Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema li ġew impjegati mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fil-grad ta’ supply teacher, fil-kategorija A, B u C fl-aħħar għaxar snin (mill-bidu ta’ Jannar 2008 u mhux tas-sena skolastika)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-għadd ta’ għalliema li ġew impjegati mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fil-grad ta’ supply teacher, fil-kategorija A, B u C fl-aħħar għaxar snin (mill-bidu ta’ Jannar 2008 u mhux tas-sena skolastika) huwa skont kif ġej:
SenaIngaġġati bħala Supply Teacher
2008107
200954
201064
201162
201275
201369
2014100
2015104
201688
201781
201863
Studenti fil-kors ta’ għalliem fl-Università jew Institute for Education
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li bħalissa qed jattendu xi kors fl-Università jew fl-Institute for Education tul is-sena skolastika 2018/2019 li eventwalment iwassalhom sabiex ikunu eliġibbli għall-grad ta’ teacher full-time on an indefinite basis f’Malta? Jista’ jispeċifika jekk dan l-ammont huwiex biżżejjed għall-esiġenzi tal-futur li jirrikjedu l-iskejjel kollha f’Malta? Jista’ jispeċifika x’inhu n-nuqqas ta’ għalliema għas-sena skolastika 2018- 2019 fis-setturi tal-primarja, tas-sekondarja u fil-każ tal-aħħar, f’liema suġġetti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf l-Onor. Interpellant li n-numri ta' studenti li fis-sena akkademika 2018/19 qed jattendu korsijiet fl-Università ta' Malta li eventwalment iwassluhom sabiex ikunu eliġibbli għall-warrant ta' għalliem f’Malta huma kif ġej:
Faculty
Course
Total
Faculty of Education
Bachelor of Education (Honours)
107
Master in Teaching and Learning
161
Total
268
In-numru ta' parteċipanti fil-korsijiet fl-Institute for Education huwa ta' 67 maqsuma kif ġej:
B.Ed - 19
M.Ed - 35
PGCP - 13
Ninforma l-Onor. interpellant li l-bżonn għal għalliema ma jonqos qatt. Fil-fatt il-Ministeru investa fl-Institute for Education biex dan l-Istitut joffri wkoll korsijiet part-time għal dawk in-nies li qed jaħdmu u jixtiequ jsiru għalliema. Dan minbarra l-korsijiet full-time li kienu u għadhom joffru l-Università ta' Malta.
Kif naħseb japprezza l-Onor. interpellant l-esiġenzi fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni jinbidlu matul is-sena skolastika. Dan minħabba raġunijiet varji fosthom maternity leave, mard, bżonn ta’ leave urġenti, riżenji u oħrajn. Bħalissa għandna nuqqas ta’ tliet (3) għalliema fis-sekondarja (Ingliż, P.E u Geography). Fil-Primarja għandna nuqqas ta’ tliet (3) għalliema tal-Arti u żewġ (2) għalliema tal-Mużika fis-servizz tal-peripatetic. Fil-każ tal-peripatetic, il-Kulleġġi jagħmlu rotation ta’ l-għalliema fil-kulleġġ biex, sakemm jinstabu replacements, ikollna l-istudenti kollha li jkunu qed jieħdu lezzjonijiet. Fil-ġimgħat fejn ma jkollhomx għalliem peripatetic, ikun l-għalliem tal-klassi li jkun qed jagħmel dawn il-lezzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jispjega kemm kien hemm għalliema ġodda impjegati bħala indefinite full-time u/jew definite full-time u/jew definite supply għall-ewwel darba fis-setturi tal-primarja u tas-sekondarja għas-sena skolastika 2018-2019?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li n-numru ta’ għalliema ġodda li ġew impjegati bħala indefinite full-time u/jew definite full-time u/jew definite supply għall-ewwel darba fis-setturi tal-primarja u tas-sekondarja għas-sena skolastika 2018-2019 huwa kif ġej:
Għalliema ġoddaPrimarjaSekondarja
indefinite full-time4493
definite full-timeNILNIL
definite supply1540
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu inspectors sabiex jinvestigaw lid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jekk hux qed isiru abbużi waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom? Kemm-il spezzjoni saret f’dawn l-aħħar sentejn sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija u fejn saru dawn l-ispezzjonijiet? X’passi ttieħdu kontra dawk l-impjegati li għamlu xi abbuż bħal meta jitilqu mix-xogħol mingħajr awtorizzazzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, filwaqt li d-dipartimenti u l-entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali m’għandhomx spetturi li jissorveljaw l-abbuż mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, kull dipartiment u entità li taqa’ taħt dan il-Ministeru, jaħdem/taħdem qrib tal-impjegati sabiex ikun żgurat illi, kull servizz li jingħata jkun mhux biss wieħed ta’ livell, imma wkoll mgħoti fil-ħin, b’dedikazzjoni u attenzjoni.
