Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord ta' Diretturi tal-Awtorità tad-Djar hekk kompost skont l-Artikolu 6 tal-Att dwar l-Awtorità tad-Djar? Jista' jgħid kemm hemm membri li huma nisa u kemm mill-membri huma persuni b'diżabilità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li, l-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità tad-Djar huwa kompost minn 9 membri u segretarja kif gej:
Chairman - Antoinette Vassallo
Vici-Chairman - Robert Ducker
Membri - Kenneth Busuttil
Matthew Chetcuti
Chris Grech
Ivan Grixti
Vincent Moran
Margaret Quintano
Philip Spiteri
Segretarja tal-Bord - Beryl Buttigieg
Ngharraf lill-Onor, Interpellant li, mill-membri msemmija hemm persuna waħda li għanda diżabilità.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha skemi miftuħin bħalissa l-Awtorità tad-Djar? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jinfetħu skemi oħra ġodda? Jekk iva, jista' l-Ministru jagħti aktar dettalji ta' dawn l-iskemi li ser ikunu qed jinfetħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħalissa l-Awtorità tad-Djar għandha s-segwenti skemi miftuħa:
- Skema ta' Irranġar u Titjib (ADP)
- Skema ta' Sussidju tal-Kera (PRS)
- Skema ta' Strutturi Perikolużi (SSP)
- Skema għall-Persuni b'diżabilità (DIS)
- Skema fuq Għotja biex tgħin fil-Bini u/jew Tkomplija ta' Xogħlijiet jew Irranġar tal-Ewwel Residenza (GFR)
- Skema ta' Installar ta' Lifts ġewwa blokok tal-Gvern (LFT)
- Skema ta' Xiri ta' residenzi mikrija mill-Gvern (SSD)
- Skema ta' Sussidju fuq Self mill-APS (SOL)
- Skema 2 - Titjib f'partijiet komuni ta' blokok residenzjali tal-Gvern (Kunsilli Lokali)
Bħalissa l-Awtorità tad-Djar qiegħda tipprepara skemi kif ukoll temenda skemi eżistenti sabiex jirriflettu l-policy attwali tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet fl-Awtorità tad-Djar bejn Jannar 2017 u t-3 ta' Ġunju 2017? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawn il-promozzjonijiet xahar b'xahar u x'promozzjonijiet ingħataw f'kull każ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ma tat l-ebda promozzjoni fil-perijodu msemmi.