Jista' l-Ministru jara kif il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li l-faċċata tad-dar tagħha għandha l-fili kollha miftuħin u bejtulha green wasps (żnażan) u spiċċat maqfula f’darha minħabba li qed jidħlu fil-fili kollha? Jista' jara l-applikazzjoni li ilha pendenti tliet snin biex isiru x-xogħlijiet neċessarji?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorita` tad-Djar infurmat lill-persuna kkonċernata b’risposta bil-miktub għall-mistoqsija li saret f’isimha.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3520 u jgħid kemm swiet l-ispiża tal-ftuħ uffiċjali tal-Valletta 18?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-ispiża tal-ġimgħa tal-ftuħ uffiċjali tal-Valletta 18 kienet ta’ €1,508,542.4, li hija bejn wieħed u ieħor l-istess nefqa relattiva għaċ-ċelebrazzjonijiet għad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea 14-il sena ilu.
Ma’ dan irid jingħad ukoll li hu stmat li l-okkazjoni attirat madwar 13,000 turist lejn pajjiżna, li wkoll hu stmat li se jkunu ħallew madwar €8.6 miljun fl-ekonomija nazzjonali direttament jew indirettament.
Awtorità tad-Djar –talbiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 566 jgħid sal-lum kemm hemm talbiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali quddiem l-Awtorità tad-Djar u jagħti l-informazzjoni skont il-lokalità li minnhom ġejjin l-applikanti? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet huma għall-ewwel dar tagħhom u kemm minnhom qed jitolbu li jbiddlu l-post għal post ieħor għal xi raġuni jew oħra?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-lum, l-Awtorita` tad-Djar għandha, 3291 talba pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali. Hemm ukoll 549 talba oħra sabiex l-inkwilini ibiddlu l-post tagħhom ma’ post ieħor. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 567 u jgħid kemm-il allokazzjoni saret mill-Awtorità tad-Djar bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017? Jista’ jgħid kemm-il allokazzjoni saret xahar b’xahar fiż-żmien imsemmi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Benefiċjarji li ser jibbenefikaw mir-roħs fil-ħlas tal-kera
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 568 u jgħid kemm huma l-benefiċjarji li ser jibbenefikaw minn roħs fil-ħlas tal-kera fl-akkomodazzjoni soċjali tagħhom u dan skont kif ġie mħabbar fil-Baġit li għadda? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-benefiċjarji diġà qed igawdu minn dan it-traħħis u kemm minn dawn il-benefiċjarji rċevew diġà l-ħlas żejda li huma ħallsu minn meta l-Gvern iddeċieda li jgħollilhom il-kera?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, kienu 1,433 il-benefiċċjarji li bbenefikaw minn roħs fil-kera kif imħabbar fil-Baġit tal-2017. Il-benefiċċjarji kollha diġa’ rċevew il-ħlas żejjed li ħallsu u gawdew minn dan it-traħħis illi sar biex titneħħa ż-żieda. Tajjeb illi nfakkar lill-Onorevoli Interpellant illi, għall-kontra ta’ dak illi qed itenni, din iż-żieda kienet iddaħħlet mill-Gvern preċedenti, liema Gvern kien immexxi mill-Partit Nazzjonalista.
Jista' l-Ministru jara li l-airconditioner f'Żejtun Home jaħdem?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, iċ-chillers tad-dar tal-anzjani taż-Żejtun ser jiġu mibdula. Il-proċess tax-xiri huwa finalizzat, l-apparat ordnat u fil-fatt id-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, qed jistenna li dan jasal f’Malta dalwaqt, sabiex jiġi nstallat ġewwa d-dar tal-anzjani taż-Żejtun.
Jista’ l-Ministru jiċċekkja water culvert li tinsab quddiem ir-residenza li d-dettalji tagħha jinsabu separatament, peress li ilha ħafna biex tiġi mnaddfa u fin-nuqqas ta’ dan, l-istat ta’ din il-culvert qed ikun ta’ inkonvenjent għar-residenti?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dik li kienet Deputy CEO fl-Awtorità tad-Djar, u li wara l-elezzjoni ta' Ġunju 2017 kienet telqet minn dan id-Dipartiment, jekk ġietx lura? Jekk iva f’liema grad qiegħda u x’inhu l-pakkett finanzjarju u x'tip ta' xogħol qiegħda tagħmel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-persuna li qed issir referenza għaliha rritornat lura l-Awtorità tad-Djar u qed tokkupa l-kariga ta’ Executive Head. Hija qed taqdi r-responsabbilitajiet marbutin ma’ din il-kariga u qed tirċievi pakkett finanzjarju relatat ma’ din il-pożizzjoni.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara x'sar mill-appuntament tat-terapija tal-anzjan lid-dettalji dwar qed jingħataw separatament, fejn l-aħħar li ltaqa’ mal-konsulent tiegħu kien nhar il-25 ta' Mejju 2018, u għalhekk issa għadda aktar minn xahar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie segwit.
Jista’ l-Ministru jara kif il-blokka tal-housing li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fejn ir-residenti ilhom xhur jirrappurtaw li katusa tal-bejt hi miżduda u anke kien mar perit xi xahar ilu imma baqgħu ma semgħu xejn u għadu ma sar xejn b’detriment għar-residenti u peress li l-ilma qed iċarċar ma kullimkien?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar infurmat lill-persuna kkonċernata b’risposta bil-miktub, għall-mistoqsija parlamentari li saret f’isimha.
