Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tad-Djar — ħaddiema

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5578, jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk dawk il-ħaddiema fl-Awtorità tad-Djar, li qegħdin jieħdu l-allowance u li mhumiex parti mill-ftehim kollettiv, jitħallsux ukoll tal-overtime jew tat-time off in lieu? Jista' jindika kemm jammonta kull allowance lil kull ħaddiem u għal liema raġuni qed jingħata? Jista' jgħid jekk hemmx ħaddiema li għandhom aktar minn allowance waħda u li mhumiex parti mill-ftehim kollettiv tal-istess Awtorità? Jekk iva f'liema gradi u f'liema sezzjoni qed jingħata u għaliex? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħaddiema li qed jitħallsu tal-leave li ma jkunux ħadu s-sena ta' qabel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, ħaddiema li jieħdu allowance li mhux parti mill-Ftehim Kollettiv, jitħallsu tal-overtime jew minflok jistgħu jutilizzawh f’time off in lieu. L-allowances li mhumiex parti mill-Ftehim Kollettiv huma s-segwenti : Grad Sezzjoni Ammont Annwali € Tip ta’ Allowance Ammont Annwali € Tip ta’ Allowance Supervisor Registry 432 Mobile Allowance Administration Officer Assistenta Personali CEO 1,300 Disturbance Allowance Officer II Assistenta Personali Chairman 1,300 Disturbance Allowance 432 Mobile Allowance Senior Officer Customer Care 1,300 Disturbance Allowance Senior Officer Corporate Service 1,950 Disturbance Allowance 540 Mobile Allowance Messaġier Corporate Service 3,900 Koordinazzjoni tal-Proġett Binja Buqana Messaġier Corporate Service 325 Heavy Lifting Duties Messaġier Corporate Service 325 Heavy Lifting Duties Office Attendants Corporate Service 839.93 Xogħol addizzjonali Office Attendants Corporate Service 839.93 Xogħol addizzjonali Il-ħaddiema tal-Awtorità tad-Djar mhux qed jitħallsu tal-leave li ma jkunux utilizzaw matul is-sena ta’ qabel. Tajjeb li niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant illi, l-approvazzjoni għal dawn l- allowances mhux prassi ġdida, hekk kif fl-2008 bdew jiġu approvati, mic- Chairman u/jew mil-Kap Eżekuttiv, numru ta’ allowances , inkluż car allowance u disturbance allowance f’ċertu gradi u skali skont il-prerogattiva tal- Management .

Akkomodazzjoni Soċjali – każ ta’ anzjana

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fejn din l-anzjana toqgħod fir-raba’ sular u s-saħħa tagħha qiegħda tmur lura u li għaxar snin ilu applikat għall-akkomodazzjoni soċjali imma s’issa għadha mingħajr risposta?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorita` tad-Djar diġa infurmat lill-persuna kkonċernata b’risposta bil-miktub, għall-mistoqsija li saret f’isimha.

Akkomodazzjoni alternattiva – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fejn din il-persuna ma ngħatatx post alternattiv minkejja ż-żmien li għandha u ser ikolla terġa’ toħroġ mill-post li għandha u probabilment ser tispiċċa mingħajr post fejn toqgħod?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar diġa infurmat lill-persuna kkonċernata b’risposta bil-miktub għall-mistoqsija li saret f’isimha.

Akkomodazzjoni diċenti – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn baqgħet ma ħadet ebda risposta wara li ilha snin li applikat għal post diċenti mill-housing minħabba li qed tgħix ġo tlett ikmamar u issa ilha żmien twil ma toħroġ, peress li kellha stroke u ma tistax tinżel taraġ?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar infurmat lill-persuna kkonċernata b’risposta bil-miktub għall-mistoqsija li saret f’isimha.

Akkomodazzjoni alternattiva – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fejn jgħix ġo kamra waħda u ilu żmien li applika għal post alternattiv?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar infurmat lill-persuna kkonċernata b’risposta bil-miktub għall-mistoqsija li saret f’isimha.

