Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm katavri ta’ persuni unclaimed u li l-funeral tagħhom sar mill-Gvern, minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu f’Malta u kemm kienu f’Għawdex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Jannar sat-3 ta’ Ottubru 2025 il-Gvern organizza 7 funerali f’Malta.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27640 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u jgħid x’ser jiġri minn dawk l-istudenti b’diżabilità li jattendu l-Iskola tal-Wardija wara li jagħlqu l-età li jispiċċaw mill-iskola? Tista’ tgħid ukoll jekk dawn l-istudenti hux ser ikollhom biżżejjed ħiliet biex ikunu jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28424 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29143 u 29697 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi rispettivament u jgħid liema huma l-bajjiet li huma aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?
Il-Belt, Valletta - Aċċess adegwat għall-persuni vulnerabbli
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29724 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u jgħid kemm hemm binjiet fil-Belt Valletta, inklużi ristoranti, uffiċini u ħwienet, li ġew infurzati biex jirranġaw il-binja biex jipprovdu aċċess adegwat għall-persuni vulnerabbli?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Skejjel primarji u sekondarji - Rata ta’ assenteiżmu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata ta’ assenteiżmu fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-Gvern fis-sena skolastika 2024-2025 vis-a-vis is-sena skolastika preċedenti 2023-2024? Jista’ wkoll jelenka din l-informazzjoni skola, skola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Scholastic Year
School Level
% Absence
2023/24
Primary
4.01%
2023/24
Middle
5.58%
2023/24
Secondary
8.46%
Scholastic Year
School Level
% Absence
2024/25
Primary
3.56%
2024/25
Middle
5.00%
2024/25
Secondary
8.26%
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin - Gwardjani u uffiċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm gwardjani u uffiċjali fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u jaqsam din l-informazzjoni skont ir-rank tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi bħalissa l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi timpjega 414 -il uffiċjal korrettiv fuq bażi ta’ full-time u 20 fuq bażi part-time, hekk kif indikat fit-tabella t’hawn taħt. Dan minbarra persuni oħra ċivili u professjonisti.
Rank
Ħaddiema
Spettur Korrettiv Anzjan
5
Spettur Korrettiv Klassi II
14
Spettur Korrettiv Klassi I
1
Surġent Maggur Korrettiv
35
Surġent Korrettiv
42
Uffiċjal Korrettiv Klassi II
36
Uffiċjal Korrettiv Klassi I
87
Uffiċjal Korrettiv – 194
194
Uffiċjal Korrettiv Riżerva (Part-time)
20
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi kkunsidrat li t-trasport għal persuni b’diżabilità jsir ukoll b’xejn bħal karozza tal-linja biex dawn il-persuni ma jiġux iddiskriminati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz tat-trasport pubbliku huwa bla ħlas għal kull min għandu it-Tallinja Card personalizzata, liema benefiċċju beda jingħata lill-persuni b’diżabilità mis-sena 2019. Tajjeb wieħed ifakkar ukoll illi l-karozzi tal-linja kollha li jintużaw għas-servizz tat-trasport pubbliku huma aċċessibbli għal persuni b’diżabilità.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi ġodda ta’ xogħol lill-persuni ta’ pajjiżi terzi (TCNs) fis-sena 2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabru flus mil-liċenzji tal-karozzi fl-2023 u fl-2024 u jindika kemm kien id-dħul minn liċenzji tar-‘red plates’ u liċenzji tal-‘classic cars’?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab f’din it-tabella:
2023
2024
Liċenzji tal-karozzi
€86.2 miljun
€91.5 miljun
Liċenzji red plates
€426,756
€349,059
Liċenzji classic cars
€74,536
€78,385
Il-liċenzji tal-‘classic cars’ jiġu miġbura biss meta l-vettura taqbeż it-3,000 kilometru ta’ sewqan fis-sena. Il-bqija jinġabru biss €8 bħala ħlas amministrattiv għal kull vettura reġistrata bħala “classic”.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu telefonati minn barranin fuq is-Supportline 179, mill-2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-bażi li fuqha hija mibnija r-relazzjoni ta’ fiduċja li s-servizz tan-
National Supportline 179
għandu mal-eluf ta’ persuni li fittxew l-għajnuna tul is-snin kienet, għadha w tibqa’ dejjem l-kunfidenzjalità.
Għaldaqstant, l-operaturi tas-servizz ma jistaqsux lil min iċempel għal għajnuna, dwar in-nazzjonalità tiegħu jew tagħha. Dan huwa aktar importanti fil-kas ta’ persuni barranin ħalli ma jħossux, jew ma jibżgħux, li jistgħu jiġu ddiskriminati minħabba l-istess nazzjonalità tagħhom.
Il-Belt, Valletta – Bdil fil-bini għal aċċess adegwat għall-persuni vulnerabbli
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm binjiet fil-Belt Valletta, inklużi ristoranti, uffiċini u ħwienet, li ġew infurzati biex jirranġaw il-binja biex jipprovdu aċċess adegwat għall-persuni b’diżabilità, persuni bi problemi ta’ mobilità u anzjani?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol li tagħmel il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b'Diżabilità (CRPD) imur lil hinn mill-infurzar għax ix-xogħol li sar biex il-binjiet jiġu aċċessibbli huwa frott ta’ djalogu, medjazzjoni u edukazzjoni.
Il-Kummissjoni f'dan il-qasam taħdem kemm billi tapprova l-permessi għall-Ippjanar li jieħdu f’konsiderazzjoni l-aċċessibilità, kif ukoll taġixxi fuq binjiet li diġà qed joperaw.
Mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-14 ta' Settembru 2025 il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b'Diżabilità kienet mitluba tagħti n-no objection tagħha fuq 172 applikazzjoni għal żvilupp fil-Belt Valletta. Minn dawn, hija oġġezzjonat għal 91 applikazzjoni (53%), ħarġet approvazzjoni b'kundizzjonijiet għal 40 applikazzjoni (23%) u approvat 41 applikazzjoni (24%).
Mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-14 ta’ Settembru 2025 is-CRPD irċeviet ħames (5) ilmenti mill-pubbliku dwar binjiet minn fejn joperaw negozji li mhumiex aċċessibbli fil-Belt Valletta. Wara li l-Kummissjoni ikkomunikat mas-sidien jew operaturi ta’ dawn il-binjiet, f'erba’ (4) każijiet saru xogħolijiet li permezz tagħhom saru aċċessibbli. Fil-każ l-ieħor, ix-xogħolijiet għadhom għaddejjin, iżda saru arranġamenti temporanji sakemm jitlesta x-xogħol.
Fl-istess perjodu, is-CRPD irċeviet 22 rapport permezz tas-sistema mħaddma mill-Inspections Coordination Office dwar negozji mhux aċċessibbli fil-Belt Valletta. Minn dawn, tlieta (3) għamlu x-xogħol neċessarju biex iġibu l-binja aċċessibbli, fi 13-il każ il-Kummissjoni qegħda f'kommunikazzjoni mas-sidien jew operaturi biex jinstab l-aħjar mezz kif il-postijiet isiru aċċessibbli u hemm sitt (6) każijiet fejn mhuwiex possibbli li l-binjiet jiġu aċċessibbli.