Il-Belt, Valletta - Aċċess adegwat għall-persuni vulnerabbli
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29724 u 30856 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu rispettivament u tgħid kemm hemm binjiet fil-Belt Valletta, inklużi ristoranti, uffiċini u ħwienet, li ġew infurzati biex jirranġaw il-binja biex jipprovdu aċċess adegwat għall-persuni vulnerabbli?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba ta’ PQ Nru 30501.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin – Persuni miżmuma taħt arrest
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni miżmuma taħt arrest fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma barranin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li sal-mument li nġabret din l-informazzjoni, fl-14 ta’ Ottubru, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kien hemm 284 taħt arrest b’187 huma persuna ta’ nazzjonalità barranija.
Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ Allied Health Care Professionals li rriżenjaw f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul l-2022 irreżenjaw 2; fl-2023 u fl-2025, irreżenjaw persuna waħda f’kull sena.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 6066 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 392 tat-22 ta' Ottubru 2025)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ġodda ta’ kanċer tas-sider fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-15 t’Ottubru 2025, kien hemm 428 każ ġdid ta’ kanċer tas-sider.
Infurmat ukoll li minn dawn il-każi, kien hemm 104 li ġew riferuti mill-iscreening unit. Minn dawn, kien hemm 75 “invasive carcinoma u 29 “carcinoma in situ”, li jfisser stadju bikri ħafna ta’ kanċer magħruf bħala Stage 0, fejn iċ-ċelloli tal-kanċer huma limitati għall-“milk duct” u ma nifdux fit-tessut tas-sider. Għalhekk hu stadju fejn l-kanċer hu kważi dejjem kompletament kurabbli.
Nieħu din l-opportunità sabiex inħeġġeġ lil kull mara li tirċievi invit għall-screening tas-sider, sabiex ma tinjorahiex u tmur.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22389, 25600, 28027, 28765, 29166 u 29733 u jgħid jekk hux ser issir estensjoni fl-Iskola taż-Żokrija l-Mosta? Jista’ jgħid kemm ser jiżdiedu klassijiet u kif ser ssir l-estensjoni pereżempju jekk hux ser jinbena sular ieħor? Jekk ser ssir estensjoni, din ser issir matul is-sena skolastika għad-detriment kemm għal saħħet l-istudenti kif ukoll l-edukaturi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet neċessarji mal-istakeholders konċernati.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30667 u jgħid kemm inħarġu permessi ġodda ta’ xogħol lill-persuni ta’ pajjiżi terzi (TCNs) fis-sena 2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 31239.
Health Care Workers u Health Assistants li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ Health Care Workers u Health Assistants li rriżenjaw f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-unika riżenja ta’ Care Worker fil-perjodu msemmi kienet fl-2024.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 6067 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 392 tat-22 ta' Ottubru 2025)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema jew LSEs mħarrġa fil-First Aid f’każ li jkun hemm inċident u jaqsam din l-informazzjoni skola, skola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm 249 edukatur li għandhom l-irwol ta’ First Aiders fl-iskola bit-taħriġ provdut minn-naħa tal-amministrazzjoni. Hemm ukoll 3,068 edukatur li għandhom ċertifikat validu tal-Basic Life Support (BLS).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal barranin, kemm mill-Unjoni Ewropea u kemm minn pajjiżi terzi, fl-iskola primarja tal-Mosta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Kulleġġ
Maltese
EU
Non-EU
Total
Maria Regina College Mosta Primary A
387
47
80
514
Maria Regina College Mosta Primary B
243
19
50
312
Total
629
66
130
826
Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili - Ftehimiet ta’ Medjazzjoni insinwati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ftehim ta’ medjazzjoni magħmul minn nutara skont it-termini tal-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili (Kap. 55 tal-Liġijiet ta’ Malta) ġie insinwat min-nutara fir-Reġistru Pubbliku f’dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-medjazzjonijiet jitqiesu bħala noti ordinarji ta’ reġistrazzjoni, u għaldaqstant ma jinżammx reġistru speċifiku għalihom.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx sigurtà mal-iskejjel primarji u sekondarji tal-Gvern? Jekk iva, jista’ jindika x’tip ta’ sigurtà hemm? Jekk le, hemm xi pjanijiet f’dan ir-rigward?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’kull skola tal-Istat hemm provediment ta’ Uffiċjal tas-Sigurtà mal-bieb tal-iskola kemm primarja kif ukoll sekondarja.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il NGO waqfet topera mill-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwiegba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2023, total ta’ 96 organizzazzjoni volontarja waqfu milli joperaw u ġew imħassra mir-reġistru uffiċjali tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji (OCVO).