Kull Direttur u Kap Eżekuttiv, għandhu/għandha r-responsabbiltà u d-dover b’mod regolari li jassiguraw illi l-impjegati taħt ir-responsabbiltà tagħhom jagħmlu dmirhom u f’konformità mal-policies, regolamenti, direttivi, u ftehim kolletiv tas-Servizz Pubbliku jew tal-Awtorità/Entità kkonċernata. F’każijiet fejn jiġi ppruvat li jkun hemm abbuż, is-sezzjoni tar-Riżorsi Umani tara li tieħu azzjoni ta’ dixxiplina jew ta’ twiddiba skont il-każ rispettiv. Filwaqt li l-Ministeru iħaddan il-policy tat-teleworking u flexibile hours, kull sezzjoni tara li jkun hemm ħinijiet stabbiliti fejn l-ħaddiem obbligat li jwieġeb u jirrispondi kull korrispondenza li ssirlu. L-attendenza u l-ħinijiet jinżammu taħt skrutinju mill-kapijiet u assistenti kapijiet, waqt illi jiġu infurmati fil-ħin jekk xi ħadd mill-ħaddiema jirraporta li jkun marid. L-użu tat-teknoloġija waqt l-ħinijiet tax-xogħol ukoll tiġi sorveljata, sabiex ma jkunx hemm telf ta’ ħin mill-impjegati, fuq il-medja soċjali.
Persuni b’Diżabilità — Eżenzjoni mill-ħlas ta’ liċenzja tat-triq
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7950, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kundizzjonijiet li l-Aġenzija Sapport tanalizza sabiex l-applikant jissodisfa l-kriterji biex ikun eleġibbli għall-eżenzjoni mill-ħlas ta’ liċenzja tat-triq għall-persuni b’diżabilità jew min jieħu ħsiebhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kundizzjonijiet jikkonsistu f’dawn il-kriterji;
- Il-vettura trid tkun fuq isem u misjuqa mill-persuna b’diżabilità
- Il-vettura trid tkun fuq isem il-persuna b’diżabilità, iżda d-diżabilità li jkollha ma tippermettix illi l-vettura tinsaq mill-istess persuna (din tapplika kemm għall-karozzi standard, kif ukoll awtomatiċi)
- Il-vettura hija fuq isem il-ġenituri, ulied, aħwa, mara / raġel tal-persuna b’diżabilità u li jkunu jgħixu fl-istess residenza tal-persuna b’diżabilità
(Dan il-kriterju japplika biss għal-vetturi awtomatiċi. L-uniku eċċezzjoni tapplika fejn hemm bżonn ta’ vettura aċċessibbli għal siġġu tar-roti)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, meta persuna tkun inħolqitilha diżabilita` wara l-età ta’ 65 sena u tkun issuq l-vettura tagħha stess, hija tkun eleġibbli għal din l-iskema wkoll. Madankollu, meta persuna tkun inħolqitilha diżabilita` wara l-età ta’ 65 sena iżda li ma tkunx issuq l-vettura hija stess, ikunu eleġibbli biss għal din l-iskema, jekk l-vettura li tkun fuq isem xi membru tal-familja, trid tkun aċċessibbli għal min juża s-siġġu tar-roti.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7649, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Programm LEAP fuq it-800 profil tal-familji/individwi vulnerabbli li għandhom xi forma ta’ diżabilità sabiex jingħataw l-għajnuna konkreta biex joħorġu mill-faxxa tal-faqar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-eżerċizzju ta’ profiling ta’ individwi li għandhom xi forma ta’ diżabiltà, kien sar fl-2015 meta l-programm LEAP, kien għadu proġett ikkofinanzjat minn Fondi Ewropej. Dak iż-żmien, l-Aġenzija SAPPORT kienet parti mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS). Dawk illi sarilhom il-profil, kienu ġew riferuti lill-istess Aġenzija SAPPORT u bdew jingħataw l-għajnuna. Fil-fatt, l-istess ġbir ta’ profiling ta’ dawn l-individwi, saret b’kollaborazzjoni bejn il-ħaddiema tal-LEAP, l-istess Aġenzija SAPPORT u l-ħaddiema ta’ Jobsplus, wara li dawn ingħataw taħriġ speċifiku, dwar kif tinġabar l-informazzjoni u kif jirreferu lill-klijenti, għas-servizzi li l-aktar li jistgħu jkunu ta’ għajnuna għalihom.
