Linja tat-telefon 153 - Kwistjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il telefonata daħlet fuq il-linja tat-telefon 153 dwar kwistjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni soċjali, matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li fl-2024 kien hemm 377 filwaqt li fl-2025 kien hemm 165 telefonata fuq il-linja tat-telefon 153 dwar kwistjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni soċjali,
Fid-dawl li l-parkeġġ viċin il-Knisja ta’ Ħ’Attard huwa limitat ħafna, jista’ l-Ministru jgħid jekk jistax jiġi kkunsidrat li jerġa’ jsir il-parkeġġ meħtieġ kif kien qabel, issa li x-xogħol ta’ wara l-knisja tlesta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ta’ wara l-knisja għadu għaddej u l-parkeġġ ser isir skond proposta maqbula mal-Kunsill Lokali u approvata minn Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħwienet tal-barbiera liċenzjati f’Ħ’Attard?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil Onor. interpellant li, b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2017, tneħħa l-obbligu ta’ liċenzja għal dawk l-istabbilimenti kummerċjali, inkluż il-ħwienet tal-barbiera, li sa dak iż-żmien kienu jeħtieġu liċenzja mis-Sezzjoni tal-Liċenzji tal-Kummerċ fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħwienet tal-barbiera liċenzjati l-Mosta?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil Onor. interpellant li, b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2017, tneħħa l-obbligu ta’ liċenzja għal dawk l-istabbilimenti kummerċjali, inkluż il-ħwienet tal-barbiera, li sa dak iż-żmien kienu jeħtieġu liċenzja mis-Sezzjoni tal-Liċenzji tal-Kummerċ fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ.
Jista’ l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni tal-bollards fit-toroq ta’ Malta u Għawdex peress li ħafna minn dawn il-bollards huma maħmuġin u mitluqa u qed ikunu ta’ periklu għas-sewwieqa?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar ċar u speċifiku fil-mistoqsija u jidentifika liema bollards qed jirreferi għalihom.
Jista’ l-Ministru jgħid kif il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kienet magħżula minn applikanti oħra għal ftehim ta’ kera fl-2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienu l-offerti u min kienu l-membri li għażlu offerta minn oħra?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija applikat biex tikri appartament lill-Awtorità tad-Djar taħt l-iskema Nikru Biex Nassistu. Infakkar li l-iskema Nikru Biex Nassistu hija miftuħa għal kull individwu jew kumpanija li għandha appartamenti vojta u tixtieq tikri dawn l-appartamenti għal perjodu ta’ għaxar snin lill-Awtorità tad-Djar sabiex jintużaw għall-akkomodazzjoni soċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il appartament f’Għawdex kien mikri mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kif inkrew u mingħand min u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar, iffirmatx kuntratt mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, għal kiri ta’ appartamenti għall-akkomodazzjoni soċjali maqsuma f’ħames blokok separati f’Għawdex fl-2024?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jikkarifika f’aktar dettall x’inhuma eżattament id-dettalji li qed jirreferi għalihom fil-mistoqsija, sabiex inkun nista’ nipprovdi tweġiba preċiża u kompleta. Ladarba nirċievi din iċ-ċarezza, l-Awtorità tkun tista’ twieġeb b’mod sħiħ u korrett.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jieħu ħsieb it-telqa tal-passaġġi, turġien u toroq interni fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi l-konċessjonarju wettaq diversi xogħlijiet fiċ-ċimiterju tal-Addolorata inkluż fuq il-loġġa, il-ħajt diviżorju li jdawwar iċ-ċimiterju, it-turġien prinċipali li jwasslu mill-loġġa sal-kapella, l-entratura prinċipali minn naħa ta’ Raħal Ġdid, l-entratura minn naħa ta’ Santa Luċija u informat ukoll li saru xogħlijiet ta’ ristrutturar tat-toroq fil-parti ta’ quddiem taċ-ċimiterju. Barra minn hekk, infurmat li x-xogħol ta' manutenzjoni għadu qed isir f'partijiet diversi fiċ-ċimterju tal-Addolorata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi liċenzjati b’ċilindrata bejn l-2,500 cc u l-2,900 cc u jaqsam din l-informazzjoni skont iċ-ċilindrata?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant illi t-tabella hawn taħt turi n-numru ta’ vetturi liċenzjati b’ċilindrata bejn 2,500cc u 2,900cc, imqassma skont il-firxa taċ-ċilindrata rispettiva.
CC Range
Numru ta’ vetturi
2500-2599
1,126
2600-2699
481
2700-2799
3,491
2800-2900
721
Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk li ġabu l-liċenzja tas-sewqan matul l-2025 kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel?
Response (BONETT, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32119, ninfurmah li 74.18% tal-persuni li ġabu l-liċenzja tas-sewqan minn Jannar sa Ottubru 2025 kienu irġiel, u l-kumplament kienu nisa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk li ġabu l-liċenzja tas-sewqan matul l-2024 kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel?
Response (BONETT, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32119, ninfurmah li 76.86% tal-persuni li ġabu l-liċenzja tas-sewqan fl-2024 kienu irġiel, u l-kumplament kienu nisa.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32064 u jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġietx likwidata u jekk iva, jgħid jekk kienx hemm outstanding balances u jekk tħallasx kulħadd?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32063 u jelenka l-lista ta’ xogħlijiet li saru mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw liċenzji ġodda tas-sewqan għal sewwieqa tax-xarabanks u coaches fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu Maltin u kemm kienu barranin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn Jannar u Ottubru 2025, ħarġu total ta’ 355 liċenzja ġdida fil-Kategoriji D u D Automatic, li huma l-kategoriji meħtieġa sabiex jinstaqu x-xarabanks u l-coaches. Minn dawn il-liċenzji, 49 ingħataw lil persuni ta’ nazzjonalità Maltija, filwaqt li 306 ingħataw lil persuni ta’ nazzjonalità barranija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw liċenzji ġodda tas-sewqan għal sewwieqa tax-xarabanks u coaches fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu Maltin u kemm kienu barranin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2024, ħarġu total ta’ 607 liċenzji ġodda fil-Kategoriji D u D Automatic, li huma l-kategoriji meħtieġa sabiex jinstaqu x-xarabanks u l-coaches. Minn dawn il-liċenzji, 80 inħarġu lil persuni ta’ nazzjonalità Maltija, filwaqt li 527 inħarġu lil persuni ta’ nazzjonalità barranija.