Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward tħaffir għall-istallazzjoni tal-lift u issa x-xogħol jidher li waqaf? Jista' jgħid meta se jitkompla dan ix-xogħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, x-xogħol imsemmi minnu ta' skavar qiegħed isir f'sit Arcaeologically Sensitive. Sa issa tneħħa biss il-madum u pjanat li jitkompla dan ix-xogħol fil-ġranet li ġejjin taħt is-superviżjoni obbligatorja,
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward reserved parking peress li ilu li applika erba' xhur u għadu mingħajr risposta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sinjur imsemmi separatament ma jikkwalifikax għall-Parkeġġ Riservat għax ma jissodisfax il-kriterji stabbiliti mill-Policyli tirregola dawn il-parkeġġi. Din il-persuna ġiet avżata bid-deciżjoni permezz ta’ ittra datata l-1 ta’ Diċembru 2017.
Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettajli dwaru qed jingħataw separatament, dwar bozza fi Triq San Anard, Ħal Tarxien, liema triq tinsab bla dawl u li fiha qed ikun hemm diversi inċidenti marbuta ma' serq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sar kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, rigward l-ilment imressaq mit-tali persuna u dan irriżulta li kien minħabba n-nuqqas ta’ dwal tat-toroq fiż-żona fejn din il-persuna sejra toqgħod. Il-persuna li ressqet dan l-ilment ġiet infurmata sabiex tgħaddi t-talba lill-Kunsill Loali tal-lokalita’ tagħha biex jekk tinħass il-ħtieġa li jitwaħħlu lampi fl-imsemmija triq, dan isir mill-Kunsill Lokali hekk kif inhi l-proċedura.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li waqa' xi konkos fil-komun tal-appartament u għadu ma ġie ħadd jara din il-problema?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorita' tad-Djar irċeviet rapport dwar il-każ imawmmi fil- 11 ta' Jannar u għaldaqstant għandha ssir spezzjoni minn uffiċjali tekniċi fid-29 ta' Jannar. Il-persuna msemmija diġa' ġiet imfurmata bid-data tal-ispezzjoni.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta' housing peress li minkejja li qalulu li se jiġi kkuntattjat, dan għadu mingħajr risposta?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġranet li għaddew sar kuntatt mal-applikant. L-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata qed tiġi kkunsidrata.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li kull ma ħa hu refund ta’ €100 mir-reġistrazzjoni tal-karozza? Jista’ l-Ministru jara meta jmiss li jieħu l-pagament li jmiss?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pagament tal-persuna msemmija ser jintradd lura din is-sena, peress li l-vettura kkonċernata ġiet irreġistrata għall-ewwel darba fis-sena 2007. Ittri u applikazzjonijiet tal-għotja ser jintbagħtu aktar il-quddiem din is-sena. Il-pagament li jmiss ser ikun dak finali.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha pensjoni ta’ €665 imma tħallas €620 kera fix-xahar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-persuna li għaliha qiegħda ssir referenza, applikat għas-sussidju tal-kera f’Dicembru 2017. Fil-5 ta’ Jannar 2018 s-sinjura ġiet infurmatha biex tibagħat xi dokumenti li kienu nieqsa u li huma neċessarji sabiex tkun tista’ tiġi pproċessata l-applikazzjoni.
Xogħlijiet fuq apramorta tal-bejt – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward xogħlijiet fuq l-apramorta tal-bejt?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, x-xogħlijiet mitluba mill-persuna imsemmija, jikkonsistu f’xogħlijiet ta’ manutenzjoni ordinarja fuq il-bejt. Ir-residenti diġa’ ġew infurmati li huma responsabbli biex jagħmlu l-manutenzjoni ordinarja neċessarja fil-partijiet komuni tal-blokk tagħhom, b’mod regolari.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinvestiga s-sitwazzjoni dwar id-dħaħen prodotti minn fran li jaħdmu bil-ħatab jew bil-fuel li qed jaffetwaw lir-residenti tal-madwar? (Jista’ jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali kien sar ilment fl-Lulju tal-2017 dwar emissjonijiet minn ċumnija ta’ forn li jinsab fil-post imsemmi minnu. L-ilment ġie investigat nhar is-26 ta’ Lulju 2017 fejn il-persuna responsabbli għall-forn ġiet ordnata tnaddaf iċ-ċumnija. It-tindif tal-istess ċumnija kien sar il-Ħadd 30 ta’ Lulju 2017 u kienet saret verifika neċessarja mill-uffiċċjali għas-Saħħa Ambjentali.
