Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tal-Ippjanar - Multi pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm multi pendenti li kienu imposti mill-Awtorità tal-Ippjanar u għadhom ma tħallsux mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jagħti l-ammonti tagħhom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

VAT - Stabbilimenti tal-ikel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31457 u 32000 u jgħid kemm inġabru flus mill-VAT fuq l-istabbilimenti tal-ikel fl-2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

VAT - Stabbilimenti tal-ikel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31456 u 31999 u jgħid kemm inġabru flus mill-VAT fuq l-istabbilimenti tal-ikel fl-2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

Parole Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Parole Officers preżentement u kemm hi l-workload tagħhom, jiġifieri kemm hemm Parole Officers assenjati ma’ kull parolee?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li, skont il-Liġijiet ta’ Malta, id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole jimpjega Uffiċjala tal-Probation li jaħdmu wkoll xogħol konness mas-sistema tal-Parole. Fil-preżent, id-Dipartiment jħaddem total ta’ 25 Uffiċjal u l-każijiet ta Parole huma assenjati b’mod li kull parolee ikollu uffiċjal wieħed li jsegwih.  Il-każijiet huma assenjati b’mod ekwu skont kif maqbul fil-ftehim settorjali tal-klassi tal- Probation and Parole .

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin - Residenti li qegħdin jiskontaw sentenza twila ta’ priġunerija u qegħdin fuq parole

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li qegħdin jiskontaw sentenza twila ta’ priġunerija u qegħdin fuq parole mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika x’jifhem b’sentenza twila.

Akkomodazzjoni soċjali - Parametri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-parametri biex persuna tapplika u tiġi aċċettata għall-akkomodazzjoni soċjali? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi threshold finanzjarju?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kriterji sabiex individwu jkun jista’ japplika għall-akkomodazzjoni soċjali huma dokumentati b’mod trasparenti u aċċessibbli pubblikament. Dawn il-kriterji huma ċari u nħolqu sabiex jiżguraw li l-għajnuna tasal għand min verament għandu bżonnha. Il-kriterji sabiex individwu jkun jista’ japplika għall-akkomodazzjoni soċjali huma dawn:- 1) Ikun ċittadin Malti / tal-Unjoni Ewropea jew stat ta’ refuġjat; 2) F’każ ta’ separazzjoni, is-separazzjoni għandha tkun finalizzata; 3) Id-dħul ma jridx jeċċedi €10,000 għal persuna waħedha jew €12,000 + €700 għal kull wild taħt it-tmintax-il sena għal ġenitur wieħed/separat/koppja miżżewġa; * Dħul minn Assistenza għall-Mard (SKA), Benefiċju tal-Enerġija (EB) u Children’s Allowance (CA), jiġi eskluż minn dan l-ammont. 4) F’każ ta’ aħwa li jgħixu flimkien, id-dħul tagħhom ikun ikkunsidrat daqs ta’ koppja miżżewġa; 5) L-assi tal-applikant m’għandhomx jeċċedu t-€28,000 minn tliet snin qabel id-data tal-applikazzjoni; 6) Irid ikun ilu residenti Malta għal 12-il xahar konsekuttivi matul l-aħħar 18-il xahar.

Donazzjoni ta’ katavru – studji xjentifiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm katavri li ngħataw għall-istudji xjentifiċi matul l-2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

NGOs – Ħaddiema ‘seconded’

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32131, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, u jgħid kemm hemm ħaddiema tal-Gvern seconded ma' xi NGO?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat illi sa llum hemm total ta’ erbgħa u disgħin (94) impjegati pubbliċi fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika li huma rilaxxati ma’ Għaqdiet Volontarji skont il-policy stipulata f’Taqsima 4.2 tal-Manual on Special Leaves.

Kumpanija – Proġetti u investimenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32065, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi, u jgħid f’liema proġetti differenti hija involuta l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u b’liema mod qed tiffinanzjahom? Kemm għandha flus kommessi fi proġetti, kemm jonqosha tħallas minnhom u minn fejn se ġġib id-differenza? Jista’ jgħid ukoll xi protezzjoni se jingħataw dawk l-20% taċ-ċittadini li għandhom xi sehem fl-istess kumpanija u x’passi qed jittieħdu biex jiġu indirizzati l-problemi serji li din qed tiffaċċja?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32283.

FSWS, CRPD u Aġenzija Sapport – Speech Therapists, Physiotherapists u Occupational Therapists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Speech Therapists, Physiotherapists u Occupational Therapists jaħdmu mal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) u ma’ Aġenzija Sapport?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministri kkonċernati.

FSWS, CRPD u Aġenzija Sapport – Speech Therapists, Physiotherapists u Occupational Therapists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Speech Therapists, Physiotherapists u Occupational Therapists jaħdmu mal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) u ma’ Aġenzija Sapport?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fejn jirrigwarda l- Fondazzjoni għas-Servizzi għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali ( FSWS ) it-tweġiba għall-mistoqsija tiegħu hija nil. It-tagħrif għall-entitajiet l-oħra msemmija fil-mistoqsija, jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

FSWS, CRPD u Aġenzija Sapport – Speech Therapists, Physiotherapists u Occupational Therapists

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm Speech Therapists, Physiotherapists u Occupational Therapists jaħdmu mal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) u ma’ Aġenzija Sapport?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt. Nitolbu wkoll biex il-mistoqsija relatata mal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) tiġi indirizzata lill-Ministeru kkonċernat. Entità Numru Aġenzija Sapport 5 Occupational Therapists, 5 Speech Language Therapists u 1 Physiotherapist Kummisjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b’Diżabilità (CRPD) NIL

NGOs relatati mal-mużika, baned u orkestri - Fondi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32040 dwar kemm NGOs relatati mal-mużika ngħataw fondi f’dawn l-aħħar tliet snin, tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw fondi lill-NGOs tal-Baned biss, tul il-perjodu msemmi?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul dawn l-aħħar tliet snin, MCVS weħidha nvestiet xejn anqas minn €508,800.00 fuq fondi lill-NGOs tal-Baned.

Ħal Luqa - Proġett għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31947 u jgħid jekk il-proġett għall-akkomodazzjoni soċjali f’Ħal Luqa għadux immexxi mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk dan il-proġett waqaf, jista’ jgħid għaliex?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32283.

Domestic Violence Unit – Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-età tal-ikbar persuna li għamlet rapport ta’ vjolenza domestika fid-Domestic Violence (DV) unit?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-età tal-ikbar persuna li għamlet rapport ta’ vjolenza domestika fid-Domestic Violence (DV) Unit f’dawn l-aħħar tlett snin, kienet persuna ta’ tlieta u disgħin sena.

Domestic Violence Unit – Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-età tal-iżgħar persuna li għamlet rapport ta’ vjolenza domestika fid-Domestic Violence (DV) unit?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi f’dawn l-aħħar tlett snin l-età tal-iżgħar persuna li kienet vittma ta’ vjolenza domestika u li dwarha sar rapport fid-Domestic Violence (DV) Unit, kienet dwar minuri ta’ sittax il-jum. Kif jaf l-Onorevoli Membru, fejn inċident jinvolvi minuri, ir-rapport isir fil-preżenza tal-ġenitur, gwardjan legali, jew persuna oħra li tkun qed takkumpanja lill-vittma.