Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u DDS - MoU

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31937, tista’ l-Ministru tgħid kemm dam biex sar il-memorandum ‘Freedom to Live – Malta’s 2021-2030 National Strategy on the Rights of Disabled Persons.’, li sar bejn il-Ministeru u d-Department of Disability Studies (DDS)?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li “Freedom to Live” huwa l-isem bl-Ingliż tal-Istrateġija Nazzjonali 2021‑2030 ta’ Malta dwar id‑Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, u li ebda MoU ma jeżisti b’dak l‑isem ma’ ebda entità.

FSWS - Passi li jittieħdu f’każijiet fejn koppji jgħixu f’postijiet dilapidati

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 31942 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u tgħid x’passi jittieħdu ma’ dawk il-koppji li jkunu ser jittieħdulhom it-tfal mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) minħabba li jkunu jgħixu f’postijiet dilapidati?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Homelessness - Definizzjoni legali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31941 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u jgħid jekk teżistix definizzjoni legali ta’ ‘homelessness’?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Studenti b’diżabiltà li jagħlqu s-16-il sena - Għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31938 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u jgħid b’mod konkret, x’ser ikollhom bħala għajnuna dawk l-istudenti b’diżabilità li jagħlqu s-16-il-sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li jeżistu diversi tipi ta’ benefiċċji u allura nitolbu sabiex jispeċifika għall-liema għajnuna għal studenti li jagħlqu 16-il sena qed jirreferi, u ċioe jekk hux għall-għajnuna f’benefiċċji soċjali fi flus jew għajnuna fuq edukazzjoni post-sekondarja.

Anzjani li twaqqfilhom is-servizz ta’ carer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li kien jingħatalhom is-servizz ta’ carer u twaqqfilhom is-servizz? Jista’ jgħid ukoll minn liema lokalità huma?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, li qatt ma kien hemm każijiet fejn waqqafna s-servizz ta’ carer lil anzjani li kienu qegħdin jagħmlu użu mis-servizz tal-Carer at Home.

Ċittadini Maltin li jgħixu f’pajjiżi terzi tal-Ewropea

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm ċittadini Maltin jgħixu f’pajjiżi terzi fl-Ewropa? Jista’ jelenka liema huma l-pajjiżi u kemm hemm ċittadini Maltin f’kull pajjiż?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari nru. 32185.

Ċittadini Maltin li jgħixu f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm ċittadini Maltin jgħixu f’pajjiżi differenti tal-Unjoni Ewropea? Jista’ jelenka liema huma l-pajjiżi u kemm hemm ċittadini Maltin f’kull pajjiż?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-cittadini Maltin m’humiex obbligati legalment li jinfurmaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu li qed jgħixu barra minn Malta u għalhekk dan il-Ministeru m’għandux din l-informazzjoni.

Kummissarju tal-Ġustizzja - Pussess ta’ aktar minn 7g ta’ kannabis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna dehret quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja b’rabta ma’ pussess ta’ aktar minn 7g ta’ kannabis matul l-2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, matul is-sena 2025 sas-17 ta’ Novembru 2025, dehret persuna waħda biss quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja b’rabta ma’ pussess ta’ aktar minn 7 grammi ta’ kannabis.

Kumpanija – Proġetti u investimenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema proġetti differenti hija involuta l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u b’liema mod qed tiffinanzjahom? Kemm għandha flus kommessi fi proġetti, kemm jonqosha tħallas minnhom u minn fejn se ġġib id-differenza? Jista’ jgħid ukoll xi protezzjoni se jingħataw dawk l-20% taċ-ċittadini li għandhom xi sehem fl-istess kumpanija u x’passi qed jittieħdu biex jiġu indirizzati l-problemi serji li din qed tiffaċċja?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Kumpanija – Likwidazzjoni u Ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġietx likwidata u jekk iva, jgħid jekk kienx hemm outstanding balances u jekk tħallasx kulħadd?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin - Rigali tal-Milied

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jinxtrawx jew jingħatawx rigali tal-Milied lir-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fil-Milied ir-residenti fil-Faċilità Korrettiva jingħataw kreditu ta’ telefonija sabiex ikunu jistgħu jikkomunikaw iżjed mal-familjari f’dawn iż-żminijiet.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin - Rinnovazzjoni tal-kċina u tal-librerija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx, jew jekk hux beħsiebu jsir, ir-rinnovazzjoni tal-kċina u tal-librerija fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Jekk sar, jista’ jgħid meta sar, u jekk le, meta huwa ppjanat li jsir?  Jista’ jgħid ukoll kemm huma stmati li se jiġu jiswew dawn ix-xogħlijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li r-rinnovazzjoni tal-librerija saret bħala parti mill-proġett tal-Education Hub 2. Minbarra r-rinnovazzjoni fiżika, ġiet imnedija koperazzjoni mal-Librerija Pubblika, li inkludiet introduzzjoni ta’ kotba ġodda kif ukoll taħriġ fl-immaniġġjar tal-librerija. Fir-rigward tal-kċina, ix-xogħol qed jitwettaq fi tliet fażijiet. L-ewwel żewġ fażijiet, li tlestew riċentement, ffokaw fuq iż-żoni ta’ preparazzjoni u tisjir tal-ikel. It-tielet fażi se tiffoka fuq il-ħażna tal-ikel u l-ħasil tal-għodda użata. Bħalissa qed issir riċerka u mistenni li jibda x-xogħol relatat max-xiri tal-apparat neċessarju.