Jista’ l-Ministru jara li jsir rapport minn social worker dwar anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li jgħix f’garaxx u jinsab f’wheelchair?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-każ tal-persuna msemmija qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Trailer tal-ħelu – permessi neċessarji – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara jekk trailer tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li qed jarma bl-affarijiet tal-ħelu għandux il-permessi neċessarji?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu ndikat għandu liċenzja kummerċjali Numru 58/387, biex jaġixxi bħala bejjiegħ tat-triq.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward ċens peress li qalulu li se jkun ikkuntattjat però għadu bla risposta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-file ġie approvat u li l-applikant ser ikun qed jirċievi notifika f’qasir żmien.
Awtorità tax-Xogħol – każ ta’ inġustizzja fuq persuna
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li qed tallega li saret inġustizzja magħha mill-Awtorità tax-Xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
B'referenza għad-dettalji li ngħataw separatament, qiegħed ngħaddi informazzjoni dwar dan il-każ direttament lill-Onor. Interpellant b'mod kunfidenzjali.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – kont ta’ anzjan
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li għalkemm uffiċjali mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma marru għandu, għadu ma rċieva l-ebda kont dovut lilu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilment imressaq minnu ġie nvestigat u jirriżulta li wara li l-ARMS ħadet il-provvedimenti kollha meħtieġa sabiex jintbgħat qarrej tal-arloġġi fuq il-post, ittieħdu wkoll il-miżuri meħtiega sabiex jinħareġ il-kont. Dan fil-fatt sar, bil-klijent iħallas l-ammont dovut.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jitkompla x-xogħol ta' lift fil-kondominju li fih jgħix dan l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, minħabba li x-xogħol beda, iżda waqaf b'mod immedjat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-istess domanda saret f’mistoqsija parlamentari numru 3661 u kif diġa’ ingħad huwa pjanat li jitkompla x-xogħol wara l-1 ta’ Marzu 2018.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettajli dwarha qed jingħataw separatament peress li ilha tliet xhur ma tieħu pensjoni u l-każ għadu ma ġiex solvut?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-benefiċċji tal-persuna msemmija twaqqfu minħabba investigazzjoni. Din il-persuna ntalbet għal diversi drabi tipprovdi dokumenti speċifiċi imma naqset milli tagħmel dan, bir-riżultat illi l-każ għadu mhux solvut.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separament fejn din il-persuna ilha tliet xhur ma tieħu pensjoni u l-każ għadu ma ġiex solvut?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li għadni kif tajt f’mistoqsija parlamentari 3952.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant illi din il-mistoqsija parlamentari hija l-istess waħda bħal mistoqsija parlamentari 3952.
Jista’ l-Ministru jara għalfejn il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ilha ħafna ma tirċievi l-kont tad-dawl u l-ilma?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilment imressaq ġie mistħarreġ, sar kuntatt ma’ din il-persuna u jirriżulta li saret talba sabiex isir trasferiment tal-kont tad-dawl u l-ilma minn persuna oħra għal fuq dan l-istess individwu.
Bħala proċedura sabiex ikun jista' jsir dan il-proċess, kull kont pendenti li jkun hemm ikun irid jiġi mħallas qabel mal-ARMS tkun tista’ tipproċedi għat-trasferiment tal-kont.
F’dan il-każ il-persuna li saret din l-interpellanza fuqha, mhux ilha ma tirċievi l-kontijiet, imma dawn qegħdin joħorġu b’mod regolari fuq il-persuna li għad għandha il-kont fuq isimha.
F’dan ir-rigward, sar ukoll kuntatt ma’ din il-persuna ħalli tħallas il-pendenzi li għandha fuq dan il-kont u b’hekk ikun jista’ jsir it-trasferiment ta’ dan il-kont.
Jista’ l-Ministru jara min huwa s-sid tal-post abbandunat peress li jinsab ma’ ġenb ir-residenza tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi L-Awtorità tal-Artijiet ma għandha l-ebda informazzjoni rigward ir-residenza msemmija, kif ukoll dawk li jmissu ma’ din ir-residenza.
Skont il-mistoqsija parlamentari li għamilt f’Diċembru, jidher li hemm ‘il fuq minn 11,000 single parent li rċevew iċ-children's allowance fl-2017. F’Settembru 2017 l-EU SILC ħarġet statistika fejn l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) irraportat li 6,658 single parent households huma f’riskju ta faqar. Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn single mothers f’riskju ta’ faqar? Jista’ jagħti n-numru ta’ single mothers fl-2002, 2007, 2012 u 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni li qed jitlob ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi iżda tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant illi mhux kull min jirċievi c-
Children Allowance
huwa f’riskju ta’ faqar, għax għalkemm ir-rata imħallsa tiddependi minn test tal-mezzi, hemm rata minima ta’ Allowance li titħallas lil kulħadd, anke meta id-dħul jeċċedi il-limitu stabbilit.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux family clinics fil-bliet u rħula Maltin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) nidiet f’dawn l-aħħar 3 snin diversi servizzi fil-kommunità bil-għan illi jinltaħqu familji li jeħtieġu interventi professjonali sabiex jirċievu tali assistenza.
Għal dan il-għan, twaqqaf is-servizz tal-Home Based Therapeutic Service (HBTS). Dan jipprovdi għajnuna terapewtika lill-familji ‘multistressed’ ġewwa l-kommunita` tagħhom. Dawn il-familji jkollhom diversi problemi kumplessi relatati ma’ faqar, vizzji ta’ droga, vjolenza fil-familja, problemi ta’ saħħa mentali u fejn jidħlu problemi relatati mat-tfal li jitneħħew mill-familji oriġinali tagħhom.
