Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm boutique hotels u Airbnb liċenzjati Ħ’Attard?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-akkomodazzjoni turistika reġistrata f’ Ħ’Attard hija kif tidher hawn taħt:
Hotels 1
Guest Houses 0
Hostels 0
Holiday Furnished Premises 7
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm boutique hotels u Airbnb liċenzjati fil-Mosta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-akkomodazzjoni turistika reġistrata fil-Mosta hija kif tidher hawn taħt:
Hotels 0
Guest Houses 4
Hostels 0
Holiday Furnished Premises 33
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tad-demm fl-Isptar Mater Dei matul l-2024 u matul l-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fl-Isptar Mater Dei fl-2024 saru 15,068,938 test tad-demm, u mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Settembru 2025 saru 11,836,413-il test tad-demm.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx servizz psikoloġiku għall-ħaddiema tas-CPD li jkunu raw jew esperjenzaw każ traġiku?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jingħataw servizz psikoloġiku regolarment skont il-ħtieġa permezz tal-Employee Support Programme.
Ninsab infurmat li l-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jingħataw servizz psikoloġiku regolarment skont il-ħtieġa permezz tal-Employee Support Programme offrut lill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx servizz psikoloġiku għall-pulizija li jkunu marru fuq xena ta' delitt jew esperjenzaw każ traġiku?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li meta servizz psikoloġiku jkun neċessarju, il-Pulizija jiġu kkuntattjati mill-Victim Support Unit li barra milli jagħtu tagħrif tas-servizzi disponibbli, jestendu l-assistenza tagħhom kif ikun meħtieġ. L-istess uffiċċjali għandhom ukoll aċċess għal Programm ta' Appoġġ għall-Impjegati, speċjalment minħabba li b’mod kostanti, huma jiltaqgħu ma’ diversi sitwazzjonijiet kritiċi u diffiċli, bħal ma semma l-Onorevoli Membru, u ċioe’ każi fejn dawn imorru fuq xena ta' delitt jew jiffaċċjaw esperjenzi ta’ każi traġiċi ta’ kull tip. Membri tal-Korp huma konxji mis-servizzi tal-Employee Support Programme, li jmexxu programm ta’ servizzi li huma jistgħu faċilment jaċċessaw, u kull assistenza li tingħata tkun effettiva u speċifika għal każ tagħhom. Dan is-servizz li huwa kunfidenzjali, u fost ħwejjeġ oħra jindirizza kwistjonijiet ta’ diffikultajiet tas-saħħa mentali u stress.
Persuni li qed jiskontaw sentenza – Sapport għall-familjari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’għajnuna jew sapport jingħataw lill-familjari (ġenituri, mara, raġel, tfal) tal-priġunieri li jkunu qegħdin jiskontaw sentenza?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li s-sapport għall-familjari ta’ persuni miżmuma fil-ħabs f’Malta jinkludi firxa ta’ servizzi offruti mit-tim tal-CREU (Unità tal-Kura, Reintegrazzjoni u Edukazzjoni).
Dawn is-servizzi jibdew b’assessjar psiko-soċjali mal-wasla tal-persuna fil-ħabs u jkomplu matul iż-żmien tas-sentenza, inkluż kuntatt dirett mal-familjari, referenzi għal servizzi fil-komunità, u terapija tal-familja. Il-familjari jiġu infurmati dwar il-kundizzjonijiet mediċi tal-priġunieri fejn jistgħu jikkomunikaw permezz ta’ telefonati, ittri, u viżti online, (No-Contact Visits) u (Contact Visits), kif ukoll viżti b’sorveljanza speċjalizzata organizzati għal tfal tal- priġunieri li jinsabu taħt ordni ta’ ħarsien.
Jittieħdu wkoll miżuri speċjali f’każ ta’ emerġenzi, u okkażjonijiet familjari bħalma huma twelid, funerali, u ċelebrazzjonijiet. Il-CREU jorganizza wkoll attivitajiet għat-tfal, aċċess għal jum il-ġenituri, u appoġġ edukattiv.
