Legislature:
Category:
Reset
Active:

Speed cameras - Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet minn speed cameras madwar Malta kollha fl-2025, u jagħti lista tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ ċitazzjonijiet li ngħataw minn speed cameras allokati  madwar Malta fis-sena-2025, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt li tinkludi dettalji dwar minn liema cameras ingħataw tali ċitazzjonijiet. Locality / Camera Location / Overspeeding Limit Total TRIQ ANTONIO MANOEL DE VILHENA, ATTARD 1714 TRIQ IN-NUTAR ZARB, ATTARD 4204 TRIQ DUN KARM (BKR1 - TO IKL), BIRKIRKARA 1199 TRIQ DUN KARM (BKR2 - TO MSD), BIRKIRKARA 4518 TRIQ HAL-FAR, GUDJA 2166 TUL IL-KOSTA, NAXXAR 358 TUL IL-KOSTA (NB1: BAHAR IC-CAGHAQ – 2658 PEMBROKE TO SPB), NAXXAR TUL IL-KOSTA (NB2: GHALLIES – 190 PEMBROKE TO SPB), NAXXAR TUL IL-KOSTA (SB1: SALINI - SAN PAWL 370 TO PEMBROKE), NAXXAR TUL IL-KOSTA (SB2: MAGHTAB – SAN 2116 PAWL TO PEMBROKE), NAXXAR TRIQ L-IMDINA (QRM3 - TO ZBG), QORMI 1216 TRIQ L-IMDINA (QRM4 - TO MRS), QORMI 503 VJAL IR-ROYAL MALTA ARTILLERY, 119 MRIEHEL BYPASS (QRM1 - TO RBT), QORMI VJAL IR-ROYAL MALTA ARTILLERY, 122 MRIEHEL BYPASS (QRM2 - TO QRM), QORMI TRIQ MIKIEL ANTON VASSALLI 3361 (REGIONAL RD STJ), SAN ĠILJAN TRIQ MIKIEL ANTON VASSALLI 1525 (REGIONAL RD SGN), SAN ĠWANN DAWRET SAN PAWL (XEMXIJA1 - 112 TO XEMXIJA), SAN PAWL IL-BAĦAR DAWRET SAN PAWL (XEMXIJA2 – 201 TO ST PAUL), SAN PAWL IL-BAĦAR TRIQ BURMARRAD, SAN PAWL IL-BAĦAR 876 TRIQ MONS MIKIEL AZZOPARDI, SIĠĠIEWI 519 TRIQ L-IMDINA (ZBG1 - TO RBT), ŻEBBUĠ 168 TRIQ L-IMDINA (ZBG2 - TO ZBG), ŻEBBUĠ 688 TRIQ TAL-BARRANI (ZTN2 - TO MRS), ŻEJTUN 1254 TRIQ TAL-BARRANI (ZTN1 - TO ZTN), ŻEJTUN 3158

Każijiet ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ serq ma ġiex solvut mill-2010 sal-2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li pajjiżna llum għandu l-inqas rata ta’ serq li qatt kellu. Fil-fatt, informazzjoni li diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra turi li Malta kellha l-inqas rata ta’ serq is-sena li għaddiet, liema rata hi iktar sinnifikattiva meta wieħed iħares lejn iż-żieda fl-attività ekonomika u t-turiżmu. Jekk wieħed iqabbel is-sena li għaddiet mas-sena 2012 jara r-rata ta’ serq f’pajjiżna naqset bin-nofs. Dan ma jfissirx li nistgħu nistrieħu fuq il-ħidma li saret, anke għaliex illum jeżistu realtajiet ġodda li rridu nindirizzaw bi strateġiji ċari fuq quddiem nett dawk ta’ prevenzjoni. L-informazzjoni speċifika mitluba mill-Onorevoli interpellant tkun provduta f'seduta oħra hekk kif jeħtieġ tkun verifikata manwalment. Dan il-verifikar manwali ma jibqax ikun meħtieġ kif tkun implimentata s-sistema l-ġdida mħabbra għal budget ta' din is-sena.

Każijiet ta’ omiċidju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ omiċidju ma ġiex solvut mill-2010 sal-2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni hija skont t-tabella annessa. Każijiet ta’ Omiċidji – 2010 sa 2025 Numru ta’ każi Status Sena Solvuti Mhux solvuti 2010 4 3 1 2011 3 3 0 2012 10 7 3 2013 6 4 2 2014 6 2 4 2015 4 2 2 2016 5 3 2 2017 9 5 4 2018 6 6 0 2019 3 3 0 2020 6 6 0 2021 2 2 0 2022 8 8 0 2023 3 3 0 2024 5 5 0 2025 3 3 0 Total 83 65 18

Suwiċidji - Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm suwiċidji matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll x’kienet l-età tal-iżgħar u tal-ikbar persuna?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi skond is-sistema elettronika tal-Pulizija, matul is-sena 2025 kien hemm tletin vittma ta’ suwiċidju. Minn dawn, l-età tal-iżgħar persuna kienet ta’ wieħed u għoxrin (21) sena u l-età tal-ikbar persuna kienet ta’ sitta u sebgħin (76).

