Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċitazzjonijiet - Tipjip fi stabbilimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu nies ipejpu ġo stabbilimenti u kemm ingħataw ċitazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ kontravenzjonijiet li nħarġu lill-persuni li nqabdu mill-Pulizija jpejpu fi stabbilimenti, bejn Jannar 2025 sal-31 ta’ Ottubru 2025 kien ta’ erba’ mija u erba’ (404) każi u sitta u tletin (36) kontravenzjoni kontra individwi li ppermettew it-tipjip ta’ dan it-tip fuq il-proprjetà tagħhom.

Reġistru tax-xogħol - Barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni barranin fuq ir-reġistru biex ifittxu x-xogħol?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li dawk ifittxu xogħol full-time huma 183 Persuni mill-Unjoni Ewropea (jinkludu EU dependants) u 35 Persuni minn Pajjiżi Terzi (TCN's) (jinkludu long-term resident, UK nationals’ article 18 , freedom of movement by marriage, TCN family member of UK nationals). Infurmat li dawk li qed ifittxu xogħol part-time huma 19 Persuni mill-Unjoni Ewropea (jinkludu EU dependants) u 8 Persuni minn Pajjiżi Terzi (TCN's) (jinkludu long-term resident, UK nationals’ article 18 , freedom of movement by marriage, TCN family member of UK nationals).

Skola Medika Barts - Studenti li temmew l-istudji tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li temmew l-istudji tagħhom mal-Iskola Medika Barts matul is-snin 2024 u 2025?  Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-istudenti ngħataw impjieg mas-servizzi tas-saħħa ta’ Malta fis-snin 2024 u 2025?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskola msemijja hi skola privata.

Sptar Mater Dei - Konsulenti ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ konsulenti ġodda li ġew reklutati fl-Isptar Mater Dei fl-2024 u fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni dipartiment, dipartiment?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei - Konsulenti li spiċċaw, irtiraw jew irriżenjaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ konsulenti li spiċċaw, irtiraw jew irriżenjaw mill-Isptar Mater Dei fl-2024 u fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni dipartiment, dipartiment?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Formolarju tal-Gvern – Mediċini miżjuda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, sena b’sena, liema kienu l-mediċini li żdiedu fuq il-formolarju tal-Gvern mill-2023 sal-2025? Jista’ jgħid ukoll x’mard jikkuraw dawn il-mediċini?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninnota kif dan il-Gvern qed ikompli jinvesti sabiex iżid il-mediċini fuq il-formolarju tal-Gvern. Infakkar kif fl-aħħar baġit ta’ Gvern Nazzjonalista, is-somma allokata għall-POYC kienet ta’ €3miljun. Gvern Laburista fil-baġit għas-sena d-dieħla, qed jalloka €29 miljun - u qed insaħħu l-investiment b’żieda ta’ €3.5 miljuni oħra fuq is-sena kurrenti. Intant, qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin - faċilitajiet ta’ rekreazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ faċilitajiet ta’ rekreazzjoni hemm għar-residenti ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm diversi faċilitajiet ta’ rikreazzjoni għar-residenti fosthom: • 14-il bitħa ta’ diversi daqsijiet b’total ta’ 'l fuq minn 5,438 metru kwadru u li jkunu   miftuħa għal diversi sigħat matul il-ġurnata • 6 gyms attrezzati b’apparat għat-taħriġ • 2 outdoor gyms • 1 football ground 5 a-side bit-turf sintetiku b’daqs ta’ 950 metru kwadru • 1 football ground bit-turf sintetiku b’daqs ta’ 620 metru kwadru • Billiards • Table soccer • 10 imwejjed tat-table tennis • Diversi board games fid-diviżjonijiet kollha • Diversi settijiet ta’ televiżjoni mqassma f’diversi postijiet (imħallsa mill-Aġenzija) • Aċċess għal TV fiċ-ċella b’diversi stazzjonijiet inkluż sport, minn fornitur privat (spejjeż jitħallsu mir-resident) • Aċċess għal pussess u użu lil kull resident li video game fiċ-ċella tiegħu (spejjeż jitħallsu mir-resident) • Aċċess għal-radju Għal assistenza neċessarja flimkien mal-immaniġjar ta’ dawn il faċilitajiet insibu 2 full time sports coordinators u 2 gym attendants Inżid ukoll li bħalissa l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi qed tħejji sabiex tiżviluppa żona ġdida li ser tkun iddedikata għal multi-purpose pitch fejn fost l-oħrajn dan se jakkomoda l-prattika ta’ diversi sports fosthom tennis, basketball u volleyball.

Persuni li jaqilgħu iktar minn €200,000

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni li ddikjaraw li jaqilgħu €200,000 u iktar fis-snin 2024 u 2025?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 1,595 persuna li ddikjaraw income ta’ aktar minn Eur 200,000 għas-sena 2024. Informazzjoni dwar l-2025 tkun tista’ tingħata fl-aħħar tas-sena dieħla wara li jiġu pproċessati l-formoli tat-taxxa għas-sena 2025.

Asset Recovery Bureau - Assi mibjugħa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29024, 29546, 29732 u 31134 u jgħid l-ammont ta’ assi, bħala assi, li nbiegħu mill-Asset Recovery Bureau minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-23 t’Ottubru 2025.

Asset Recovery Bureau - Assi miġbura

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29023, 29545, 29731 u 31133 u jgħid kemm, u x’valur ta’ assi, inġabru mill-Asset Recovery Bureau minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-23 t’Ottubru 2025.

LESA - Uniformijiet ġodda u apparat ġdid - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew l-uniformijiet il-ġodda u l-apparat il-ġdid tal-LESA?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li, waterproof jacket tiswa €205, vest tiswa €35, softshell jacket tiswa €95, long sleeve shirt tiswa €35, short sleeve shirt tiswa €29.50, trousers jiswa €40, beach patrol shorts jiswa €35, cap tiswa €15.75 u safety sneakers jiswa €75. Ukoll infurmat dwar Body Worn Cameras il-kuntratt ta’ erba’ snin b’valur stmat ta’ €263,200.00 eskluża l-VAT.

Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31077 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku (traffic collisions) mill-2020 sa Ġunju tal-2025, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ inċidenti tat-traffiku (traffic collisions) rreġistrati mal-Pulizija u mill-Aġenzija LESA mis-sena 2020 sa Ġunju tas-sena 2025, maqsuma sena b’sena, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Il-figuri disponibbli mill-LESA jibdew mill-15 ta’ April 2020. Sena Total Pulizija Total LESA 2020 2,833 6,346 (as from 15/04/20) 2021 3,055 11,085 2022 3,344 12,368 2023 2,911 13,499 2024 2,805 13,800 2025 983 6,511

Gluten intolerance - Tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal (jekk hawn) dijanjostikati li jbatu minn gluten intolerance?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma tinżammx statistika uffiċċjali dwar persuni li għandhom il-kundizzjoni ta’ gluten intolerance, peress li għad m’hijiex klinikament definita b’mod kategoriku.

L-Isptar Mater Dei – Shifts tat-tobba

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jirrevedi x-xift tat-32 siegħa li jaħdmu t-tobba, biex titnaqqas il-possibbiltà ta' żbalji mediċi u inċidenti tat-traffiku?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar sentejn, l-ammont ta’ ħaddiema fis-settur mediku żdied sostanzjalment u b’riżultat t’hekk, bdiet tittaffa l-pressjoni fuq in-numru ta’ sigħat li jaħdmu dawn il-ħaddiema.