Bit-twaqqif tal-Fondazzjoni Lino Spiteri (LSF), kif ukoll permezz tal-iskema JESS (Job Enhancing Skills Scheme) mill-Aġenzija SAPPORT, persuni b’diżabilità li kellhom bżonn taħriġ speċifiku, bdew jiġu mgħejjuna skont l-bżonnijiet tagħhom. Iċ-ċentri LEAP, ħadmu wkoll ma’ numru ta’ persuni b’diżabilità sabiex ifittxu impjieg, f’ħidma ma’ Jobsplus, entitajiet privati u kif ukoll ma’ entitajiet pubbliċi, sabiex persuni b’diżabilita’ setgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Il-proġett INK qiegħed ikompli fuq din l-ħidma sabiex aktar persuni b’diżabilità jiġu assisti b’mod professjonali minn ħaddiema mħarrġa, liema ħidma qiegħda tkompli twassal għal mobilità soċjali u integrazzjoni tal-persuni b’diżabilità fis-soċjetà tagħna.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jistennew intervent u/jew operazzjoni fl-Isptar Mater Dei jew f’xi sptar ieħor, u jagħti n-numru ta’ pazjenti skont kull kategorija ta’ intervent mediku? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom jistennew skont dawn il-perjodi li ġejjin:
a) anqas minn tliet xhur;
b) bejn 3 u sitt xhur;
c) bejn 7 u 12-il xahar;
d) bejn 13 u 24 xahar;
e) bejn 25 u 36 xahar; u
f) aktar minn 36 xahar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew is-servizz tal-Home Help? Kemm ra każijiet ġodda l-bord matul is-sena 2018 u kemm minnhom ingħataw is-servizz? Kemm ġew miċħuda s-servizz?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern iżommx statistika ta’ kemm hemm djar abitabbli jew potenzjalment abitabbli li huma vojta u ma jintużawx għal skopijiet residenzjali? Jista’ jippreżenta din l-istatistika jekk teżisti u possibbilment jaqsam l-informazzjoni skont il-lokalità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn blokok ta’ flats tal-Gvern (dawk li jaqgħu taħt il-pussess tal-Awtorità tad-Djar), lokalità b’lokalità f’Malta u f’Għawdex? Kemm hemm appartamenti f’sular tal-blokok?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ blokok tal-Gvern/Awtorità tad-Djar f’Malta u f’Għawdex huwa ta’ 1,172, b’t-total ta’ 7,636 appartament. It-tabella t’hawn taħt tindika l-lokalitajiet u n-numu ta’ blokok madwar Malta u Għawdex :
Lokalità
Numru ta’ blokok
Attard
6
Birgu
35
Birkirkara
48
Birżebbuġa
9
Bormla
126
Fgura
24
Furjana
42
Għargħur
2
Għaxaq
7
Gudja
4
Gżira
10
Ħamrun
32
Isla
26
Kalkara
16
Kirkop
17
Lija
4
Luqa
7
Marsa
25
Marsaxlokk
2
Mellieħa
7
Imġarr
4
Mosta
32
Mqabba
4
Imsida
15
Imtarfa
6
Naxxar
2
Pembroke
22
Pieta’
12
Qormi
37
Rabat
25
Rabat, Għawdex
16
Raħal Ġdid
45
Safi
1
San Ġiljan
15
San Ġwann
67
San Pawl il-Baħar
9
Santa Luċija
56
Santa Venera
18
Siġġiewi
14
Ta’ Xbiex
30
Ħal Tarxien
26
Valletta
176
