Jista’ l-Ministru jara kif minkejja li dar li tinsab fi Triq Nofs in-Nhar fil-Belt Valletta u hija skedata bħala MEPA 2 xorta twaħħlet distribution box mill-Enemalta mal-faċċata tagħha (dettalji tal-individwu u ritratti tad-dar qed jingħataw separatament)? Jista’ jara li din titneħħa u tiġi rimedjata l-ħsara li saret?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji tal-individwu ngħataw lill-entità konċernata biex tistħarreġ dan l-ilment.
Servizz ta’ Trasport Pubbliku mill-Mosta għal San Vinċenz de Paule
Question
Peress li hemm servizz dirett miċ-Ċirkewwa għal San Vinċenz De Paule li jgħaddi mir-Rabat, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ukoll servizz ta’ trasport pubbliku mill-Mosta dirett għal San Vinċenz De Paule?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi ir-rotta li qiegħed jagħmel aċċen għaliha hija ir-rotta X1. Din ir-rotta titlaq miċ-Ċirkewwa bid-destinazzjoni finali tagħha tkun l-ajruport. Fi triqitha din tgħaddi mill-Mellieħa, San Pawl Il-Baħar, Triq il-Costa Salina, l-Universita, l-Isptar Mater Dei u quddiem San Vincenz De Paule. Ghaldaqstant din ir-rotta ma tgħaddix mir-Rabat.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm il-possibilita li wieħed jmur San Vincenz De Paule billi jieħu konnettività mill-Mosta (Rotta 31 jew 260) u jibdel għar-Rotta X1 mill-Isptar Mater Dei jew mill-Belt Valletta fuq dawn 3 rotot; 73, 74 u X4.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, liema individwu jgħix f'binja tal-akkomodazzjoni soċjali u l-gallarija ta' dan l-appartament, tenħtieġ li tiġi rranġata b'mod urġenti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dwar il-każ imsemmi, diġa saret spezzjoni fuq il-post, tlestiet l-istima u f’qasir żmien għandu jiġi ngaġġat kuntrattur biex jagħmel ix-xogħol meħtieġ.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5441, peress li qed nirreferi għal €1.2 biljun fi flus u jekk jistgħux ikunu rkuprati sa tmiem is-sena 2013, il-Gvern kellu arretrati fid-dħul tiegħu ta' xejn inqas minn €1.6 biljun u li minn dan id-dħul dovut lill-Gvern, għal raġunijiet diversi, għadu ma tħallasx xejn inqas minn €1.2 biljun, li qed jitqiesu bħala li ma jistgħux jiġu rkuprati, jista’ l-Ministru jgħid illum, kemm huwa l-ammont ta’ flus li huma dovuti lill-Gvern u għadhom ma tħallsux? X’inhuma r-raġunijiet li dawn il-flus għadhom ma nġabrux? Kemm huwa l-ammont ta’ flus li jistgħu jitqiesu bħala li ma jistgħux jiġu rkuprati?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-aħħar ċifri awditjati mill-Awditur Ġenerali huma kif murija fir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika dwar il-kontijiet pubbliċi għall-2016.
Kif muri f’dan ir-rapport, matul l-2016, is-settur pubbliku ġabar madwar 192.3 miljun ewro f’arretrati. Is-sena 2016 ingħalqet b’madwar 1.2 biljun ewro f’arretrati.
L-arretrati fid-dħul tal-Gvern jinġemgħu għal diversi ragunijiet, fosthom dawk ta’ żmien li fihom jinġabru, legali u oħrajn.
Isiru sforzi regolari sabiex il-livell tal-arretrati jinżamm f’livell baxx kemm jista’ jkun.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ser isiru traffic lights fi Vjal l-Indipendenza, malli toħroġ mill-Blata l-Għolja, liema traffic lights ilhom jintalbu li jsiru s-snin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġimgħat li għaddew Transport Malta wettqet l-ewwel fażijiet ta’ proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Vjal l-Indipendenza. Fil-fatt, sar xogħol ta’ titjib, inkluż faċilitajiet għal aktar sigurtà u asfaltar ġdid, fl-ewwel parti ta’ din it-triq.