Apparti minn dan il-Ministeru jinvesti ħafna biex bi sħab ma’ għaqdiet fis-settur jgħin lil persuni jkunu skontaw sentenza, jew li għaddejjin bis-sentenza u l-familjari tagħhom.
Flimkien ma’ Mid-Dlam għad-dawl hemm il-proġett Locked Out fejn priġunieri u familjari tagħhom jattendu għall-sessjonijiet ta’ terapija flimkien ma’ numru ta’ professjonisti. Mal-istess għaqda hemm il-programm, ‘Jien u int’ fejn priġunieri jiltaqgħu ma’ uliedhom f’dar il-Marsa u ‘l bogħod mill-bini tal-ħabs u hemm ikun hemm is-superviżjoni ta’ numru ta’ professjonisti li jassistu mhux biss lill-priġunieri iżda anke t-tfal u l-kumplament tal-membri tal-familja. L-istess għaqda tmexxi wkoll dar fil-Birgu fejn priġunieri jqattgħu l-aħħar parti mis-sentenza u propju l-bażi tal-programm huwa r-rintegrazzjoni tal-priġunieri mal-familjari billi jiġi pruvdut sapport lit-tnejn.
Mal-għaqda RisE hemm servizz ta’ after care li jingħata lill-priġunieri u familjari tagħhom liema servizz jingħata minn professjonisti u jvarja minn sessjonijet ta’ terapija sa anke għajnuna sabiex jinstab impjieg. Anke fil-każ tar-RisE fil-programmi tagħhom ta’ rintegrazzjoni tingħata wkoll importanza li jkun hemm relazzjonijiet tajbin bejn il-familarji u dan isir ukoll permezz ta’ għajnuna apposta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29198 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid kemm hu l-ħlas fiċ-childcare centres f’każ li t-tfal jimirdu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Qiegħed inpoġġi dokument fuq il-Mejda tal-Kamra li jinkludi informazzjoni dwar l-iskema u li jinsab fuq il-website ta’ jobsplus flimkien ma’ għadd ta’ dokumenti oħra relatati.
Att dwar is-Saħħa - Regola 24(2) - Kura b’xejn għal TCNs
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29673 u jgħid għaliex il-policy dwar il-kura b’xejn għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCNs) ma kinitx ippubblikata permezz tar-regolamenti taħt l-Att dwar is-Saħħa (Kap. 528), kif mitlub mir-Regola 24(2)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 31138.
Sptar Mater Dei u Ċentri tas-Saħħa - Kura b’xejn għal TCNs
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29672 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policy li tintuża fl-Isptar Mater Dei u fiċ-Ċentri tas-Saħħa biex tiġi determinata l-eleġibbiltà ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCNs) biex ikollhom aċċess għall-kura b’xejn u li tindika wkoll il-bażi legali li hija msejsa fuqha din il-policy?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-Isptar Mater Dei u ċ-Ċentri tas-Saħħa huwa ggwidat mil-Leġislazzjon Sussidjara 35.28 "Regolamenti dwar drittijiet għall-kura tas-saħħa", li kopja ta’ dawn ir-regolamenti diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29024, 29546 u 29732 u jgħid l-ammont ta’ assi, bħala assi, li nbiegħu mill-Asset Recovery Bureau minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29023, 29545 u 29731 u jgħid kemm, u x’valur ta’ assi, inġabru mill-Asset Recovery Bureau minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30103 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u jgħid jekk isirux spezzjonijiet għal għarrieda fiċ-childcare centres? Jekk iva, jista’ jgħid kemm saru spezzjonijiet fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk ma sarux, jista’ jgħid għaliex?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dwar spezzjonijiet relatati mal-istandards taċ-child care centres għandu jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Intant, ninsab infurmat li Jobsplus tagħmel spezzjonijiet għall-għarrieda marbuta mat-tħaddim tal-iskema tal-Free Childcare fejn minn Ġunju ta’ din is-sena sa’ Ottubru saru 208 spezzjoni fiċ-childcare centres.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30664 u jgħid kemm daħlu jaħdmu għalliema ġodda fl-iskejjel tal-Istat fis-sena skolastika 2025-2026?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal din is-sena skolastika, fl-iskejjel tal-Istat, daħlu 182 għalliema ġodda.