Persuni li jħossuhom iżolati u esklużi mis-soċjetà – għajnuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Gvern u kemm qed jinvesti flus ma’ gruppi u entitajiet biex itejjeb is-sitwazzjoni ta’ persuni li jħossuhom iżolati u esklużi mis-soċjetà minħabba solitudni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mituba minnu.
Madanakollu, infakkar lill-Onor. Interpellant li, minbarra dan l-investiment u s-sħubija ma’ għaqdiet non-governattivi u djar jew residenzi tal-Knisja, in-nefqa kollha ta’ dan il-Ministeru, hija primarjament immirata lejn gruppi u individwi fis-soċjetà, li għandhom bżonn għajnuna fl-immedjat u anke` bi pjanijiet fit-tul biex innaqsu l-problema tal-faqar, solitudni u esklużjoni soċjali. Din il-ħidma tvarja minn għajnuna lil familji bi dħul baxx, persuni b’ġenitur wieħed u tfal li qed jgħixu fi djar tat-tfal jew tfal suxxettibli għal vjolenza domestika, servizzi terapewtiċi u psikoloġiċi lill-familji li għaddejjin minn żmien diffiċli, numru ta’ servizzi lill-anzjani li jgħixu fi djarhom, kif ukoll lil dawk residenti ġewwa d-djar tal-anzjani, numru ta’ servizzi offruti lill-persuni b’diżabilità, għajnuna ta’
housing
soċjali, servizzi u għajnuna lill-vittmi tad-droga u persuni li għaddejjin minn problemi relatati mal-vizzju tal-alkoħol, kif ukoll kenn u sostenn lil min m’għandux saqaf fuq rasu.