Legislature:
Category:
Reset
Active:

Studenti li telqu mill-iskola qabel l-età ta 16-il sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li telqu l-iskola qabel ma’ għalqu l-eta’ ta’ 16-il sena fis-sena 2017 u fis-sena 2018? Kemm kellhom żmien dawn l-istudenti li ma baqgħux jattendu l-iskola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2017 kien hemm 14-il student ta’ ħmistax-il sena li ngħataw permess biex jieqfu mill-iskola qabel temmew il-Year 11 (Form5) waqt li fis-sena 2018 kien hemm seba’ studenti tal-istess età.

Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali — spezzjonijiet fi Djar tal-Anzjani

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8659, jista’ l-Ministru jindika r-rakkomandazzjonijiet li għamlet l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali u lil liema Dar Residenzjali tal-Anzjani għamlet dawn ir-rakkomandazzjonijiet sabiex jiġi aċċertat li s-servizzi mogħtija minn dawn id-Djar Residenzjali jkunu ta’ kwalità għolja?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fid-djar tal-anzjani li ġew spezzjonati, l-Awtorità ta’ Standards fil-Ħarsien Soċjali, identifikat numru ta’ nuqqasijiet u għamlet ukoll diversi rakomandazzjonijiet. L-aktar komuni kienu ; · Rigward l-ħtieġa ta’ rinovar. Dawn id-djar intalbu jipprovdu lill-Awtorità l-programm tagħhom illi jispjega x’inhuma l-pjanijiet tagħhom għar-rinovar tad-dar u ż-żmien stipulat illi fih ser ikun qiegħed isir u jitlesta’ dan ix-xogħol. · Osservazzjoni oħra li saret, liema osservazzjoni ukoll kienet waħda komuni, kienet dwar l-attivitajiet soċjali. Id-djar ikkonċernati ntalbu jipprovdu lill-Awtorità b'kopja tal-programm ta’ attivitajiet soċjali li jippromwovu l-anzjanità attiva, li bi ħsiebhom joffru fix-xhur li ġejjin. · Ġew identifikati wkoll nuqqasijiet fejn tidħol l-mobbiltà u l-integrazzjoni sħiħa tal-anzjani, hekk kif instab illi hemm djar tal-anzjani li mhumiex mgħammra b’faċilità ta' lift. Dawn id-djar intalbu jipprovdu lill-Awtorità l-pjanijiet tagħhom ta’ kif ser ikunu qed iżidu l-aċċessibilita’ fid-djar tal-anzjani inkwistjoni, u t-terminu ta’ żmien li fih ser ikun qiegħed jitlesta dan ix-xogħol. · Rakkomandazzjoni oħra kienet dwar l-importanza li l-impjegati, jkollhom għarfien tajjeb tal-kultura Maltija. · Rimarka oħra li ġiet osservata kienet dik tat-temperatura ambjentali tad-djar tal-Anzjani. It-temperatura ġenerali ġewwa d-djar għandha tkun tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti tas-saħħa u s-sigurtà ambjentali tal-post inkwistjoni. · Saru wkoll kummenti dwar kif m’għandhomx jitħallew oġġetti jew affarijiet illi jistgħu ikunu ta’ periklu għall-anzjani, filwaqt li jiddisponu minn kwalunkwe oġġett li mhux qed ikun ta’ użu jew utilita` ġewwa id-djar tal-anzjani. · L-importanza li jkun hemm pjan ta' evakwazzjoni f'każ ta' emerġenza ġiet enfasizzata ma’ kull dar tal-anzjani, filwaqt li ġiet enfasizzata ukoll li jkun hemm għarfien dwar il-ħażna tat-tankijiet tal-ossiġnu u l-użu domestiku tal- heaters tal-gass fil-binjiet residenzjani tal-anzjani. · Sar aċċenn ukoll fuq id-dritt tar-residenti għall-privatezza tagħhom kif ukoll għad-dritt li jkun hemm spazju adekwat fejn ir-residenti jkunu jistgħu jieklu u jitkellmu ma’ residenti oħra sħabhom. Ta' min jirrimarka li għal ċertu osservazzjonijet illi qiegħda tagħmel l-Awtorita` ta’ Standards fil-Ħarsien Soċjali, huwa neċessarju li jkun hemm koordinament mal-OHSA, sabiex mhux biss tindirizza dawn l-osservazzjonijiet, iżda wkoll tieħu parir professjonali speċjalment fejn jidħlu kwistjonijiet ta’ saħħa u sigurta`. L-Awtorità ta’ Standards fil-Ħarsien Soċjali ser tkun fl-aħħar nett qiegħda tikkollabora mad-djar tal-anzjani sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati, u finalment biex l-Awtorita` tara li tittieħed azzjoni fuq il-punti li jkunu tqajmu, fl-interess tal-anzjani residenti fid-djar tal-anzjani.