Ħsarat fil-muturi ta’ binja

Question

Jista' l-Ministru jara meta ser jissewwew il-ħsarat li ġarrbu l-muturi fil-komun tal-Binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn f’din il-blokka qabad in-nar, nhar id-19 t'April, 2018?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar infurmat lill-persuni kkonċernati b’risposta bil-miktub għall-mistoqsija li saret f’isimhom.

Bormla Home – lift

Question

Jista' l-Ministru jindika meta se jissewwa l-lift f'Bormla Home, minħabba li ilu wieqaf tul dawn l-aħħar sitt ġimgħat għad-detriment tar-residenti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità, qed isegwi s-sitwazzjoni mill-qrib u huwa nfurmat illi, l-lift ser jissewwa fil-ġranet li ġejjin, hekk kif mistennija jaslu l-parts meħtieġa. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpelant illi, d-Dar ta’ Bormla għall-Anzjani hija mgħamra b’żewġ lifts u fil-preżent ir-residenti xorta għandhom aċċess għal lift, hekk kif qed jagħmlu użu mill- lift l-ieħor.

Skejjel primarji u sekondarji tal-Istat — fondi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat flus kull skola primarja u sekondarja tal-Istat fl-aħħar tliet snin biex jitmexxew is-servizzi edukattivi tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Strateġija Nazzjonali dwar il-Vjolenza Domestika — twettiq

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi twettaq mill-Istrateġija Nazzjonali dwar il-Vjolenza Domestika li kienet tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fl-24 ta’ Jannar 2018? Kemm persuni tressqu l-Qorti fuq reati ta’ vjolenza domestika matul din il-Leġiżlatura u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (DALLI, HELENA)

L-istrateġija nazzjonali dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika kienet imnedija f’Novembru 2017 u tkopri l-perjodu li jintemm fl-aħħar tal-2020. Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa ġew implimentati punti 1.1, 1.2, 1.3 u 1.4 bis-saħħa għal-liġi dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ħa ħsieb biex jitneħħew ir-riservi li kellha Malta dwar xi artikli mill-Konvenzjoni ta’ Istanbul. Punt 1.6 ġie mwettaq permezz ta’ kumitat interministerjali, intiż sabiex jiżgura li l-entitajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-istrateġija iwettqu xogħolhom fiż-żmien stipulat. Punt 1.7 ġie mplimentat peress li ġie mfassal u stampat il-manwal tal-proċeduri għall-entitajiet kollha. Punt 2.5 twettaq permezz ta’ taħrig għall-professjonisti differenti li jaħdmu f’dan il-qasam fosthom il-pulizija, is-social workers, l-infirmiera, it-tobba, il-guidance teachers u l-qwiebel. Ingħata wkoll taħriġ lill-ġudikatura dwar l-implimentazzjoni tal-liġi l-ġdida u l-Konvenzjoni ta’ Istanbul. Punti 3.1, 3.2 u 3.3 li jirrigwardaw il-prevenzjoni ġew implimentati permezz ta’ kampanji ta’għarfien fuq medja soċjali, radju, kif ukoll is-16-il jum ta’ attiviżmu matul ix-xahar ta’ Novembru. Finalment, punt 4.1 ġie implimentat permezz ta’ publikazzjoni ta’ ktejjeb ta’ informazzjoni mfassal mill-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika. Din ta’ l-aħħar fasslet ukoll materjal għall-vittmi sabiex ikunu jafu x’servizzi hawn għalihom. Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat rigward it-tieni mistoqsija fuq kemm persuni tressqu l-Qorti fuq reati ta’ vjolenza domestika.

