Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilha żmien titħabat biex tidħol f'home?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità, qed isegwi mill-qrib dan il-każ u nforma lill-persuna kkonċernata b’risposta bil-miktub għall-mistoqsija li saret f’isimha.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri li qed isegwu studju akkademiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li qed isegwu xi forma ta’ studju akkademiku? Jista’ jgħid x’suġġetti qegħdin jistudjaw dawn il-priġunieri?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm 40 priġunier li qed isegwu xi forma ta’ studju akkademiku f’suġġetti ta’ ECDL, Malti, Taljan, Krafts, Mużika u kors ta’ Certificate of Professional Competence (CPC). Madankollu f’Ottubru se jibdew korsjiet b’kollaborazzjoni mal-Lifelong Learning fejn hemm total ta’ 81 applikazzjoni. Is-suġġetti li se jkunu offruti, minbarra dawk diġà mogħtija, huma Ingliż, Matematika u Ħjata. Hemm ukoll 4 priġunieri li se jibbenifikaw minn prison leave biex matul din is-sena akkademika se jkunu qed isegwu korsijiet fl-ivell post sekondarju.
Twaqqif ta’ Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jitwaqqfu aktar Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali u fejn sejrin jitwaqqfu dawn iċ-Ċentri u min se jkun responsabbli tat-tmexxija ta’ dawn iċ-Ċentri?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7254, u nista’ nħabbar illi fil-5 ta’ Diċembru li ġej sejra ssir Konferenza Nazzjonali bil-parteċipazzjoni tal-istake holders kollha biex jiġi varat u diskuss d-dokument ta’ konsultazzjoni dwar il-Pjan Strateġiku għas-Saħħa Mentali 2020-2030.
Persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali – għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Ministeru tiegħu talabx għajnuna finanzjarja Ewropea għas-servizzi indirizzati lill-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali f’dawn l-aħħar ħames snin bħal ma għamlu l-Aġenzija Sapport tal-Ministeru tal-Familja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li aktar kmieni din is-sena l-Ministeru għas-Saħħa applika b’suċċess għal proġett The Provision of a Sustainable Mental Health Care Service to Asylum Seekers and Refugees in Malta taħt il-fond Ewropew Asylum, Migration & Integration Fund (AMIF) fejn b’total ta’ €3 Miljun Ewro, il-Ministeru għas-Saħħa se jkun jista’ jiġbor spejjeż li jkun ħareġ sabiex jingħataw kura dawn il-pazjenti u biex b’hekk permezz ta’ dawn il-flus is-servizz tas-saħħa mentali jibqa’ wieħed sostenibbli filwaqt li dawn il-flus se jkunu jistgħu jiġu investiti mill-ġdid fil-qasam tas-saħħa mentali sabiex is-servizz u / jew il-faċilitajiet ikunu jistgħu jitjiebu.
Barra minn hekk, permezz ta’ proġett ieħor bl-isem ta’
Non-Technical skills Training for Healthcare Personnel
taħt il-Fond Soċjali Ewropew (ESF) li ġie approvat fis-sena 2017, b’total ta’ €3.4 miljuni, l-impjegati tal-Gvern fid-Dipartiment tas-Saħħa li jaħdmu dirett mal-pazjenti, inkluż dawk pazjenti li jkollhom bżonn ta’ kura mentali, se jingħataw taħriġ
f’Non Technical Skills
bi skop li ntejbu u noffru dejjem l-aħjar servizz ta’ kura u b’sodisfazzjon akbar għall-pazjent.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza – informazzjoni maħruġa bil-Malti
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6592, tista’ l-Ministru tgħid jekk ġewx tradotti għall-Malti d-dokumenti Society’s Concern u Who is Who? Jekk iva, tista’ l-Ministru tpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li d-dokument Society’s Concern ġie tradott għall-Malti u se jkun ippublikat f’din il-lingwa fil-ġimgħat li ġejjin filwaqt li d-dokument Who is Who qiegħed preżentament fil-proċess li jiġi tradott għall-Malti.
Jista’ l-Ministru jgħid għand min mar il-flat battal li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jikkonferma, jekk il-flat marx għand membru tal-familja ta' xi ħadd li jgħix fl-istess blokk ta' flats?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar ma tħossx li għandha tgħaddi din l-informazzjoni sakemm ma jkollix il-kunsens tal-individwi konċernati.
