Legislature:
Category:
Reset
Active:

Social Housing – units

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il unit ta’ social housing se jkun hemm f’kull wieħed mis-16-il sit li fihom se jinbnew residenzi t’akkomodazzjoni soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ units ta’ social housing li se jkun hemm f’kull wieħed mis-16-il sit huwa kif elenkat hawn taħt: · Triq il-Għenba Attard – 8 units · Tas-Sisla B’Kara – 73 -il unit · Helen’s Gate Cospicua – 65 -il unit · Triq il-Lew¿iet, Kirkop A – 19 -il unit · Triq Salvu Sacco, Kirkop B – 18- il unit · Triq tal-Fieres, Kirkop C – 8 units · Triq tal- Fieres, Kirkop D – 8 units · Ħal-Farruġ, Luqa – 182 -il unit · Valley Road, Msida – 102 units · Triq it-Tuffieħ, Naxxar – 12-il unit · Triq N. Mifsud, Qrendi A – 24 -il unit · Triq N. Sammut, Qrendi B – 26 -il unit · Triq Nikol Zammit, Siġġiewi – 84-il unit · Triq l-Indipendenza, ĦaZ-Zebbuġ A – 20 -il unit · Triq il-Qolla, ĦaZ-Zebbuġ B – 8 units Triq Ciantar, Zurrieq – 27-il unit

Akkomodazzjoni soċjali – social impact assessments

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb li applikanti mil-lokalitajiet fejn se jsiru l-proġetti se jingħataw akkomodazzjoni soċjali fil-lokalità li diġà jgħixu fiha? Hemm pjanijiet f’dan is-sens ibbażat fuq social impact assessments u l-aħjar mod kif tiġi aċċertata integrazzjoni u l-inqas effetti fuq il-komunitajiet fejn se jsiru l-proġetti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Board ta’ Allokazzjoni fi ħdan l-Awtorita’ tad-Djaqr, jaghti importanza it-talba tal-applikanti u dan peress li mhux kull min japplika minn lokalita’ partikolari ikun irid imur jabita fl-istess lokalita’ minħabba raġunijiet varji. Kull applikazzjoni tiġi studjata b’mod individwali skont iċ-ċirkustanza tal-każ in kwistjoni.

Social Housing — binjiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, minbarra s-16-il sit li ssemmew s’issa fil-media, qed jiġu ppjanati xi binjiet oħra għal social housing? Jekk iva, liema huma siti l-oħra identifikati?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħalissa għaddejjin diskussjonijiet biex naraw kif nistgħu nkomplu n¿idu l-istokk ta’ binijiet li jkunu jistgħu jingħataw għal skop ta’ housing soċjali f’pajjizna.

Bini ta’ siti mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ser jiswa s-16-il sit li ser jibni l-Gvern? Filwaqt li l-Gvern ħa loan ta' €53 miljun biex jinbnew 680 unit, kemm ser ikun jiswa kull proġett? Jista’ jgħid ukoll meta ser jibdew dawn il-proġetti? Peress li qed jissemmew lokalitajiet bħal Ħ’Attard, Ħal Luqa, is-Siġġiewi, il-Qrendi, B'Kara, l-Imsida, iż-Żurrieq, Ħal Kirkop, Bormla, in-Naxxar u Ħaż-Żebbuġ, jista’ jgħid jekk hux sit wieħed biss se jkun hemm f’kull lokalità jew aktar? Jista’ jgħid dawn is-siti fejn ser jinbnew?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-proġett ta’ Housing Soċjali li jikkonsisti f’16-il sit huwa stmat li ser jiġi jiswa madwar €53,356,405. Kull proġett huwa stmat li se jiġi jiswa kif elenkat hawn taħt: · Triq il-Għenba Attard – €439,079 · Tas-Sisla B’Kara – €5,387,618 · Helen’s Gate Cospicua – €7,120,200 · Triq il-Lewziet, Kirkop A - €2,306,944.80 · Triq Salvu Sacco, Kirkop B – €1,613,912 · Triq tal-Fieres, Kirkop C – €379,744.00 · Triq tal- Fieres, Kirkop D – €878,158 · Ħal Farruġ, Luqa - €9,493,600 · Valley Road, Msida - €6,123,372 · Triq it-Tuffieħ, Naxxar - €617,084 · Triq N Mifsud, Qrendi A - €2,138,433.40 · Triq N Sammut, Qrendi B - €2,254,730 · Triq Nikol Zammit, Siġġiewi - €9,768,914 · Triq l-Indipendenza, Żebbuġ A - €1,286,382.80 · Triq il-Qolla, Żebbuġ B - €700,153 · Triq Ciantar, Żurrieq - €2,848,080 Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, diġà beda x-xogħol fuq diversi siti. Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’ċertu lokalitajiet, se jkun hemm iktar minn sit wieħed, kif elenkat fil-lista t’hawn fuq.