Din l-għajnuna tingħata minn tim terapewtiku li jadotta metodi multidixxiplinari. Il-professjonisti li jaħdmu fit-tim ġejjin minn professjonijiet varji, li jinkludu terapisti tal-familja, psikoterapewtiċi, psikologi u counsellors. It-tim jipprovdi diversi interventi terapewtiċi, li jinkludu terapija individwali mal-adulti u tfal, terapija mal-familja kif ukoll parenting li huwa bbażat fuq l-Incredible Years Parenting Programme, kif indikat fil-policy dwar Postive Parenting.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, dawn is-servizzi qed ikunu pprovduti lill-familji f’dawn il-lokalitajiet u Ċentri madwar Malta u Għawdex;
· Cottonera – Ċentru LEAP
· Għargħur – Ċentru LEAP
· Qawra – Ċentru LEAP
· Għajnsielem Għawdex – Ċentru tas-servizzi tal-FSWS f’Għawdex
Hemm ippjanat illi s-servizzi msemmija jitferxxu f’aktar lokalitaijiet f’Malta u f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha pensjoni ta’ €600 fix-xahar u tħallas kera ta’ €600 fis-sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-kera hija maħduma skont il-policies tal-kera soċjali preżenti. Il-kuntratt tal-kera ġie ffirmat fl-24 ta’ Jannar 2014.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li applikat għall-post fl-1992 u tilfet xi karti u issa jidher li hemm xi misunderstandings?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-persuna li għaliha qiegħda ssir referenza, applikat taħt l-iskema ta’ Sir Sid Darek fl-2013 sabiex tixtri r-residenza tagħha mikrija mill-Gvern. L-applikazzjoni ġiet proċessata u s-sinjura ngħatat il-prezz tal-appartament kif ukoll ingħatat l-għażla li tikri jew tixtri s-soil area li għandha għall-użu esklussiv tagħha. Din is-soil area tammonta għal ċirka ta’ 97.4 metri kwadri. Jidher illi din is-sinjura, la trid tixtri u lanqas tikri din is-soil area u għalhekk l-Awtortia` tad-Djar qiegħda tesplora l-possibilita` li telimina l-użu ta’ din l-art mingħand is-sinjura biex b’hekk hija tkun tista tixtri l-appartament mingħajr l-art ta’ madwaru.
Applikazzjoni ta’ bdil ta’ post – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għall-bidla tal-post?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, s-Sur Falzon għandu applikazzjoni għal tpartit, sabiex ibiddel il-post illi ilu jirrisjedi fih għal diversi snin wara li kien ġie rikonoxxut fl-2001. Ir-raġuni hi li l-post huwa kbir għalih peress li jgħix waħdu. Huwa jixtieq post iżgħar fl-inħawi tal-Msida jew tas-Sliema.
Sptar San Luqa – Spiżerija tal-Għażla Tiegħek – kuntratt u kundizzjonijet tax-xogħol ta’ cleaners
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettajli dwarha qed jingħataw separatament rigward il-kuntratt u l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ cleaners tal-privat, li qed jaħdmu fl-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek fl-Isptar San Luqa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija minnu hija mpjegata mal-kuntrattur u taħdem skont il-kundizzjonijiet tax-xogħol stipulati fil-kuntratt maqbul bejnha u bejn il-kuntrattur.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir lift fil-komun fejn tgħix il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lift sejjer isir u ġiet sottomessa l-applikazzjoni għal-permess tal-ippjanar fid-9 ta' Novembru 2017. L-inkwilin flimkien mar-residenti l-oħra sejr tirċievi pjanti tal-lift hekk kif propost fil-jiem li ġejjin.
Persuni fuq Schedule V intitolati għal sussidju tal-linja tat-telephone GO
Question
Peress li diversi individwi qed jaqblilhom li jkunu fuq il-kartuna s-safra, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma jekk dawk l-individwi li huma dijabetiċi u li nqattatilhom il-kartuna r-roża u ġew maqluba fuq is-Schedule V, jekk għandhomx dritt għal sussidju tal-linja tat-telephone GO?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawk il-persuni dijabetiċi li mill-kartuna r-roża ġew maqluba fuq is-Schedule V għandhom dritt għall-mediċini, inklużi mediċini ġodda tad-dijabete, għal sticks mingħajr ħlas u glucose meter jekk huma fuq l-insulina, għal sussidju fuq nuċċali tal-vista, għal kura dentali, għal antibijotiċi skont il-ħtieġa, kif ukoll dritt għal discount fuq il-kiri tas-servizz tat-Telecare.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjani li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, minħabba li x-xogħol li sar minn kuntrattur sar ħażin u b’kawża ta’ dan, id-dar spiċċat kollha moffa? Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni b'mod immedjat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont informazzjoni li għandha l-Awtorità tad-Djar dwar il-każ imsemmi, ma kien hemm l-ebda xogħol ħażin li sar minn kuntrattur. L-aħħar li saru xogħlijiet f'dan il-font kien madwar 7 xhur ilu u x-xogħol kien iċċertifikat lest mill-Awtorità tad-Djar. Madanakollu għandha terġa ssir spezzjoni biex jiġi vverifikat dan l-ilment.