Il-periti tad-Direttorat tat-toroq fi ħdan l-Awtorità għaddejjin bit-tħejjijiet u d-diskussjonijiet meħtieġa sabiex issa li x-xogħol fl-ewwel parti tat-triq tlesta, jibda wkoll il-bini mill-ġdid tal-kumplament tagħha, fosthom l-introduzzjoni ta’ disinn ġdid tal-junction imsemmija sabiex jonqos ir-riskju ta’ aċċidenti. Ix-xogħol meħtieġ jibda malli jintemmu d-diskussjonijiet meħtieġa ma’ dawk kollha konċernati.
Jista’ l-Ministru jgħid x’jista’ jsir meta omm li qed tfittex ix-xogħol, tapplika għall-Childcare b’xejn (peress li biex issib xogħol trid iż-żmien tagħha)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dawk kollha li mhumiex eliġibbli għall-iskema ta’ Childcare b’xejn u jkunu qed jattendu xi kors offrut minn Jobsplus waqt li qed ifittxu xogħol jistgħu jibbenefikaw miċ-Childcare Subsidy Scheme li hija amministrata wkoll minn Jobsplus. Iktar informazzjoni tinstab fuq https://jobsplus.gov.mt/schemes-jobseekers/childcare-subsidy-scheme.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-kuntratt tad-dar tal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, peress li ilhom is-snin fuq konvenju u jridu jsiru l-actual owners?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-art inkwistjoni għadha ma ġietx trasferita lill-Awtorita` tad-Djar
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkomunika mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, minħabba li l-pilloli tad-dijabete li toffri l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) jagħmlulha l-ħsara u qiegħda tixtri d-Diamicron ta' 30mg mill-pensjoni tagħha? Jista’ jara jekk hux possibbli l-POYC joffrulha din il-marka li semmejt?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-iskema tal-ispiżerija tal-għazla tiegħek tirċievi l-mediċini li jkun xtara l-gvern skont il-proċess tat-tendering. Għaldaqstant, ma tkunx tista toffri ditti partikolari skont ix-xewqa tal-individwu. F’każ ta’ xi effetti mhux mixtieqa, il-pazjent għandu jirrikorri għand il-konsulent tad-dijabete sabiex tkun tista tittieħed azzjoni billi jsir Adverse Drug Report (fejn tindika l-effetti negattivi tal-mediċina), waqt li l-każ jiġi riferit lill-Exceptional Medicinal Committee.
Fi Triq il-Kbira, fil-Mosta, fid-direzzjoni lejn l-Imġarr, qed issir kostruzzjoni u l-kuntrattur mhux talli żgombra l-bankina, imma wkoll ħa biċċa mit-triq. Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kuntrattur għandux permess jagħmel dan? Ta' min jinnota li biex persuna tgħaddi mit-triq bil-mixi, trid toħroġ fit-triq, liema triq jgħaddi minnha ħafna traffiku, u tissogra tintlaqat minn xi vettura.
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isir kordinament bejn l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini sabiex l-iżviluppatur ikun jista’ joħloq bankina li ma tostakolax li jgħaddu vetturi kbar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5304 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u jindika fid-dettal fiex jikkonsistu l-proġetti Youth in Focus u Embark for Life? X’għandu wieħed jagħmel biex jagħmel użu minn dawn is-servizzi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fost bosta servizz oħrajn, l-Aġenzija Appoġġ toffri 3 servizzi speċjalizzati li jaħdmu direttament maż-żgħażagħ li għandhom sfidi fil-ħajja tagħhom. Tnejn minn dawn it-3 servizzi huma il-Youth In Focus u Embark for Life (E4L), filwaqt li magħhom hemm ukoll l-Adoloscent Day Programme.