Marsaskala, San Pawl il-Baħar u Tas-Sliema – studenti barranin ġodda fl-iskejjel primarji statali

Question

Jista’ l-Ministru jindika ċ-ċifri eżatti ta’ studenti barranin li ddaħħlu fis-sistema edukattiva lokali fl-iskejjel primarji statali ta’ Marsaskala, San Pawl il-Baħar u tas-Sliema mill-bidu tas-sena skolastika 2018/2019?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-għadd ta’ studenti barranin li ddaħħlu fis-sistema edukattiva lokali fl-iskejjel primarji statali ta’ Marsaskala, San Pawl il-Baħar u tas-Sliema mill-bidu tas-sena skolastika 2018/2019 huwa kif se nsemmi: Marsaskala 73 San Pawl il-Baħar 170 Sliema 81 Dawn il-figuri ma jinkludux studenti barranin li kienu diġà qed jattendu fl-imsemmija skejjel fis-sena skolastika ta’ qabel.

Studenti li jagħmlu użu mill-Breakfast Club

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-istudenti li qed jagħmlu użu mill-Breakfast Club skont kull skola li toffri tali servizz?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tfal li qed jagħmlu użu mis-Servizz tal-Breakfast Club huwa ta’ 5,680. Dan is-servizz huwa offrut f’kull skola Primarja tal-Istat f’Malta u Għawdex. Dettalji skont kull skola huma kif jidhru fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Breakfast Club – koordinaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-koordinaturi tal-Breakfast Clubs ikunux preżenti fil-ħinijiet kollha li fihom joperaw?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rwol tal-Koordinaturi tal-Breakfast Clubs huwa bbażat fuq bażi ta’ Kulleġġ li fihom jaqgħu l-Breakfast Clubs rispettivi. Fl-iskejjel Primarji jkun hemm is-Supervisors rispettivi.

Studenti li jagħmlu użu mill-Klabb 3-16

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-istudenti li qed jagħmlu użu mill-Klabb 3-16 skont kull skola li toffri tali servizz?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li t-tfal kollha reġistrati biex jagħmlu użu mis-servizz ta’ Klabb 3-16 f’kull ċentru amministrat mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES), huma kif se nsemmi: Ċentri u tfal reġistrati Ħ'ATTARD 126 BIRŻEBBUĠA 101 BIRKIRKARA 119 IL-FGURA 174 IL-GŻIRA 72 IL-ĦAMRUN 114 ĦAŻ-ŻEBBUĠ 86 ĦAL LUQA 113 IL-MELLIEĦA 165 L-IMĠARR 66 IL-MOSTA 145 L-IMQABBA 42 MARSASKALA 192 IN-NAXXAR 136 PAOLA 110 PEMBROKE 159 ĦAL QORMI S.G. 118 IR-RABAT 57 SAN ĠWANN 147 IS-SIĠĠIEWI 63 TAS-SLIEMA 129 SAN PAWL IL-BAĦAR 244 SAN ĠILJAN 72 SANTA VENERA 86 VICTORIA 63 ĦAŻ-ZABBAR'A' 156 IŻ-ŻEJTUN 117 IŻ-ŻURRIEQ 101 TOTAL 3273