Mental Health Community Services – lista’ ta stennija għall-għajnuna minn psikologi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni fil-lista ta’ stennija biex jiġu megħjuna regolarment minn xi psikologu fil-Mental Health Community Services? Kif wieħed jista’ jagħmel użu mis-servizz tagħhom? Kemm huwa ż-żmien ta’ stennija biex jiġu moqdija dawn il-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali u min qed jieħu ħsiebhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 42 persuna fil-lista ta' stennija biex jiġu megħjuna minn psikologu jew assistent psikologu fil-Mental Health Community Services. Normalment wieħed jista’ jiġi referut għal għand il-psikologu mill-psikjatra tiegħu. Jeżisti wkoll servizz fejn anke jekk wieħed ma għandux bżonn jieħu l-kura mingħand psikjatra jista’ jiġi referut għal għand il-psikologu mit-tabib tal-familja jew taċ-ċentru tas-Saħħa.
Dawn il-persuni jdumu jistennew bejn ġimgħa u xahrejn biex jiġu moqdija. Jekk il-każ ikun urġenti jinqdew fi żmien ftit jiem. Ir-
referrals
mingħand it-tobba tal-familja u taċ-ċentri tas-Saħħa tieħu ħsiebhom il-
Managing Psychologist
.
Referrals
mingħand il-Psikjatri jiġu mqassmin bejn iż-żewġ tims ta' psikologi.
Jista’ l-Ministru jindika meta l-istatwa tal-Madonna fi Triq Reġjonali se titpoġġa lura f'postha?
Response (BORG, IAN)
Il-Kunsill Lokali Gżira u l-kuratur tan-niċċa tal-Madonna msemmija kienu talbu sabiex din l-istruttura ma terġax tinbena fil-post oriġinali iżda f’żona fejn tista’ titgawda u tiġi meqjuma aħjar, mingħajr periklu. Wara konsultazzjoni mal-partijiet konċernati, kien hemm qbil li n-niċċa ġdida għal din l-istatwa tinbena fi Triq tas-Sliema, il-Gżira. Fil-fatt, il-pedamenti u l-pedestall ta’ din l-istruttura diġà nbnew. Il-bini tan-niċċa se ssir fiż-żmien li ġej, hekk kif jintemm il-proċess ta’ akkwist tas-servizzi meħtieġa, sabiex finalment l-istatwa tkun tista’ titpoġġa f’dan il-post aktar adattat.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex tiġi rilokata f’home li fiha jkun hemm sodod attrezzati li jilqgħu l-ħtiġijiet tagħha, peress li għandha l-hipbone miksura?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità, qed isegwi mill-qrib dan il-każ u nforma lill-persuna kkonċernata b’risposta bil-miktub għall-mistoqsija parlamentari li saret f’isimha.
Spazji ġodda miftuħin biex jitgawdew mill-pubbliku
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6548, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni għal spazji li ġew kreati ġodda u mhux spazji li ilhom hemm is-snin u fuqhom sar tisbiħ?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li barra t-tisbiħ ta’ spazji diġà stabbiliti, il-Ministeru ħadem fuq tisbiħ ta’ spazji ġodda li ġew imnaddfa u sar tħawwil ta’ numru konsiderevoli ta’ siġar u arbuxxelli ndiġeni Maltin.
Fost dawn insemmu dawn is-siti:
· Baħar iċ-Ċagħaq
· Swatar
· Wied Blandun
· Kavallerizza Erja f’Marsaxlokk
Sar tħawwil ukoll f’erbgħa widien li issa jistgħu jitgawdew mill-pubbliku li huma:-
· Wied il-Kbir, Wied iċ-Ċawsli, Wied Qirda f’Ħal Qormi u Wied Ħesri fis-Siġġiewi fejn tħawwlu madwar 1,300 siġra.
· Tnaddfet ukoll biċċa art ġewwa Ta’ Qali u bdew jitħawlu xi siġar. Dan it-tħawwil jitkompla fl-istaġun tal-Ħarifa.
· Sar intervent fuq 17-il tomna art ġewwa Kemmuna u fihom tħawwlu 3,100 siġra.
Qed isir ukoll xogħol sabiex biċċa art mitluqa fil-Foss ta’ Ħaż-Żabbar tiġi msebbħa u tinbidel f’park għall-familja fin-nofsinhar ta’ Malta kif ukoll beda xogħol ta’ tisbiħ fil-madwar tal-fortizza tal-Madliena u fil-Wied tal-Mistra.
Akkomodazzjoni Soċjali – ingaġġ ta’ social workers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jiġu ngaġġati aktar social workers mat-tnejn li diġà hemm, fl-Akkomodazzjoni Soċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtoritá tad-Djar għandha pjanijiet sabiex issaħħaħ din is-sezzjoni, kemm bi staff professjonali kif ukoll dak amministrattiv.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6320 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk jeżistix reġistru ta’ djar antiki li huma protetti u li ma jistgħux jitwaqqgħu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-registru ta’ proprjetà skedata jinżamm mill-Awtorità tal-Ippjanar.