Sptar Sir Paul Boffa – persons of trust

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx persons of trust fl-Isptar Sir Paul Boffa? Jekk iva, min huma? Jista’ jgħid x’irwol għandhom u lil min jirrapurtaw?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemm ‘l ebda person of trust taħdem fl-isptar Pawlu Boffa.

Persuni li huma boarded out

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li huma boarded-out?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, n-numru ta’ persuni boarded out li jirċievu Pensjoni għall-Invalidità mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, skont l-aħħar pagament li sar f’Settembru li għadda, jammonta għal 3,679.

Lands – Kirjiet tal-Housing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-kirjiet mill-housing qed jirċevuhom mil-Lands? Meta raħsu l-kirjiet għal dawk li kienet għolitilhom il-kera, dawn raħsu għall-kulħadd?

Response (FALZON, MICHAEL)

In kwantu għall-ewwel parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 1011. In kwantu għat-tieni parti tal-mistoqsija, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, l-kirjiet raħsu għal dawk l-inkwlini kollha li jgħixu fi proprjeta’ mikrija mill-Gvern u mill-Awtorita’ tad-Djar li kellhom żieda fil-kera b’mod awtomatiku skont lanqas kera stabbilita bil-liġi mill-2013 ‘l hawn u għalhekk intlaqtu mill-mi¿ura li ġiet imħabbra fl-aħħar Baġit.

Sptarijiet ta’ Malta – persons of trust

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx persons of trust fl-isptarijiet ta’ Malta? Jekk iva, min huma? Jista’ jgħid x’irwol għandhom u lil min jirrapportaw?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 7 impjegati illi jaħdmu fl-isptarijiet bħala persons of trust. 4 minn dawn jaħdmu fl-isptar Mater Dei u 3 fl-isptar Monte Carmeli.

Flus mogħtija lura għal żieda fil-kera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux vera li mit-2 ta' Mejju 2017 il-Gvern kien qal li ta l-flus lura tal-kera li għoliet? Jista’ jgħid jekk hux kulħadd li ser jieħu dawn il-flus lura?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f’seduta oħra.

kontijiet għall-kera ta' postijiet tal-gvern

Question

Minħabba li kien hemm min irċieva l-kont għall-kera ta' postijiet tal-gvern mid-Dipartiment tal-Lands, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kera hux se tibqa' tintbagħat mill-Housing Department?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li ma kien hemm l-ebda tibdil fuq kif joħorġu l-kontijiet tal-kera, jiġifieri propjetajiet tal-Gvern se jibqgħu jirċievu l-kont tal-kera mingħand l-Awtorità tal-Artijiet, filwaqt li propjetajiet tal-Awtorità tad-Djar ser jibqgħu jirċievu l-kont tal-kera mingħand l-Awtorità tad-Djar.

Jobsplus – tibdil fl-isem tal-pożizzjoni ta’ Senior Executive

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-isem u l-pożizzjoni ta' Senior Executive ġewwa Jobsplus ser tinbidel għal Executive 2?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li mhu se jkun hemm l-ebda tibdil f’nomenklaturi.

Dar għall-Anzjani Casa Arkati – sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Casa Arkati fis-snin 2013 (mill-11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015, 2016 u 2017 (sat-3 ta’ Ġunju 2017), separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella kif ġej ; 2013 2014 2015 2016 sat-3 ta' Ġunju 2017 Casa Arkati 58 115 115 115 127 Irġiel Nisa fit-30 ta' Settembru 2017 30 97 127 Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, r-rata tat-tnaqqis tal-pensjoni tal-anzjani li qegħdin f’waħda mid-Dar tal-Anzjani tal-Gvern, jew f’Dar tal-Anzjani taħt l-iskema tal-Public Private Partnership, hija ta 60%.

Għawdex – Dar għall-Anzjani Villa San Lawrenz – sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Villa San Lawrenz Għawdex fis-snin 2013 (mill-11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015, 2016 u 2017 (sat-3 ta’ Ġunju 2017), separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella kif ġej ; 2013 2014 2015 2016 sat- 3 ta' Ġunju 2017 Villa San Lawrenz 0 0 18 26 36 Irġiel Nisa fit-30 ta' Settembru 2017 6 34 40 Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, r-rata tat-tnaqqis tal-pensjoni tal-anzjani li qegħdin f’waħda mid-Dar tal-Anzjani tal-Gvern, jew f’Dar tal-Anzjani taħt l-iskema tal-Public Private Partnership, hija ta 60%.

Jasmine Nursing Home – sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Jasmine Nursing Home fis-snin 2013 (mill-11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015, 2016 u 2017 (sat-3 ta’ Ġunju 2017), separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu indikat, qatt ma nxtraw xi sodod fid-dar imsemmija.