Is-servizz tal-
Youth In Focus
huwa servizz ta’
social work
li jingħata lil ¿għa¿agħ bejn l-eta` ta’ 13 u 18-il sena. Dawn jiġu mejgħuna sabiex jegħlbu diversi diffikultajiet, fosthom;
· problemi ta’ imġieba,
· esperimentar fl-u¿u ta’ droga jew alkoħol li jista’ jwassal għal dipendenza fuqhom ,
· trawmi tal-passat,
· involviment fil-kriminalità
Il-ġenituri tal-minuri u l-minuri jridu jagħtu l-kunsens tagħhom għal dan is-servizz. Il-ħaddiema soċjali jaħdmu bis-sħiħ u b’certu flessibilita` mal-adoloxxent u jiltaqgħu miegħu/magħha f’postijiet li huma komdi għaż-żagħżagħ, kif ukoll jakkumpanjawhom għad-diversi appuntamenti li jkollhom. Isiru ukoll laqgħat ma’ diversi professjonisti oħra li jkunu involuti fil-ka¿ u jsir dak kollu li jkun hemm b¿onn isabiex l-adoloxxent jingħata l-għajnuna meħtieġa sabiex jegħleb l-isfidi tiegħu u jibda miexi pass pass ‘il quddiem.
Is-servizz tal-
Embark for Life
huwa servizz li jaħdem maż-żgħażagħ ta’ bejn il-15 u l-24 sena u l-għan huwa speċifikament sabiex iż-żgħażugħ/a li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet fil-ħajja tagħhom, jingħataw l-għajnuna neċessarja u l-ħiliet bażiċi sabiex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.
Is-servizz
Youth In Focus
jingħata mill-Aġenzija Appoġġ. Sabiex wieħed jagħmel użu minn dan is-servizz jista’ jew jasal wasla sal-uffiċċju tal-Aġenzija Appoġġ, li jinsab Triq San Luqa, G’Mangia, jew jagħmel kuntatt fuq 22959000. Is-servizz
Embark for Life
, minn naħa l-oħra, jingħata mill-uffiċini li jinsabu l-Imsida, (49, Conception Street, Msida) jew wieħed jista’ jċempel fuq 20998027 sabiex jingħata aktar tagħrif fuq is-servizz.
Mewt f'inċidenti tat-traffiku minħabba sewqan taħt alkoħol jew droga
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5384 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk matul is-sena 2017, kienx hemm każijiet ta' fatalitajiet fit-toroq minħabba li s-sewwieq ikun vittma ta' xi sustanza waqt is-sewqan, bħal alkoħol jew droga?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li għalkemm mill-inċidenti fatali li seħħew fis-sena 2017, hemm suspett li kien hemm każ wieħed li ħalla vittmi peress li wieħed mis-sewwieqa seta’ kien taħt l-influwenza tal-alkoħol, wieħed irid jistenna l-eżitu tal-inkjesta biex dan ikun ikkonfermat.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament se jkollu l-MRI, skont kif ġie mwiegħed (fi żmien qasir) minħabba uġigħ insapportabbl?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie segwit.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jindika meta ser jitqassmu l-magni tad-dijabete (bit-test strips) fid-Distrett tal-Mosta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward tal-ewwel fażi tal-proġett tad-dijabete Tip 2, fejn tqassmu l-magni tad-dijabete bit-test strips lill-persuni li għandhom il-kundizzjoni tad-dijabete Tip 2 u li jieħdu l-insulina, diġa tqassmu fid-Distrett tal-Mosta.
Fir-rigward tat-tieni fażi tal-proġett tad-dijabete Tip 2 fejn ser tqassmu l-magni tad-dijabete bit-
test strips
lill-persuni li għandhom il-kundizzjoni tad-dijabete Tip 2 u li jieħdu l-mediċini, hu ppjanat li jitqassmu fid-Distrett tal-Mosta aktar tard din is-sena.