Ninfurmah ukoll li saret spezzjoni oħra fis-17 ta’ Jannar 2018 fil-preżenza wkoll tal-persuna responsabbli mill-forn, fil-ħin tal-ispezzjoni l-forn kien qiegħed jiġi mkebbes bin-nar permezz ta’ injam qabel ma ssir fornata ħobż. Iċ-ċumnija ġiet spezzjonata u dak il-ħin ma rriżulta ebda emissjoni minnha. L-injam li kien qed jintuża huwa konformi mar-Regolamenti dwar l-Użu ta’ Materjal Kombustibbli fl-Ifran.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ ex offenders mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin tul dawn l-aħħar ħames snin? Kemm ħarġu nies mill-ħabs? Kemm minnhom kienu rġiel? Kemm kienu nisa? Kemm minnhom kienu riċedivi tul dawn l-aħħar ħames snin? Minn dawk li baqgħu fis-soċjetà, kemm minnhom huma dipendenti fuq benefiċċji soċjali bħala l-unika sors ta’ income?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, filwaqt li l-mistoqsija parlamentari trid tiġi riferuta u mwieġba fil-maġġoranza tagħha mill-Ministeru kkonċernat, il-Ministeru tiegħi li taħtu jaqgħu il-benefiċċji soċjali, ma jżommx statistika abbażi ta’ dak li qiegħed jitlob l-Onorevoli Interpellant fl-aħħar parti tal-mitoqsija tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn single mothers reġistrati? Kemm minnhom jaħdmu? Kemm minnhom huma dipendenti fuq benefiċċji soċjali bħala l-unika sors ta’ income? Kif inhi komposta l-familja tagħhom? Kemm għandhom tfal? Kemm hawn single mothers li huma f’riskju ta’ faqar (jew qegħdin fil-faqar)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jara, kif din is-Sinjura li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, għandha pensjoni ta' madwar €400, filwaqt li tħallas kera ta' €600 fis-sena? Jista’ jara dan il-każ mas-Sinjura msemmija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-kera hija maħduma skont il-policies tal-kera soċjali preżenti. Il-kuntratt tal-kera ġie ffirmat fil-11 ta’ Ġunju 2012.
Minn naħa tad-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali, ġie iċċekkjat illi s-Sinjura qed tirċievi l-benefiċċji soċjali li hija eleġibbli għalihom u ġie kkonfermat illi kif hija intitolata, tirċievi Pensjoni tal-Eta` u Għajnuna Medika kull erbgħa ġimgħat u Għajnuna Supplimentari kull tliet xhur.
Post li qed jaqa’ parti mis-saqaf – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li waqagħlu parti mis-saqaf u minkejja li ntbagħtet e-mail lill-awtoritajiet konċernati, ma rċieva l-ebda risposta?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont l-informazjoni li għandha l-Awtorità tad-Djar, il-post imsemmi kien inxtara mill-istess individvu fl-1997 u għaldaqstant, is-sid huwa responsabbli biex jagħmel it-tiswijiet meħtieġa f’dan il-post.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn din il-familja tħallas kera ta' €531 fis-sena meta kull ma għandha pensjoni ta' €679 fix-xahar, meta l-irħas waħda hija ta' ftit aktar minn €200? Jista' jinvestiga dan il-każ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-kera hija maħduma skont il-policies tal-kera soċjali preżenti. Il-kuntratt tal-kera tas-Sinjuri ġie ffirmat fid-29 ta’ Ottubru 2014.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward dħul ta' persuna li għandu d-dementia u spiss qed ikun jiġri fit-triq?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ imsemmi minnu, qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Ċimiterju tal-Addolorata – rranġar ta’ tarġa tat-toilet
Question
Jista’ l-Ministru jara li tiġi rranġata t-tarġa tat-toilet li hemm fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata wara żmien twil li ilu jsir dan l-ilment?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tarġa msemmija hija parti mill-istruttura tal-kappella gotika li x-xogħol fuqha ġie nkluż fil-proġett tar-restawr taċ-Ċimiterju tal-Addolorata.
Peress li l-Gvern, ftit taż-żmien ilu ffirma l-ftehim kollettiv mal-union tal-għalliema, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim kollettiv jew inkella jagħti aktar dettalji ta' dan il-ftehim?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim mitlub mill-Onor. Interpellant.