-liġi huma implimentati? B’referenza għal dawk il-partijiet tal-liġi li għadhom mhux fis-seħħ, tista’ l-Ministru tgħid meta ser jiġu implimentati u jidħlu fis-seħħ u għalfejn ma ġewx implimentati mal-bidu fis-seħħ ta’ din il-liġi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap. 504) daħal fis-seħħ fit-13 ta’ Lulju 2010 permezz ta’ Att Nru X tal-2010. Dan l-Att kien jimplimenta l-Malta Environment and Planning Authority (MEPA) li llum il-ġurnata flokha hemm żewġ entitajiet separati u distinti minn xulxin (l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u l-Awtorità tal-Ippjanar) permezz ta’ żewġ Atti differenti, l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent (Kap. 549 tal-Liġijiet ta’ Malta) u l-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap 552 tal-Liġijiet ta’ Malta). Il-Kap 549 jidher ‘partially in force’ proprju għax il-maġġoranza tiegħu ġie repealed bl-imsemmija Atti ġodda. Ninformah ukoll li ma jeżistu ebda Noise Prevention and Control (Framework) Regulations, 2012.

Child care centres — Spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk isirux spezzjonijiet għal għarrieda fiċ-childcare centres? Jekk iva, jista’ jgħid kemm saru spezzjonijiet fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk ma sarux, jista’ jgħid għaliex?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Mental Health First Aider

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx Mental Health First Aider appuntat fid-dekasteru tiegħu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30032