VAT - Stabbilimenti tal-ikel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31457, 32000 u 32550 u jgħid kemm inġabru flus mill-VAT fuq l-istabbilimenti tal-ikel fl-2025?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

VAT - Stabbilimenti tal-ikel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31456, 31999 u 32549 u jgħid kemm inġabru flus mill-VAT fuq l-istabbilimenti tal-ikel fl-2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

First Aid & Life Saving Techniques

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-First Aid & Life Saving Techniques humiex ser jiddaħħlu fil-kurrikulu jew bħala study unit, sabiex jiżdied l-awareness fit-tfal sa minn età żgħira?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-suġġett imsemmi mhuwiex suġġett li jiġi mgħallem waħdu. Infatti diversi aspetti tiegħu huma integrȧti f’għadd ta’ suġġetti, fosthom is- Science, Physical Education u Personal, Social & Career Development (PSCD), fejn it-tfal jiġu mgħallma ħiliet relatati mas-sigurtà personali, prevenzjoni ta’ inċidenti u kif għandhom jirreaġixxu f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Barra minn hekk, l-iskejjel ħafna drabi jorganizzaw korsijiet ta’ First Aid permezz tal-għalliema tal-Health and Safety, sabiex jiżdied l-għarfien prattiku tal-istudenti minn età żgħira u jiġi assigurat li l-edukazzjoni dwar is-sigurtà tkun kontinwa u adattata għall-etajiet rispettivi.

Toroq neqsin minn dawl xieraq

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32629, tista’ l-Ministru tara kemm hemm toroq prinċipali li jinsabu fi stat mudlam tant li s-sewwieqa jkollhom isuqu bid-dawl mixgħul b’periklu għal sewwieqa oħra? Tista’ tara li din il-materja tkun indirizzata bis-serjetà mill-entità kkonċernata biex jitnaqqsu l-perikli fit-toroq tagħna?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fir-rigward tad-dawl f’toroq arterjali dan jiġi ddisinjat skont l-istandard Ewropew EN13201 biex ikun żgurat livell għoli ta’ sigurtà. Normalment l-installazzjoni ta’ lampi f’toroq residenzjali fl-ibliet u rħula ssir mill-Kunsill Lokali. Enemalta tipprovdi s-servizz tal-elettriku biex jinxtegħlu wara li l-Kunsill Lokali jissottometti applikazzjoni STL.

Bollards

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32628, jista’ l-Ministru jara li jittieħdu passi biex il-kuntrattur responsabbli mill-bollards fit-toroq tal-pajjiż jieħu ħsieb il-manutenzjoni tagħhom biex jiżgura li dawn il-bollards huma fi stat tajjeb u li qegħdin jilħqu l-għan tagħhom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ittieħdet konjizzjoni tal-mistoqsija parlamentari.

Clinical Trials – Għajnuna mill-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern jgħinx lill-persuni kollha li jkollhom bżonn ta’ clinical trials barra minn Malta? Jekk le, dawn jintgħażlu b’mod arbitrarju?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel din l-mistoqsija lill Ministeru kkonċernat.

Clinical Trials – Għajnuna mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jgħinx lill-persuni kollha li jkollhom bżonn ta’ clinical trials barra minn Malta? Jekk le, dawn jintgħażlu b’mod arbitrarju?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-assitenza hija provduta lil każijiet fuq bażi ta’ rakkomandazzjoni min-naħa tal-konsulent.

Visa – Regolamenti ġodda

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kif Malta qiegħda tirrispondi għar-regolamenti l-ġodda tal-Istati Uniti dwar il-Visa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel xejn nixtieq nikkjarifika li Malta tibbenifika mill-‘Visa Waiver Program’ tal-iStati Uniti. Taħt dan il-programm, il-Maltin jistgħu jivvjaġġaw lejn l-iStati Uniti għal raġunijiet ta’ turiżmu u negozju sa massimu ta’ disgħin (90) ġurnata mingħajr viża. F’dan il-każ, il-vjaġġatur irid japplika għall- ‘ESTA’ is-Sistema Elettronika għall-Awtorizzazzjoni tal-ivjaġġar. Fir-rigward tal-‘ESTA’ u anke l-viżi, sa llum Malta ma ġietx infurmata bl-ebda tibdil mill-proċess innifsu. Madankollu, il-Gvern Amerikan qiegħed japplika skrutinju akbar u qed isegwi l-proċeduri b’aktar reqqa, kif stabbilit fil-liġi Amerikana. L-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u l-Ministeru għall-Affarjiet Barranin u t-Turiżmu kompla jżomm ruħu aġġornat bl-iżviluppi li qegħdin jiżvolġu fid-Dipartiment tal-Istat, u se jkompli jaċċerta li ċ-ċittadini Maltin ikunu nfurmati bl-aħħar żviluppi permezz tal-pariri dwar l-ivjaġġar, li jinsabu fuq is-sit elettroniku uffiċjali ‘Consular Plus’.

Ta’ Qali - Picnic area - Żrar

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender għaż-żrar fil-picnic area f’Ta’ Qali? Jista’ jgħid ukoll jgħid jekk ġewx osservati l-liġijiet tal-procurement?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32729.

Il-Mosta - Persuni li jirċievu l-pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti l-Mosta li qed jirċievu l-pensjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Pensjonijiet Mosta Pensjoni tal-Eta' mhux Kontributorja 67 Pensjonijiet Kontributorji tal-Irtirar 3,375 Pensjoni tar-Romol 770 Pensjoni tal-Invaliditá 90 Total 4,302