Is-Siġġiewi – Triq l-Imdina – żvilupp t’akkomodazzjoni soċjali – fetħa fil-blat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid il-fetħa fil-blat (ritratt qed jingħata separatament) li dehret waqt ix-xogħlijiet fis-sit fejn qed isir l-iżvilupp t’akkomodazzjoni soċjali fi Triq l-Imdina fis-Siġġiewi, x’inhi? Jista’ jagħti x’informazzjoni għandhom il-periti dwar din il-fetħa u x’assessjar għamlu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-fetħa fil-blat illi tidher fir-ritratt mehmuż, hija Waste Water Gallery tal-Water Services Corporation. Qed isiru surveys mill-Water Services Corporation biex ikun stabbilit l-aħjar mod kif għandna nipproċedu.

Il-Mosta – Casa Arkati – bus shelter

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir bus shelter qrib Casa Arkati fil-Mosta peress li diversi anzjani ma jistgħux jinżlu lejn darhom minħabba li l-bus shelter li hemm jinsab ‘il bogħod u f’telgħa li jaqta’ qalb l-anzjani?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar konsiderazzjoni.

Aġenzija Sapport – Servizz Star 25

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4978, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm klijenti li qed jirċievu dan is-servizz Star 25 u x’għandhom jagħmlu dawk il-ġenituri jew carers li għandhom adulti li jbatu minn diżabilità intelletwali severa, biex jirċievu dan is-servizz?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, preżentament is-Sevizz Star 25, offrut mill-Aġenzija Sapport, jingħata lil għaxar klijenti, waqt illi ħames klijenti oħra jinsabu fil-fażi tat-tranżizzjoni, sabiex jibdew jibbenefikaw mis-servizz ukoll. Ġenituri jew Carers illi jixtiequ jirreferu għal dan is-servizz offrut, għandhom jagħmlu kuntatt mal-Aġenzija Sapport sabiex isir l-assessjar meħtieġ.

Pain Management Clinics

Question

Billi l-uġigħ kroniku huwa problema serja globali fejn huwa stmat li tolqot wieħed minn kull ħames adulti fl-Ewropa, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’qed isir f’pajjiżna biex ikollna kura adekwata (bħas-servizz tal-Pain Management Clinics) u trattament aħjar għall-immaġġinar tal-uġigħ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tal-Anestesija, Kura Intensiva u l-Immaniġġjar tal-Uġigħ joffri formalment servizzi għall-immaniġġjar tal-uġigħ kroniku. Preżentament, hemm 4 konsulenti li joffru servizz għall-immaniġġar tal-uġigħ kroniku. Fil-ġimgħat li ġejjin Konsulent ġdid li għandu taħriġ u esperjenza xierqa fil-qasam huwa mistenni jibda’ jagħti servizz f’dan id-Dipartiment. Dan mistenni jkompli jżid il-proviżjoni tas-servizz. Is-servizzi pprovduti jinkludu: outpatient clinics regolari u dawn jinkludu ukoll pain clinic relatata mal-onkoloġija, kif ukoll sessjonijiet fit-theatre għall-interventi. Fl-Outpatient Clinics, il-pazjenti ssirilhom vista u jitfassal pjan ta’ trattament li jista’ jinkludi trattament permezz ta’ mediċini, interventi psikoloġiċi, fiżiċi jew interventional procedures. Għall-pazjenti li jkollhom bzonn xi interventional procedure hemm sessjonijiet apposta li jsiru fit-theatre. Dawn il-proċeduri jinkludu varjeta ta’ infiltration techniques, neuroablation u neuromodulation. L-Uffiċċju tat-Trattamenti Speċjalizzati fi ħdan l-uffiċċju tat-Tabib Ewlieni jagħmel arranġamenti ħalli jinġieb Konsulent li huwa speċjalizzat biex jitratta l-uġiegħ kroniku minn ġewwa l-Ingilterra. Dan il-Konsulent jigi Malta bejn ħdax u tlettax il-darba fis-sena fejn jiġu organizzati clinics u procedures ġewwa Mater Dei. Fis-sena 2017, dan il-konsulent ġie Malta 11 il-darba, għamel vista lil 170 pazjent fil-klinika u għamel proċedura fuq 102 pazjent.