Assenteiżmu ta’ studenti fl-Iskejjel – ġbir ta’ multi mingħand il-ġenituri
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4599, jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħed isir biex jinġabru l-multi mingħand dawk il-494 ġenitur li ma bagħtux lil uliedhom l-iskola?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew organizzati suġġetti bit-temi relatati mat-trobbija aħjar tat-tfal; budgeting; tisjir b’ikel bnin; użu għaqli tal-enerġija fid-dar, kif ukoll Għaqal id-Dar fil-Family Resource Centres matul is-sena l-oħra? Meta ġew organizzati u f’liema Ċentru ġew organizzati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif mitlub minnu huwa kif ġej :
Għaqal id-Dar, Ħajja Aħjar
Lokalita
Perjodu matul l-2017
Birżebbuġa
Jannar-Marzu
Għajnsielem
Jannar-Marzu
L-Imqabba
Jannar-Marzu
L-Iklin
April-Ġunju
Ħal Luqa
April-Ġunju
Ta’ Sannat/il-Fontana
April-Ġunju
Iż-Żejtun
April-Ġunju
L-Isla
Settembru-Diċembru
In-Nadur
Settembru-Diċembru
Ta’ Xbiex
Settembru-Diċembru
Ix-Xgħajra
Settembru-Diċembru
Programm LEAP!
1. Matul l-2017 ġew organizzati, miċ-Ċentri LEAP, numru ta’
workshops
, b’kollaborazzjoni mal-
Aġenzija Nazzjonali tal-L
itteriżmu
,
‘Għaqal id-dar – Ħajja Aħjar’
, u mal-
Water & Energy Agency
, kif ġej:
Suġġett
Ċentru LEAP
Data
Trobbija Moderna:
A Session about children’s challenging behaviour
Ċentru LEAP għat-Tramuntana (Qawra)
8 ta’ Awissu 2017
Messy Hands – Happy children
Ċentru LEAP Nofs in-Nhar (Kirkop)
1 ta’ Awissu 2017
22 ta’ Awissu 2017
Użu għaqli tal-enerġija fid-dar
Ċentru LEAP għax-Xlokk (Birgu)
13 ta’ April 2017
20 ta’ April 2017
22 ta’ Mejju 2017
25 ta’ Mejju 2017
Trobbija aħjar tat-tfal –
Seħer l-Istejjer
Ċentru LEAP Punent (Qormi)
7 ta’ Marzu 2017
14 ta’ Marzu 2017
21 ta’ Marzu 2017
28 ta’ Marzu 2017
4 ta’ April 2017
11 ta’ April 2017
25 ta’ April 2017
2 ta’ Mejju 2017
9 ta’ Mejju 2017
16 ta’ Mejju 2017
23 ta’ Mejju 2017
30 ta’ Mejju 2017
Household Budgeting
Ċentru LEAP Punent (Qormi)
29 ta’ Marzu 2017
Empowerement Session
Ċentru LEAP Punent (Qormi)
22 ta’ Marzu 2017
Food Handling Course
Ċentru LEAP Punent (Qormi)
30 ta’ Mejju 2017
Tisjir b’ikel bnin -
Eating the Mediterranean Way
Ċentru LEAP Punent (Qormi)
25 ta’ Mejju 2017
Użu għaqli tal-enerġija fid-dar
Ċentru LEAP Punent (Qormi)
7 ta’ Diċembru 2017
Empowerment Session
Ċentru LEAP għax-Xlokk (Birgu)
4 ta’ Mejju 2017
Empowerment Session
LEAP Għawdex (Xewkija)
10 ta’ April 2017
Aġenzija Appoġġ
Tema
Xahar
Centru
Co-Parenting Groups
Gruppi li jiffukaw fuq it-trobbija tat-tfal għal koppji separati.
Settembru – Novembru 2017
Valletta Leap Centre
(għalkemm il-proġett sar fil-Valletta Leap Centre, in-nies li attendew ma kienux biss mil-lokalita’ tal-Belt Valletta).
