Legislature:
Category:
Reset
Active:

Iż-Żejtun/Ħaż-Żabbar — Bulebell - Sqaq 'Ta' Taħt l-Iskorra' - tindif

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi mnaddaf sqaq maghruf bħala Ta' taħt l-Iskorra, fl-inħawi ta' Bulebell iż-Żgħir (Żejtun/Żabbar), minħabba li minkejja li saru numru ta' rapporti lill-kunsilli lokali u anki fil-Ministeru konċernat, ħadd għadu ma ħa azzjoni?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirefferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

persuni fuq il-Benefiċċji Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies fuq il-benefiċċji soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Jista’ l-Onorevoli Interpellant jispeċifika fuq liema tip ta’ benefiċċji soċjali qed jitlob l-informazzjoni? Ġentilment ngħarraf lill-Onorevoli Interperllant illi taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, jitħallsu diversi benefiċċji, pensjonijiet, għajnuniet u allowances.
Leg 13 PQ #2806 Sitting 63 2017-12-11 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi

Nies sidien ta’ djarhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn nies li huma sidien ta’ djarhom? Kemm minnhom għadhom qed iħallsu l-loan tal-bank?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni — kuntratt ta' sena jew inqas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies jaħdmu b'kuntratt ta' sena jew inqas?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li din l-informazzjoni ma tinżammx mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol jew l-entitajiet tiegħu.

Persuni li jaħdmu b'kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies jaħdmu bil-kuntratt?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni full time u part time bħala xogħol ewlieni b’kuntratt definit fl-aħħar ta’ April 2017 kien ta’ 34,090 persuna. Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar figuri ppubblikati huma ta` April 2017.

Persuni li jaħdmu bil-paga minima

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies jaħdmu bil-paga minima?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li din l-informazzjoni ma tinżammx mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol jew l-entitajiet tiegħu.

persuni li l-unika impjieg tagħhom huwa part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies li l-unika impjieg tagħhom huwa part-time?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ta’ April 2017, in-numru ta' persuni li l-uniku impjieg tagħhom huwa part-time kien ta’ 34,858. Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-aħħar figuri ppubblikati huma ta` April 2017.

Pulizija – Police records

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex jeżisti l-police record? Jista’ jgħid għaliex il-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u kumpaniji serji għandhom id-dritt li jsaqsu għall-police record anke dettaljat ta’ potenzjal ħaddiem li għadu kemm għamel intervista magħhom, mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija stess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Liċenzji ta’ arma tal-kaċċa

Question

Jista’ jgħid għaliex ma tingħatax liċenzja ta’ arma tal-kaċċa lil qattiel li għaddej ġuri jew lil qattiel li ħareġ mill-ħabs għax marid?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk l-istanzi fejn m' għandhiex tinħareg liċenzja ta’ arma tal-kaċċa inkluzi l-istanzi msemmija fil-mistoqsija parlamentari, huma elenkati fl-Artikoli 24 u 25 tal-Att dwar l-Armi, Kap 480, li huma accessibli anke elettronikament.

Frodi – permess għall-bini

Question

Jista’ jgħid għaliex kumpanija kontra l-frodi ma timpjegax bniedem frodist? Jista’ jgħid għaliex il-pulizija ma jimpjegawx ħallelin? Jista’ jgħid għaliex frodist li diġà kellu rekord ħażin f’diversi binjiet f’Malta (skont is-sentenzi multipli tal-Qorti) minbarra li bħalissa jinsab taħt conditional discharge, għandu dritt japplika għall-permess biex jibni sular ġdid għal fuq iktar minn 20 familja, bis-sogru li se jingidmu serjament bħalma ngidmu ħafna nies fil-passat, dejjem skont sentenzi tal-Qorti fejn hemm €6 miljun dejn involut?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma hi bl-ebda mod involuta dwar min jiġi mpjegat f'kumpaniji privati. Lanqas hi nvoluta fl-applikazzjonijiet jew proċessi għal ħruġ ta' permessi tal-bini. Madankollu bi tweġiba għal parti tal-mistoqsija dwar dak deskritt bħala 'ħallelin ma jiġux impjegati mal-Korp', infurmat illi r-regolament 3(d) tal-Avviż Legali 14/60 (Leġislazzjoni Sussidjarja 164.01 – Regolamenti Dwar il-Pulizija ta’ Malta) jgħid li l-applikanti għall-post ta’ kuntistabbli tal-Pulizija jrid ikollhom karattru eżemplari. Infurmat ukoll illi fi kwalunkwe sejħa għall-ingaġġ kemm ta’ kuntistabbli u spetturi minn barra, wieħed mill-kriterji tad-dħul hu li l-applikanti jkunu ta’ karattru morali tajjeb, tant li l-Bord tal-Għażla jiċċekkja l-fedina penali ta’ kull applikant.