Klabb 3-16 — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jattendu l-Klabb 3–16? Kemm minnhom qed jibbenefikaw mis-sussidju fi ħlas għal dan is-servizz? X’għandhom jagħmlu ġenituri foqra biex jibbenefikaw minn dan is-sussidju? X’servizzi qed jingħataw lill-istudenti li qed jattendu l-Klabb 3–16?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li n-numru ta’ tfal li qed jattendu l-Klabb 3-16 huwa ta’ 1,733. Il-ġenituri jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna għal dan is-servizz kemm mill-iskema interna tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi (FES), li minnha jibbenefikaw sitt itfal, kif ukoll minn Scheme 9: Social Funds for Students in Difficulty amministrata mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u li minnha jibbenefikaw 32 tfal. L-iskema ta’ sussidju tal-FES hija miżura maħsuba biex toffri għajnuna lil ġenituri li huma responsabbli tat-trobbjia ta' tfal bejn it-tliet snin u s-sittax-il sena. Din l-iskema tipprovdi sussidju għal perjodu ta' sena fuq is-servizz ta' wara l-ħin tal-iskola, Klabb 3-16. Għal fini ta' din l-iskema, "ġenituri" tfisser il-ġenituri naturali kif ukoll ġenituri bil-kustodja ta' orfni, foster carer li jkun il-kuranti b'affidament approvat skont l-Att dwar il-Foster Care, ġenitur bi żwieġ ieħor u ġentitur adottiv skont l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318). Skont l-istess att, "ġenitur singlu" tfisser ġenitur li jkun romol, separat (sew de facto jew de jure), divorzjat jew mhux miżżewweġ li jkun waħdu u għal kollox responsabbli li jżomm u jrabbi lil uliedu dipendenti li ma jkunux għalqu t-tmintax-il sena. Persuni eliġibbli huma: · Persuna li tattendi edukazzjoni u taħriġ fil-ħinijiet li fih jingħata s-servizz tal-Klabb 3-16 biex tkun tista' tibda taħdem. · Persuna li ser tidħol fid-dinja tax-xogħol u li l-impjieg ikun fil-ħin tas-servizz. · Persuna b'persuna dipendenti li għandha mard serju jew diżabbiltà u li tixtieq tidħol fis-suq tax-xogħol. · Is-sussidju jista' jingħata għal dawk il-ġenituri li jkunu riferuti minn aġenziji jew professjonisti oħra. Dħul tal-Familja (Combined Family Income)Rata tas-sussidju 0 - €10,00075% tal-ispejjeż €10,001 - €12,00060% tal-ispejjeż €12,001 - €14,50045% tal-ispejjeż €14,501 - €16,50030% tal-ispejjeż Il-benefiċjarji tal-miżura taħt Skema 9 huma studenti fl-iskejjel primarji tal-Istat fl-età minn 3 sa 10+ snin li ġejjin minn familji li jkunu qed jesperjenzaw diffikultajiet soċjo-kulturali u/jew soċjo-ekonomiċi. Is-servizz li jingħata lill-istudenti li qed jattendu l-Klabb 3-16 huwa wara l-ħin tal-iskola bejn is-2 u s-6 ta’ filgħaxija. Waqt dan is-servizz it-tfal jagħmlu l-‘homework’ mal-‘homework tutors’ u wara jkollhom attivitiajiet sportivi jew inkella attivitajiet b’tema edukattiva però informali bħal logħob edukattiv, attivitajiet ta’ xjenza, tagħlim ta’ lingwi barranin (FLAP) jew programmi kulturali (LAPSI).