Ħaż-Żabbar
19
Żebbuġ
30
Iż-Żejtun
28
Żurrieq
14
Total
1172
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li talbu trasferiment tal-valur tal-pensjoni tagħhom mis-sistema tas-Sigurtà Soċjali Maltija għal dawk l-istituzzjonijiet Ewropej (transfer out) u viċi-versa (transfer in) skont l-Avviżi Legali 17 u 120 tal-2012? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet għadhom pendenti, sena b'sena mill-2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella kif ġej;
Transfer Out
Numru ta’ Talbiet
Talbiet Aċċettati
Talbiet Irtirati
Talbiet Pendenti
Ammont Trasferit
2016
4
2
1
1
€23,224,87
2017
11
7
3
1
€247,973,24
2018
7
3
3
1
€16,193,50
2019
0
0
0
0
0
Il-proċess ta’ ‘
Transfer In’
mhux applikabbli taħt l-iskema tas-Sigurta` Soċjali ta’ Malta, peress illi tali skema hija ibbażata fuq il-prinċipju ta’ ‘
Pay As You Go
’ u għaldaqstant mhux possibbli li jiddaħħlu kontribuzzjonijiet minn sorsi oħra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ddettaljata ta’ kuntatti (flimkien mal-email address tagħhom) li huma responsabbli mill-entitajiet, dipartimenti, eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba minnu.
Jista’ l-Ministru jgħid xi programmi jeżistu fil-qasam edukattiv sabiex jintleħqu dawk l-istudenti li jinsabu f’riskju tal-faqar?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika 2016/2017 inħoloq fond immirat sabiex itejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ studenti f’diffikultà, f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali. L-għan ta’ dan il-fond huwa mhux biss biex jassisti lill-istudenti hawn fuq imsemmija fejn jidħol l-għajxien materjali iżda wkoll f’oqsma bħal kultura u sport. Għaldaqstant, il-benefiċjarji ta’ dan il-fond huma l-istudenti fl-iskejjel Primarji u Sekondarji Statali kollha u li għandhom età bejn it-tliet snin u s-sittax-il sena. Permezz tad-diversi inizjattivi meħuda matul dawn l-aħħar tliet snin ittejbet l-esperjenza edukattiva ta’ diversi studenti li ġejjin minn sitwazzjonijiet soċjoekonomiċi diffiċli.
L-istudenti f’din l-iskema qed jibbenefikaw minn:
· Għotja ta’
lunch
bnin kuljum b’xejn;
· Għotja sabiex jinxtraw l-uniformijiet;
· Għoti ta’
stationery
neċessarju;
· Fotokopji b’xejn;
· Ħlas ta’ ħruġ edukattiv organizzat mill-iskejjel;
· Ħlas tal-miżati għall-attivitajiet ekstrakurrikulari organizzati mill-FES jew SportMalta; u
· Għoti ta’ kotba għall-qari lill-istudenti f’età bikrija sabiex tissaħħaħ il-ħajra għall-qari. Mis-sena skolastika 2016 /2017 sal-lum tqassmu madwar 1,200 ktieb lil 580 tifel u tifla f’familji vulnerabbli.
Matul is-sena 2019 din l-iskema se tkompli titħaddem fl-aħjar interess tat-tfal eleġibbli.