Sptar Mater Dei – Operazzjonijiet ta’ Breast removal
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinvestiga l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jgħid jekk qattx saret operazzjoni ta’ breast removal fl-Isptar Mater Dei? Jekk ġieli saret, jista’ jgħid kemm-il darba u għaliex it-talba tal-individwu qed tiġi rrifjutata?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-ġimgħa stess it-Tabib Ewlieni tal-Gvern bagħat ċirkulari lit-tobba kollha ta’ Malta u Għawdex biex iħabbar il-ftuħ ta’ klinika multidixxiplinarja illi issa bdiet tilqa’ appuntamenti għal konsultazzjoni dwar servizzi mediċi lill-persuni trans. Dan is-servizz jista’ jinkludi kirurġija fuq parir tat-tim professjonali.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk għandux data rigward kemm mill-popolazzjoni Maltija, issofri mill-kundizzjonijiet tal-Anorexia jew Bulimja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda statistika regolari ma tinżamm fuq il-prevalenza ta’ kundizzjonijiet relatati mal-ikel, bħall-anoressja, bulimja jew inkella ikel f’daqqa, apparti n-numru ta’ klijenti li jagħmlu użu mis-servizzi ta’ Dar Kenn għal Saħħtek.
Aġenzija Appoġġ – każijiet ta’ tfal li jitħallew waħedhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħda tagħmel l-Aġenzija Appoġġ kontra l-ġenitur/i li jħallu t-tfal iż-żgħar tagħhom waħedhom mingħajr superviżjoni waqt li huma jkunu qed jaħdmu? Kemm-il każ kien hemm matul dawn il-ħames snin li għaddew? Min jista’ jieħu ħsieb it-tfal iż-żgħar meta l-ġenituri tagħhom ma jkunux id-dar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, każijiet bħal dawk li qiegħed jirreferi għalihom, huma rari ħafna, hekk kif illum il-ġurnata, l-Gvern investa f'child care centres bla ħlas, kif ukoll f'ċentri mmexxija mill-FES għal wara l-ħin tal-iskola.
F'każijiet rari fejn sitwazzjonijiet bħal dawn jiġu għall-attenzjoni tal-Aġenzija Appoġġ, issir ħidma sabiex nedukaw lill-ġenituri, dwar is-servizzi offruti. Każijiet ta’ individwi li jirriżulta li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet fil-ħajja tagħhom, jingħataw l-attenzjoni meħtieġa mill-ħaddiema tas-servizzi fil-komunità, hekk kif il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, taħdem man-nies biex tgħinhom jegħlbu l-isfidi li jkunu għaddejjin minnhom u jirrealizzaw il-potenzjal u l-aspirazzjonijiet tagħhom.
Sptar Monte Karmeli – pazjenti barranin jew immigranti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti li huma immigranti u/jew barranin li qed jieħdu kura fl-Isptar Monte Karmeli u jista’ jgħid x’kundizzjonijiet qed ibatu minnhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament hemm 49 persuni barranin għall-kura fl-Isptar Monte Carmeli.
Skejjel tal-Istat – health professionals speċjalizzati fis-saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm health professionals speċjalizzati fis-saħħa mentali fl-Iskejjel tal-Istat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-professjonisti li huma ingaġġati mas-Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskejjel, li jipprovdu s-sapport u servizz dovut lill-istudenti, jaħdmu f’kollaborazzjoni sħiħa ma’ professjonisti oħra barra mill-MEDE li jaħdmu fil-kamp tas-saħħa mentali, dejjem skont in-natura tal-każ.
In-numru ta’ professjonisti huwa:
· Team ta’: 1 Managing Psychologist, 10 Psikologi, 15-il Psychology Assistant
· Team ta’: 5 Psikoterapisti (2 bir-
reduced
)
· Team ta’: 1 Education Officer, 15-il Principal Counsellor, 3 Senior Counsellors u 14-il Counselling Trainee
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fis-snin 2015, 2016 u 2017? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-priġunieri reġgħu saru reċidivi sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ priġunieri ġewwa il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fis-snin 2015, 2016 u2017 huwa kif indikat:
Fis-sena 2015 – kien hemm total ta’ 527 priġunieri li minnhom 13% (68) kienu reċidivi .