Awtorità tad-Djar – allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħaddiema fl-Awtorità tad-Djar li qed jieħdu l-allowance u li dawn mhumiex parti mill-ftehim kollettiv? Jekk iva, f'liema grad qegħdin dawn il-ħaddiema u x'inhu r-rwol tagħhom fl-awtorità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interperllant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ħlas żejjed f’home – każ ta’ persuna

Question

Jista' l-Ministru jara li l-każ tal-eredi tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jieħdu l-flus dovut lilhom, minħabba l-ħlas żejjed li sar fil-home li kienet tgħix fiha?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li malli l-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, daħlet fid-Dar għall-Anzjani imsemmija minnu b’mod separat, is-sezzjoni tal-kontribuzzjonijiet fi ħdan id-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, kienet ħadmet ir-rata bis-60% u bagħtet tinforma lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u lill-qraba permezz ta' ittri. Wara xi żmien, is-sezzjoni tal-kontribuzzjonijiet reġgħet intalbet tibgħat kopji ta' dawk l-ittri lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u ġiet riveduta ir-rata skont kif kien hemm ikkomunikat fl-ittri. Il-qraba tal-anzjana kellhom japplikaw għal refund min-naħa tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

EAFRD – Għajnuna tal-Bidu għall-bdiewa Żgħażagħ — applications

Question

May the Minister responsible for EU Funding under the European Agricultural Fund for Rural Development (EAFRD) kindly indicate: - the total number of applications received under measure 6.1 – Għajnuna tal-Bidu għall-bdiewa Żgħażagħ; - how many of the applications received under measure 6.1 – Għajnuna tal-Bidu għall-bdiewa Żgħażagħ were submitted more than 12 months ago and how many applications were submitted within these last 12 months; and - how many of the applications under measure 6.1 have been decided, and how many of them are still pending and how many pending applications under the same measure were received over 12 months ago?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li n-numru t’applikazzjonijiet minn bdiewa żgħażagħ taħt il-Miżura 6.1 huwa ta’ 23. L-applikazzjonijiet kollha daħlu f’inqas minn 12 -il xahar ilu u dawn għadhom fil-proċess tal-għażla.

EAFRD – Appoġġ għall-Investiment f’Ażjendi Agrikoli — applications

Question

May the Minister responsible for EU Funding under the European Agricultural Fund for Rural Development (EAFRD) kindly indicate: - the total number of applications received under measure 4.1 – Appoġġ għall-Investiment f’Ażjendi Agrikoli and how many of the applications received under measure 4.1 – Appoġġ għall-Investiment f’Azjendi Agrikoli were submitted more than 12 months ago and how many applications were submitted within these last 12 months; and - how many of the applications under measure 4.1 have been decided, and how many of them are still pending. How many pending applications under the same measure were received over 12 months ago? In the case of applications submitted over 12 months ago, will the beneficiaries be allowed to claim for investments carried out between the time that the application was submitted and the time that the application was decided?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li t-total ta’ applikazzjonijiet li rċeviet l-Awtorità ta’ Ġestjoni taħt il-Miżura 4.1 minn meta varat l-iskema huwa ta’ 109. 28 minn dawn l-applikazzjonijiet intlaqgħu iktar minn 12 il-xahar ilu filwaqt li 81 ġew sottomessi fl-aħħar 12 – il xahar. Minn dawn 53 applikazzjoni qegħdin fl-evalwazzjoni u dawk eleġibbli wasslu sabiex jingħataw l-approvazzjoni. Wara qbil mal-Kummissjoni Ewropea fil-ġranet li għaddew in-nefqa hija eliġibbli wkoll jekk tkun ġiet minfuqa wara li tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni lill-Awtorità ta’ Ġestjoni u mhux biss wara li l-applikazzjoni għall-appoġġ tkun ġiet approvata mill-awtorità kompetenti. Ir-rimbors tal-fondi mill-Aġenzija tal-Pagamenti ssir dejjem wara u f’każ li l-applikazzjoni tkun approvata.

Kuntratt tad-dar — każ ta’ individwu

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5499, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx proċedura relattiva sabiex l-art tiġi akkwistata mil-Lands Department?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, t-talba għat-trasferiment tal-art illi saret referenza għaliha, saret fis-16 ta’ Marzu 1988.