Is-Servizz ta’ Ħidma Soċjali fi ħdan is-Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskejjel jaħdem ma’ studenti li jfallu l-iskola. Fost dawn ikun hemm studenti li huma f’riskju ta’ faqar. Il-ħaddiema soċjali jassistu lil dawn l-istudenti u l-familji tagħhom b’kollaborazzjoni ma’ servizzi oħra fi ħdan u barra d-direttorati edukattivi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu l-Gvern jieħu flus is-sena l-oħra mill-arretrati? Minn min għandu jiġbor dawn l-arretrati? Kemm ġabar is-settur pubbliku f’arretrati s-sena l-oħra?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara għal liema tip ta' arretrati qed jirreferi.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza – informazzjoni maħruġa bil-Malti
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6592 bid-data tas-26 ta’ Ġunju, 2018, tista’ l-Ministru tgħid jekk ġewx tradotti għall-Malti d-dokumenti: Society’s Concern u Who is Who?’ Jekk iva, tista’ tpoġġi kopja ta’ dawn id-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li d-dokument ‘Society’s Concern’ ġie tradott għall-Malti u preżentament qed jiġi rivedut qabel jiġi stampat fil-ġimgħat li ġejjin. Id-dokument ‘Who is Who’ qiegħed preżentament fil-proċess li jiġi tradott għall-Malti.
Djar tal-Anzjani u Persuni b’Diżabilità – kumitat konsultattiv
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8081, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qegħdin isiru l-monteraġġi/laqgħat regolari kull ġimgħa mill-ħaddiema soċjali flimkien mal-familjari ta’ kull persuna b’diżabilità li qed tirċievi xi servizz tal-Aġenzija Sapport? Jekk le, għaliex?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-laqgħat u l-moniteraġġi jsiru b’mod regolari mill-ħaddiema soċjali kif ukoll mill-professjonisti skont il-bżonn. Il-provediment u l-frekwenza tal-laqgħat ivarjaw skont il-bżonnijiet tal-persuni b’diżabilità.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid kemm il-Open Day saru matul dawn l-aħħar tliet snin fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum u fejn ġew organizzati dawn l-Open Days u meta saru sabiex, b’mod speċjali, iħajru aktar persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali jattendu dawn iċ-Ċentri?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni tad-data u sabiex tiġi mħarsa l-privatezza tal-klijenti ma jsirux Open Days fiċ-Ċentri għall-kura tas-saħħa mentali. Madanakollu persuna li jkollha bżonn tattendi għal programmi ta` riabilitazzjoni speċjalizzati fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tista’ tiġi riferuta mill-psikjatra tagħha.
Politika Strateġika Nazzjonali għat-Tnaqqis fil-Faqar
Question
Jista’ l-Ministru jindika l-inizjattivi jew proġetti ġodda kollha li jindirizzaw il-91 azzjoni ta’ policy li huma rrakkmandati fil-Politika Strateġika Nazzjonali għat-Tnaqqis fil-Faqar għas-snin bejn 2014 u l-2024?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba minnu. It-tabella turi n-numru kbir ta’ miżuri li ġew jew għadhom qed jiġu mwettqa, sabiex jintlaħqu l-miri tas-6 dimensjonijiet illi tindirizza il-Politika Strateġika Nazzjonali għal Tnaqqis fil-Faqar u għal Inklużjoni Soċjali (2014-2024). Qiegħed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li tispeċifika dawn il-miżuri.
B’wiċċi minn quddiem ngħid illi, dan il-Gvern li jien kburi li nifforma parti minnu, bil-fatti qed juri r-ruħ soċjali tiegħu u l-impenn li għandu sabiex ikun eradikat il-faqar minn pajjiżna.
Djar tal-Anzjani u Persuni b’Diżabilità – –Amministrazzjoni ta’ Mediċini
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8083, jista' l-Ministru jgħid min qiegħed jamministra u jagħti l-mediċini lir-residenti tad-Djar Residenzjali, jekk hux infermiera kwalifikati jew le?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li, l-amministrazzjoni u l-għoti tal-mediċini fid-djar residenzjali għall-anzjani kif ukoll ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule, issir mill-infermiera kkwalifikati.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, l-mediċina li tingħata fid-djar residenzjali għal persuni b’diżabilità tal-Aġenzija Sapport, tiġi amministrata minn
Support Workers
illi jaħdmu fl-istess residenzi. Din il-mediċina tiġi preparata minn farmaċisti kkwalifikati, skont il-preskrizzjoni tal-psikjatra jew it-tabib.