Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn jet skis liċenzjati? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-proċedura biex jinkrew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ jet skis irreġistrati taħt is-Small Ships Register jammontaw għal 985, li minnhom 272 huma ċċertifikati kummerċjalment, u minn dan in-numru 152 huma attivi.
Biex jet ski jinkera, għandu jkun konformi mar-Regolamenti dwar il-Bastimenti Kummerċjali, li jinkludu l-proċess għall-ħruġ tal-Liċenzja tal-Operatur tal-Water Sports u l-osservanza tat-termini u l-kundizzjonijiet relatati li jridu jiġu rispettati mill-operatur tal-water sports.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq il-fuel tal-vapuri tal-Gozo Channel fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li in-nefqa fuq il-fuel tal-vapuri tal-Gozo Channel minn Jannar 2025 sa l-aħħar kont li l-kumpanija irciviet sat-30 ta’ Awissu 2025 jammonta għal €3.7 miljuni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn kumpaniji liċenzjati li joffru servizzi finanzjarji?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sa l-aħħar ta’ Settembru 2025, kien hemm total ta’ 2,497 kumpaniji liċenzjati li joffru servizzi finanzjarji f’Malta.
Raħal Ġdid - Ċentru tas-Saħħa Vincent Moran - Persuni li ngħataw servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ngħataw servizz fiċ-Ċentru tas-Saħħa Vincent Moran f’Raħal Ġdid mill-ftuħ tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jagħti elenku tas-servizzi varji li ngħataw?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari
30393 u 30394.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin - Gwardjani jaħdmu fil-kċina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm gwardjani jaħdmu fil-kċina tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u x’rank għandhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fil-kċina tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm tmien uffiċċjali jaħdmu bħalissa. Bħala ranks jinkludu spettur, surġent u sitt uffiċċjali korrettivi.
Ħ’Attard - Triq is-Sienja u Triq il-Blanzuni - Xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29669 fejn intqal li Triq il-Blanzuni f’Ħ’Attard għandha titlesta sa nofs Settembru, u peress li ż-żmien imsemmi għadda u x-xogħol għadu għaddej, jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni ta’ meta ser jitlesta dan ix-xogħol? Jista’ wkoll jagħti indikazzjoni ta’ kemm ġiet tiswa din it-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hu previst li x-xogħlijiet jiġu konklużi sal -aħħar ta’ Ottubru 2025. Spiża tax-xogħlijiet għadha ma ġietx ikkwantifikata.
Kumpaniji tal-iGaming - Ħaddiema Maltin u barranin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ ħaddiema Maltin u barranin direttament impjegati ma’ kumpaniji tal-iGaming?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, fl-aħħar t’April 2025 in-numru ta’ persuni li kienu jaħdmu fuq bażi full u part-time (part-time only) fis-settur tal-Gambling & Betting Activities kien ta` 10,883 li minnhom 3,301 persuna kienu Maltin.
L-aħħar ċifri ppubblikati huma t`April 2025.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani fuq il-lista ta’ stennija biex jidħlu fid-djar tal-anzjani?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm 1,467 anzjan fuq il-lista ta’ stennija għad-dħul f’dar residenzjali. Matul l-aħħar tliet xhur, ġew sottomessi 564 applikazzjoni ġdida. Barra minn hekk, isir kull sforz sabiex tinxtara kull sodda disponibbli fis-suq privat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18579 u 18937 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u jgħid
jekk reġgħetx bdiet tiġi inforzata l-kwota ta’ ħaddiema b’diżabilità f’kumpaniji minn wara l-COVID-19 lil hawn?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li t-tweġiba hija fl-affermattiv.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20978 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u tgħid kemm huwa n-numru ta' barrieri liċenzjati bħalissa f'Malta u Għawdex u f'liema lokalitajiet jinsabu? Tista’ tgħid ukoll meta saru l-aħħar spezzjonijiet f’kull barriera u x'passi ttieħdu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.