Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dħul ta’ persuna bħala residenta fl-SVPR

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li jsir kuntatt ma' din is-sinjura li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fejn qiegħda ġewwa l-Isptar Karin Grech u li qiegħda tistenna li tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule (SVPR)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat peress li r-residenza msemmija minnu ma taqax taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa.

Jobsplus – current job mhux imniżżel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif persuni (bħall-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament) li qed jaħdmu fl-Air Malta, il-current job tagħhom mhux qiegħed imniżżel ġewwa l-Jobsplus? Jista’ jara meta l-pożizzjoni tagħhom se tiġi rranġata peress li qed jitnaqqsilhom id-dritt milli jieħdu l-work benefit?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat minn Jobsplus illi l-ingaġġ ta’ tali ħaddiema ser ikun qiegħed jiġi proċessat elettronikament fi ftit jiem oħra.

Kont tad-dawl u l-ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta' anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament wara li rċieva kont tad-dawl u tal-ilma ta' €80 u l-anzjan talab li jmorru xi ħaddiema mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex jivverifikaw il-kont tiegħu u jkun jista’ jħallas il-ħlas dovut, imma s’issa ma rċieva xejn?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilment imressaq ġie mistħarreġ, fejn jirriżulta li l-kont inħareġ fuq bażi ta’ stima peress li ma kienx hemm qari attwali meħud. Fid-dawl ta’ dan, ittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jintbgħat qarrejj tal-arloġġi fuq il-post. Bħala riżultat ta’ dan l-eżerċizzju, inħareg kont rivedud li jirrifletti l-konsum proprju skont il-qari.
Leg 13 PQ #3714 Sitting 78 2018-02-05 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kiri ta’ karozzi ta’ Ministri u Segretarji Parlamentari

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm huma mikrija l-karozzi li jużaw il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #3715 Sitting 78 2018-02-05 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi

Ħlas ta’ taxxa – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar taxxa li qed jiġi mitlub iħallas, u li qed jara li hi inġusta?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni diġà qiegħed, u ilu għal diversi xhur, f’taħdidiet mal-persuna indikata, liema persuna preżentement għandha appell quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva.

Bdil ta' saqaf ta' kamra tal-banju — każ ta' familja

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar bdil ta' saqaf fil-kamra tal-banju, peress li kien ikkundannat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, dwar il-każ imsemmi, it-tiswijiet meħtieġa fis-saqaf tal-kamra tal-banju tlestew f'Novembru 2017

Residenza San Vinċenz de Paul — Ħaddiema ma’ kuntrattur – sick leave

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara l-każ ta’ maids li jaħdmu ma’ kuntrattur fir-Residenza San Vinċenz de Paul, minħabba li qed jiġu mhedda li jekk jieħdu s-sick leave se jitkeċċew mill-kumpanija? Jista’ jagħmel laqgħa mal-kuntrattur dwar din l-issue?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Żieda fil-pensjoni – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li jidher li ma ħaditx żieda fil-pensjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna imsemmija minnu ħadet iż-żieda ta’ €3.75 fil-ġimgħa kif imħabbra fid-diskors tal-Budget għal din is-sena.

Spezzjoni fuq flat – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward spezzjoni fuq flat peress li mix-xaft dieħel ħafna ilma u minkejja li saru diversi talbiet, ma ittieħdet l-ebda azzjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija diġa ingħatat f'mistoqsija parlamentari numru 3689 li hija identika

Dipartiment tal-Patoloġija – appuntament – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara kif appuntament tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mad-Dipartiment tal-Patoloġija tħassar għar-raba’ darba, minħabba nuqqas ta' strumenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija minnu la għandha u lanqas qatt kellha appuntament mad-dipartiment tal-Podoloġija.