Settembru – Novembru 2017
Aġenzija Appoġġ
Ottubru – Diċembru 2017
Aġenzija Appoġġ
Pass Pass Project
Organizzat flimkien mal-Parentcraft fejn jsiru gruppi għal ġenituri biex jiġu diskussi sfidi li qed jiltaqgħu magħhom fit-trobbija ta’ uliedhom, bħal nutrizzjoni, saħħa, iġene, l-importanza tal-logħob mat-tfal, u l-imġieba tat-tfal.
Ottubru – Diċembru 2017
Aġenzija Appoġġ -
Qawra Community Service
Wonder Women
Grupp għal nisa fil-komunità li għandhom rwol ta’ ġenitur jew
carer
fil-familji tagħhom. Fil-grupp in-nisa jiddiskutu
Budgeting
, xogħol, nutrizzjoni u tqassim tax-xogħol tad-dar.
Il-grupp baqa’ għaddej matul is-sena kollha
Aġenzija Appoġġ -
Cottonera Community Service
L-ewwel passi
Huwa grupp għal ommijiet u t-trabi tagħhom fejn jitgħalmu jibnu relazzjoni ma’ uliedhom, jingħataw ideat għal trobbija aħjar u jigu diskussi diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom dawn l-ommijiet.
Il-grupp baqgħa għaddej matul is-sena kollha
Aġenzija Appoġġ -
Cottonera Community Service
Progetti Kuluri
Il-proġett huwa immirat għal tfal tal-primarja biex jintegraw flimkien u jibnu s-
social skills
tagħhom. Fl-istess ħin grupp ieħor isir għal ġenituri ta’ dawn it-tfal fejn dawn jiddiskutu t-trobbija ta’ uliedhom u jirċievu sapport mil-grupp.
Il-grupp baqa’ għaddej matul is-sena kollha
Aġenzija Appoġġ –
Valletta Community Service
Aġenzija Sedqa
3. Korsijiet dwar Trobbija Pożittiva (Positive Parenting) organizzati mill-Aġenzija Sedqa (2017)
Xahar
Post
Jannar, 2017.
Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, Ir-Rabat, Malta.
Kulleġġ San Benedittu, Ħal Kirkop
Skola ta’ St. Francis, B’Kara
Skola ta’ St. Francis, Msida
Kulleġġ tas-Sacred Heart, San Ġiljan
Skola Sport, Pembroke (2 korsijiet)
Marzu, 2017.
Skola Primarja, Sliema
Skola Primarja, Għarb, Għawdex
April, 2017.
Skola ta’ Our Lady Immaculate, Ħamrun
Skola ta’ St. Joan Antide, Gudja
Ottubru, 2017.
Skola Primarja, B’Bugia
Dar San Guzepp, St. Venera (2 korsijiet)
Politika Nazzjonali, Strateġija u Proċeduri dwar l-Attendenza
Question
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 11800 tat-12-il leġislatura, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Politika Nazzjonali, Strateġija u Proċeduri dwar l-Attendenza?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li kopja tal-Politika Nazzjonali, Strateġija u Proċeduri dwar l-Attendenza qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid illum, kemm huwa l-ammont ta’ flus li huma dovuti lill-Gvern u għadhom ma tħallsux? X’inhuma r-raġunijiet li dawn il-flus għadhom ma nġabrux? Kemm huwa l-ammont ta’ flus li jistgħu jitqiesu bħala ma jistgħux jiġu rkuprati?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema flus u perjodu qiegħed jirriferi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ġenituri li kienu intitolati għas-suppliment ta’ €400 fis-sena għal kull wild taħt it-23 sena s-sena l-oħra? Kemm kien hemm minn dawn il-ġenituri li ma ġewx intitolati għal dan is-suppliment minħabba li uliedhom m’attendewx l-iskola għal aktar minn 95% tal-ġranet tal-iskola?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-suppliment imsemmi minnu, kien għotja ta’ darba li ngħata fl-2015.