Fis-sena 2016 – kien hemm total ta’ 575 priġunieri li minnhom 12% (69) kienu reċidivi, u
Fis-sena 2017 – kien hemm total ta’ 606 priġunieri li minnhom 14% (84) kienu reċidivi
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta’ telefonati ġenwini fuq is-Supportline 179 li saru s-sena l-oħra mqassma skont il-problema preżentata? Kemm hemm linji tat-telefon biex jitmexxa dan is-servizz tant importanti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent, hemm żewġ linji tat-telefon biex ikun jista’ jitmexxa dan is-servizz. Is-Supportline 179 kellu 8,899-il telefonata ġenwina matul is-sena 2017. It-telefonati huma mqassmin hekk kif gej ;
Suġġett (Presenting Problem)
Numru ta’ telefonati
Aids/HIV
1
Alkohol
86
Aansjeta’
96
Problemi ta’ mġieba
118
Luttu
4
Bulljar
52
Abbuż minn tfal - Emozzjonali
53
Abbuż minn tfal - Internet
10
Abbuż minn tfal - Negliġenza
111
Abbuż minn tfal - Fiżiku
82
Abbuż minn tfal - Sesswali
14
Dipressjoni
369
Diffikultajiet Relatati ma Diżabilita’
39
Vjolenza Domestika- Emozzjonali
243
Vjolenza Domestika - Negliġenza
16
Vjolenza Domestika - Fiżika
188
Vjolenza Domestika - Sesswali
1
Drogi
138
Anzjanita’
366
Finanzjarji
25
Fostering
26
Logħob ta’ l- Ażżard
16
Diffikultajiet relatati ma’ LGBTI
13
Bla Saqaf
236
Housing
39
Informazzjoni Internet
24
Servizzi ta’ Informazzjoni
746
Kwistjonijiet Legali
53
Smigħ
2561
Solitudni
684
Konjugali/ Sieħeb/Sieħba
69
Medici/Mard Terminali
173
Saħħa Mentali
1040
Oħrajn
477
Genitur- Wild
252
Nies fil- Fażi ta’ Separazzjioni
54
Diffikultajiet Relatati ma Tqala
4
Stupru
0
Rifuġjati
2
Problemi ta’ Relazzjoni u Problemi Familjari
249
Djar Residenzjali
13
Problemi Relatati ma’ Skola
20
Problemi Relatati ma’ Sesswalita’
6
Ġenituri Waħedhom
22
Persuni Single
6
Suwiċidji
54
Mingħajr Impjieg
3
Użura
10
Telefonata minn Voluntier
35
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27114 tat-12-il leġislatura, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet li ġew segwiti mill-professjonisti matul l-2017 u f’liema Ċentri kienu dawn il-każijiet? X’tip ta’ każijiet kellhom dawn it-timijiet multidixxiplinarji? X’għandhom jagħmlu l-familji li jixtiequ jagħmlu użu minn dawn il-professjonisti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellantli illi, l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali matul l-2017, impjegat 13-il professjonist sabiex jaħdmu fil-‘Home Based Therapeutic Services’ (HBTS). Sa l-aħħar tas-sena tal-2017, kien hemm 21 professjonist jaħdmu fis-servizz. Dawn il-professjonisti ħadmu minn dawn iċ-Ċentri:
· Cottonera – Ċentru LEAP
· Għargħur – Ċentru LEAP
· Qawra – Ċentru LEAP
· Għajnsielem Għawdex – Ċentru tas-servizzi tal-FSWS f’Għawdex
L-għan ta’ dan is-servizz huwa li nipprovdu għajnuna terapewtika lill-familji ‘multi-stressed’ fil-kommunita` tagħhom. Fl-2017, ġew riferuti 81 każ ġdid għas-servizz tal-HBTS. F’din l-istess sena is-servizz ħadem b’kollox ma’ 111-il familja, li jikkonsistu minn 321 individwu. Dawn il-familji kellhom diversi problemi kumplessi relatati ma’ faqar, vizzji ta’ droga, xorb eċċessiv, vjolenza fil-familja, problem ta’ saħħa mentali u riskju li t-tfal li jitneħħew mill-familji naturali tagħhom. Il-familji li ħadmu magħhom il-professjonisti tal HBTS, ġew riferuti minn diversi servizzi oħra, fosthom;
· ‘Community Social Work Service’ u ‘Intake and Family Support Services’;
· ‘Child Protection Services’;
· ‘Looked After Children’; u
· ‘Home Start’
Biex wieħed ikun jista’ jagħmel użu minn dan is-servizz, l-familji jridu jkunu qed jiġu segwiti minn
social workers
fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti s-Servizz ta’ Respite u x’joffri dan is-servizz lil min jużah? X’għandu wieħed jagħmel biex japplika għal dan is-servizz?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, s-servizz ta’ Respite jingħata minn dawn id-Dipartimenti u Entitajiet, id-Dipartiment għall-Anzjanita` Attiva u Kura fil-Komunita`, ir-Residenza San Vinċenz de Paule, l-Aġenzija Sapport u l-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali.