Sptar Mater Dei — skrivani

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm irid ikollok eżamijiet biex tidħol skrivan mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġewwa l-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid x’inhuma l-kwalifiki meħtieġa? Jikkonferma li hemm min daħal mingħajr kwalifiki mitluba? Jista’ jgħid kemm daħlu, xahar b’xahar minn April sa Diċembru 2017 u f’Jannar 2018? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn daħlux bil-kuntratt jew le? Jista’ jgħid kemm daħlu fuq bażi part-time u kemm fuq bażi full-time?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fix-xhur imsemmija minnu kien hemm medja ta’ 40,066 siegħa fix-xahar ta’ xogħol klerikali ingaġġat f’Mater Dei mill-kumpanija msemmija.

Social Worker – każ ta’ anzjana

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir żjara ta’ social worker fid-dar tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li tbati bid-dementia u peress li tgħix waħedha mhux l-ewwel darba li ħarġet barra waħedha?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Konvenju fuq post – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, għal spjegazzjoni għal fatt li 17-il sena ilu għamel konvenju fuq post sabiex jinxtara?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-art li fuqha hemm mibnija d-dar illi, d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat, għadha m’għaddietx għand l-Awtorita` tad-Djar mingħand l-Awtorita` tal-Artijiet.

Xogħol fuq katusi fi flat — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward xogħol ta' katusi fil-flat, peress li ma sarx ix-xogħol fuq apramorta?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif diġà ġie infurmat dwar l-istess każ f'mistoqsija parlamentari 3553, ix-xogħol mitlub huwa kkunsidrat bħala manutenzjoni ordinarja. Ir-residenti ġew infurmati li huma responsabbli biex jagħmlu tali manutenzjoni regolarment u ma jħallux il-propjeta' taqa' fi stat ta' negliġenza.

Spezzjoni fuq gallarija perikoluża – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward spezzjoni fuq gallarija perikoluża?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nifnorma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar għandha ppjanat li jsir proġett li jinkludi tiswijiet, manutenzjoni u tisbieħ ġenerali fil-blokk imsemmi kif ukoll blokki oħra tal-madwar. Diġà saret spezzjoni fuq il-każ imsemmi u t-tiswijiet meħtieġa għandhom isiru f'dan l-istess proġett li mistenni jingħata bidu f'qasir żmien. Madanakollu l-Awtorità tad-Djar ser tieħu passi mmedjati biex, f'każ li hemm xi periklu, dan ser jitneħħa immedjatament.

Spezzjoni fuq flat – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward spezzjoni fuq flat peress li mix-xaft dieħel ħafna ilma u minkejja li saru diversi talbiet, ma tieħdet l-ebda azzjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, wara li saret spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorità tad-Djar, instab li l-ħsara msemmija ta' leakage ta' ilma kienet issewwiet. Ix-xogħol mitlub mill-inkwilin jikkonsisti f'manutenzjoni ordinarja fix-xaft li taqa' taħt ir-responsabbilità tal-inkwilin stess.

Awtorità tad-Djar – għajnuna – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha dħul ta’ €1,400 u jixtiequ li japplikaw għal għajnuna biex tiġi rranġata d-dar fejn jgħixu mill-Awtorità tad-Djar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-persuna li għaliha qiegħda ssir referenza m'għanda l-ebda applikazzjoni pendenti mal-Awtorità tad-Djar, għalhekk hija mitluba biex tiġi fit-taqsima tal-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar sabiex tara hijiex eleġibbli li tibbenefika taħt l-iskema Irranġar u Titjieb,

Housing – xogħlijiet fid-dar – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li għamlet xogħol fid-dar minn skema tal-housing, u minkejja li għaddiet l-irċevuti, il-ħlas għadu ma sarx?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sar kuntatt mas-sinjuri li għalihom qed issir referenza, fejn dawn ġew infurmati li ser issir spezzjoni llum sabiex jiġi kkonfermat ix-xogħol li sar u li b'hekk wara jkun jista' jinħareġ il-pagament.

Skema biex jinfeda ċ-ċens – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ħierġa l-iskema biex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ikun jista’ jifdi ċ-ċens tad-dar tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.