Children’s allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal taħt is-16-il sena li l-ġenituri tagħhom huma ntitolati għal Children's Allowance? Kemm minn dawn huma Maltin? U kemm huma barranin? Mill-ġenituri li huma ntitolati għal Children's Allowance, kemm minnhom huma koppji u kemm minnhom huma single? Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa annwali taċ-Children's Allowance u minn liema fond jitħallas? Jista’ jgħid in-nefqa annwali kemm hi bħala persentaġġ fuq l-ammont globali/budget allokat għas-servizzi u għal għajnuna soċjali mmirati lejn il-familja?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej: 1. In-numru ta’ tfal taħt is-16-il sena li l-ġenituri tagħhom huma intitolati għal Children's Allowance huwa ta’60,901; 2. Minn din iċ-ċifra, in-numru ta’ tfal Maltin huwa ta’ 59,485 filwaqt li n-numru ta’ tfal barranin huwa ta’ 1,416; 3. In-numru ta’ ġenituri li huma eliġibbli għal din l- allowance huwa ta’ 40,435 li minnhom, 29,060 huma ġenituri koppja filwaqt li 11,375 huma ġenituri single; 4. In-nefqa għas-sena kurrenti sal-aħħar ta’ Novembru għal din l- allowance hija ta’ €38,149,082 u titħallas mill-ammont ivvutat għal benefiċċji mhux kontributorji. 5. In-nefqa għal din l-allowance bħala perċentwal tan-nefqa għall-benefiċċji soċjali mhux kontributorji sa Novembru hi ta’ 23.45%.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – qligħ mill-prodotti li jinxtraw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ikunx hemm qligħ mill-prodotti li jinxtraw mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Jekk iva, għand min imur dan il-qligħ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat illi ma jsir l-ebda qliegħ mill-prodotti li jinxtraw mill-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

Drama Unit – Studenti — eżamijiet

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-istudenti tad-Drama Unit, għall-kuntrarju tas-snin preċedenti, mhux se jkunu jistgħu jpoġġu għall-eżamijiet tat-Trinity College u tal-LAMDA waqt li l-miżati se jitħallsu xorta mill-istudenti? Jekk iva, x’inhi r-raġuni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-istudenti tad-Drama Unit ma jpoġġux għall-eżamijiet tat-Trinity jew LAMDA. Mill-banda l-oħra, fl-Iskola tad-Drama f’Malta u f’Għawdex, fejn fil-għaxijiet jattendu numru ta’ student żgħar u adulti, baqa’ kollox bħas-snin preċedenti ħlief li l-istudenti li jidħlu għal-livell tal-Higher Diploma fl-istudji Teatrali (MQF level 5) mhux ser ikollhom bżonn iħallsu miżati f’istituzzjonijiet barranin għal din il-kwalifika peress li minn din is-sena dan il-kors u f’dan il-livell huwa akkreditat mill-NCHFE. Ebda persuna ma tiġi mitluba xi ħlas/miżati għal xi eżamijiet ta’ skejjel barranin bħal Trinity College u LAMDA jekk il-persuna ma tkunx ser toqgħod għal dawn l-eżamijiet.

Kulleġġ Santa Tereża – CNC Labs – apparat bil-ħsara

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li fl-Iskola Sekondarja tal-Imrieħel (Kulleġġ Santa Tereża) ma jistgħux jużaw is-CNC Labs (Computer Numerical Control) maħsub għad-Design & Technology, minħabba li hemm apparat bil-ħsara? Jekk iva, x’se jkun qed isir?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-laboratorju tad-Design and Technology qed jintuża b’mod regolari u m’hemm l-ebda problema tant li fih isiru l-lezzjonijiet għall-istudenti li għażlu dan is-suġġett. Hemm apparat wieħed, minn numru li jużaw l-istudenti, li huwa l-laser cutter (CNC), li jinsab bil-ħsara u qed issir l-evalwazzjoni jekk jissewwiex jew jinbidel ma’ wieħed ġdid.

Il-Mosta – Tarġa Gap — Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx time-frame dwar meta se jsiru t-toroq ta’ Tarġa Gap fil-Mosta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista aġġornata ta’ interventi fil-lokalitajiet rispettivi li jkunu qed isiru skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Il-Mosta – Triq Madre Tereża — tarmak

Question

Peress li qabel l-elezzjoni ntbagħtet ittra lir-residenti ta’ Triq Madre Tereża, il-Mosta, li se ssir it-triq bit-tarmak, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar timeframe u meta se ssir din it-triq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq imsemmija mdaħħla fil-programm tax-xogħlijiet u qiegħda fuq lista ta’ prijorità.