L-iskop tas-servizz tar-respite ivarja f’dawn l-4 entitajiet. L-għan tas-servizz Respite fil-qasam tal-anzjani, huwa li jipprovdi servizz lill-familji li jieħdu ħsieb lill-anzjani tagħhom fid-dar, bl-iskop li min jieħu ħsieb l-anzjani b’mod informali jkun jista’ jieħu ftit ħin ta’ mistrieħ. L-informazzjoni dwar is-servizz tar-Respite mgħotija mid-Dipartiment għall-Anzjanita` Attiva u Kura fil-Komunita`, tista’ tinkiseb mis-sit www.activeageing.gov.mt. Filwaqt illi l-applikazzjonijiet ta’ respite huma f’idejn id-Dipartiment għall-Anzjanita` Attiva u Kura fil-Komunita`, l-Faċilita` għall-Kura fit-Tul San Vinċenz De Paule, tara li tirriserva żewġ sodod għal respite.
Is-servizz ta’ respite mgħoti mill-Aġenzija Sapport, iservi sabiex joffri perjodu stipulat u mhux fit-tul ta’ mistrieħ lill-persuni b’diżabilità u l-familjari tagħhom. Familjari ta’ persuni b’diżabilità jagħmlu użu minn dan is-servizz ukoll f’każijiet fejn għal xi perjodu ma jkunux jistgħu jieħdu ħsieb il-membru tal-familja b’diżabilità, bħal fil-każ ta’ sptar u safar. Familjari ta’ persuni b’diżabilità li jkunu qed jirċievu servizzi oħra mill-Aġenzija Sapport, jiġu ggwidati sabiex jaċċessaw is-servizz ta’ respite provdut minn dawn l-organizzazzjonijiet, skont il-bżonn.
Is-servizz tar-respite fostering fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ huwa servizz li jingħata lill-ġenituri jew kustodji legali li għal raġunijiet speċifiċi, ma jkunux jistgħu jieħdu ħsieb lil uliedhom jew lill-minuri fil-kustodja tagħhom, għal perjodu qasir ta’ żmien. Ir-raġunijiet jistgħu jkunu diversi bħal pereżempju l-ġenitur jew kustodju legali jkollu bżonn jiġi rikoverat l-isptar iżda ma jkollux sapport familjari. Dan is-servizz jingħata wkoll lill-ġenituri jew kustodji legali li jkollhom bżonn jakkumpanjaw lil xi wild, għal trattament mediku barra minn Malta. Hemm sitwazzjonijiet ukoll, fejn dan is-servizz jingħata lill-Foster Carers, li minħabba n-natura tal-każ tal-minuri, li jkunu qed jieħdu ħsieb, ikun importanti li jingħataw sapport minn familja oħra għall-perjodu qasir ta’ żmien. Għall-informazzjoni aktar speċifika dwar is-servizz ta’ respite fostering, wieħed għandu jagħmel kuntatt mal-Aġenzija Appoġġ minn fejn ikun jista’ jiġi assistit mill-ħaddiema soċjali responsabbli minn dan il-qasam.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm social mentors f’kull Family Resource Centre? X’inhuwa l-irwol tagħhom u jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jiġu impjegati aktar social mentors biex jaħdmu fost il-familji fil-bżonn?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, t-tagħrif mitlub minnu dwar is-social mentors, diġa kien ingħata fit-tweġiba li saret għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6706, magħmula mill-istess Onorevoli Interpellant, ftit tal-ġranet ilu.
L-FSWS tingaġġa
social mentors
b’mod regolari, skont il-volum tax-xogħol illi jkun hemm u flimkien ma’ professjonisti oħra b’mod multi-dixxiplinarju.
Ċentru LEAP – għajnuna lill-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 31246 tat-12-il leġislatura u 2567 ta’ din il-leġislatura, jista’ l-Ministru jagħti tweġiba dwar il-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jafu bihom l-impjegati taċ-Ċentri Leap u x’qiegħed isir biex dawn il-persuni jiġu megħjuna?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mis-servizz Dar Kenn Għal Saħħtek minn mindu twaqqfet? Kemm ingħataw fondi mill-Ministeru/Gvern biex dan is-servizz ikun jista’ jkompli jiffunzjona?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ visti sa mill-ftuħ ta’ Dar Kenn Għal Saħħtek iġifieri minn Mejju tal-2014 sa Awwissu tal-2018 kien ta’ 10, 715. Mill-2014 sal-2018 ingħataw €2,325,459 f’fondi mill-Ministeru sabiex dan is-servizz ikun jista’ jkompli jiffunzjona.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċavetta ġiet ritornata mill-kategorija ta’ anzjani li jgħixu f’residenza ta’ Djar tal-Anzjani u li kienu inkwilini ta’ postijiet tal-Gvern?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mid-9 ta’ April 2018, meta ġiet imnedija l-iskema, l-Awtorità tad-Djar ġabret ħdax-il ċavetta, mingħand anzjani li jgħixu f’waħda mid-Djar tal-Anzjani u li kienu inkwilini ta’ postijiet tal-Gvern.