Koordinaturi tal-Klabb 3-16

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-koordinaturi tal-Klabb 3-16 ikunux preżenti fil-ħinijiet kollha li fihom joperaw?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-Klabb 3-16 jiġi mogħti f’bosta ċentri bejn l-għeluq tal-iskejjel u s-sitta ta’ filgħaxija. Fil-vaganzi, is-servizz jingħata bejn is-sebgħa ta’ filgħodu u l-ħamsa u nofs ta’ wara nofsinhar. Infurmat li fl-assenza tal-koordinaturi, li jistgħu ikunu assenti wkoll minħabba mard jew vacation leave, ikun hemm persuna inkarigata li tieħu responsabbiltà taċ-ċentru.

Inizjattivi biex jiġi eliminat il-faqar

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3303, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ taħriġ ġie organizzat fiċ-Ċentri LEAP f’dawn l-aħħar sentejn immirati lejn dawk f’riskju ta’ faqar sabiex dawn jakkwistaw ħiliet u għarfien dwar suġġetti bħal suġġett finanzjarju u dieta sana? Fejn u meta saru dan it-taħriġ?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi f’dawn l-aħħar sentejn, l-2017 u l-2018, saru diversi inizjattivi immirati lejn dawk il-persuni li jinsabu f’riskju ta’ faqar, sabiex dawn jakkwistaw l-ħiliet u l-għarfien neċessarju għall-ħajja. Il-lista ta’ hawn taħt turi laqgħat organizzati fil-kommunità miċ-Ċentri LEAP. Minkejja dawn il-laqgħat, iċ-Ċentri LEAP jaħdmu wkoll mal-familji fil-bżonn permezz ta’ interventi informali, kif ukoll permezz tat-tqassmim tal-ikel provdut mill-iskema FEAD (ko-finanzjat mill-UE) u l-programm SFFD (iffinanzjat mill-fondi nazzjonali). Suġġett tal-Laqgħa Organizzat mir-Reġjun tal-LEAP Data Taħrig lill-ġenituri sabiex jaqraw ma' uliedhom Punent (Qormi) 07/03/2017 Taħrig lill-ġenituri sabiex jaqraw ma' uliedhom Punent (Qormi) 14/03/2017 Taħrig lill-ġenituri sabiex jaqraw ma' uliedhom Punent (Qormi) 21/03/2017 Taħrig lill-ġenituri sabiex jonfqu flushom ahajr Punent (Qormi) 22/03/2017 Taħrig lill-ġenituri sabiex jaqraw ma' uliedhom Punent (Qormi) 28/03/2017 Taħrig lill-ġenituri sabiex jonfqu flushom ahajr Punent (Qormi) 29/03/2017 Taħrig lill-ġenituri sabiex jaqraw ma' uliedhom Punent (Qormi) 04/04/2017 Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar Gozo 10/04/2017 Taħrig lill-ġenituri sabiex jaqraw ma' uliedhom Punent (Qormi) 11/04/2017 Taħrig lill-ġenituri sabiex jonfqu flushom ahajr Xlokk (Cottonera) 13/04/2017 Taħrig lill-ġenituri sabiex jonfqu flushom ahajr Xlokk (Cottonera) 20/04/2017 Taħrig lill-ġenituri sabiex jaqraw ma' uliedhom Punent (Qormi) 25/04/2017 Taħrig lill-ġenituri sabiex jaqraw ma' uliedhom Punent (Qormi) 02/05/2017 Taħrig lill-ġenituri sabiex jonfqu flushom ahajr Nofsinhar 04/05/2017 Taħrig lill-ġenituri sabiex jaqraw ma' uliedhom Punent (Qormi) 09/05/2017 Taħrig lill-ġenituri sabiex jaqraw ma' uliedhom Punent (Qormi) 16/05/2017 Taħrig lill-ġenituri sabiex jonfqu flushom ahajr Xlokk (Cottonera) 22/05/2017 Taħrig lill-ġenituri sabiex jaqraw ma' uliedhom Punent (Qormi) 23/05/2017 Taħrig lill-ġenituri sabiex jonfqu flushom ahajr Xlokk (Cottonera) 25/05/2017 Taħrig lill-ġenituri sabiex fil-familja jissajjar ikel bnin Punent (Qormi) 25/05/2017 Taħrig lill-ġenituri sabiex jaqraw ma' uliedhom Punent (Qormi) 30/05/2017 Kors ta' Food handling Punent (Qormi) 30/05/2017 Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar Tramuntana (Belt) 08/08/2017 Taħrig lill-ġenituri sabiex jonfqu flushom ahajr Punent (Qormi) 07/12/2017 Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar Tramuntana (Belt) 09/02/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar Tramuntana (Belt) 16/02/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar Tramuntana (Belt) 23/02/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar Tramuntana (Belt) 02/03/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex fil-familja jissajjar ikel bnin Tramuntana (Belt) 09/03/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar Tramuntana (Belt) 16/03/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar Tramuntana (Belt) 13/04/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar Tramuntana (Belt) 20/04/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar Tramuntana (Belt) 26/04/2018 Għaqal id-dar Ħajja Aħjar Majistral (Qawra) 02/05/2018 Għaqal id-dar Ħajja Aħjar Majistral (Qawra) 07/05/2018 Għaqal id-dar Ħajja Aħjar Majistral (Qawra) 14/05/2018 Għaqal id-dar Ħajja Aħjar Majistral (Qawra) 21/05/2018 Għaqal id-dar Ħajja Aħjar Majistral (Qawra) 28/05/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar Punent (Qormi) 04/05/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar Tramuntana (Belt) 04/05/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar Tramuntana (Belt) 09/05/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex fil-familja jissajjar ikel bnin Majistral (Qawra) 04/06/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex fil-familja jissajjar ikel bnin Majistral (Qawra) 05/06/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex fil-familja jissajjar ikel bnin Majistral (Qawra) 06/06/2018 Għaqal id-dar Ħajja Aħjar Majistral (Qawra) 04/06/2018 Għaqal id-dar Ħajja Aħjar Majistral (Qawra) 11/06/2018 Għaqal id-dar Ħajja Aħjar Majistral (Qawra) 18/06/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar Majistral (Qawra) 14/06/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar Majistral (Qawra) 21/06/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar Majistral (Qawra) 28/06/2018 Għaqal id-dar Ħajja Aħjar Majistral (Qawra) 25/06/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar Tramuntana (Belt) 10/05/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar Tramuntana (Belt) 17/05/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar Tramuntana (Belt) 24/05/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar Tramuntana (Belt) 25/05/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar Tramuntana (Belt) 30/05/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar Tramuntana (Belt) 01/06/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar Tramuntana (Belt) 06/06/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar Tramuntana (Belt) 14/06/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar Tramuntana (Belt) 21/06/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar Tramuntana (Belt) 28/06/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex jaqraw ma' uliedhom Punent (Qormi) 02/05/2018 - 20/05/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar Majistral (Qawra) 05/07/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex irrabbu l-ulied aħjar Majistral (Qawra) 12/07/2018 Kors ta' Food handling Punent (Qormi) 10/07/2018 - 12/07/2018 Kors ta' Food handling Punent (Qormi) 25/06/2018 - 27/06/2018 Taħrig lill-ġenituri sabiex fil-familja jissajjar ikel bnin Tramuntana (Belt) 28/11/2018

Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali – spezzjonijiet fid-Djar tal-Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux spezzjonijiet u f’liema Dar tal-Anzjani minn kemm ilha li ġiet imwaqqfa l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali? Kemm kien hemm Djar tal-Anzjani li ma kinux qed jipprovdu servizzi ta’ kwalità għolja?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’Mejju 2018 ġiet imwaqqfa l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, skont l-Att Numru XV tal- 2018. F’Jannar 2019, l-istess Awtorità, skont l-Avviż Legali numru 446 ta’ 2018 ġiet maħtura bħala l-entità li ser tkun qed tħares is-settur tal-anzjani u tara li l-iStandards stabiliti jiġu milħuqa. Matul l-ewwel xahar tal-2019, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali għamlet 45-il spezzjoni fid-djar tal-Anzjani permezz tad-9 assessuri li jaħdmu fit-tim tal-Ispezzjonijiet fl-istess Awtorità. Għal kull żjara l-Awtorità tibgħat żewġ assessuri biex nassiguraw li jkun hemm transparenza fil-proċess ta’ assessjar. Għal kull spezzjoni l-Awotrità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali żviluppat numru ta’ rakkomondazzjoniet lil minn jipprovdi is-servizz; liema rakkomandazzjonijiet ġew preżentati bil-miktub lid-djar ikkonċernati waqt li ser ikompli jsir monotiteraġġ tas-servizzi mgħotija sabiex naċċertaw ruħna li s-servizzi mgħotija ikunu ta’ kwalità għolja.

Għajnuna lill-persuni bi problema ta’ saħħa mentali

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2567, bid-data tas-27 ta’ Novembru, 2017, jista’ l-Ministru jgħid illum minn liema lokalitajiet ġejjin il-186 persuna li għandhom problemi ta’ saħħa mentali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba minnu.

Home Helpers – salarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm jitħallsu paga l-Home Helpers għal kull siegħa li jaħdmu mal-anzjani? Kemm hemm home helpers li huma Maltin u kemm hemm helpers li huma barranin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, n-numru ta’ Home Helpers (Social Assistants) impjegati mad-Dipartiment tal-Anzjanitá Attiva u Kura fil-Komunitá huwa ta’ 62. Dawn l-impjegati huma kollha ta’ Nazzjonalitá Maltija. Il-paga tal-Home Helpers impjegati mis-servizz pubbliku u għalhekk impjegati direttament mad-Dipartiment tal-Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Kommunita’, hija dik ibbażata ma’ skala 18 fis-serizz pubbliku. Il-kuntrattur illi qiegħed jipprovdi is-serivizz ta’ Home Helpers , jimpjega miegħu 170-il Home Helper . Minn dawn, 153 huma ta’ Nazzjonalita` Maltija, filwaqt illi 17 oħra huma ta’ Nazzjonalita` barranija. Il-ħlas tal- Home Helpers impjegati mal-kuntrattur huwa skont iċ-ċirkulari 20/2018 maħruġa mid-Dipartiment tal-Kuntratti.

Servizz ta’ Home Help

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8364, jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm persuni jistennew is-servizz tal-Home Help u minn liema lokalità ġejjin? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx nuqqas ta’ home helpers sabiex jagħmlu dan ix-xogħol tant importanti għall-anzjani?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, n-numru ta’ każijiet li għadhom qed jistennew biex jingħataw is-servizz tal-Home Help, jammonta għal 382. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hawn domanda kbira għal dan is-servizz, u liema sitwazzjoni qed tiġi ndirizzata. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant skont il-lokalita`.

Għajnuna Soċjali — abbużi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm twaqqfu każijiet ta’ benefiċċji soċjali minħabba ksur ta’ provvedimenti tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali matul is-sena l-oħra? X’inhuma r-raġunijiet li dawn il-persuni twaqqfilhom dawn il-benefiċċji?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Birkirkara u n-Naxxar — Supretedenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx Supretendent fid-distrett numru 8 u ċjoè Birkirkara u n-Naxxar? Jekk m’hemmx, x’inhi r-raġuni? Meta hemm il-ħsieb li jimtela dan il-post vakanti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li bħalissa d-dmirijiet ta’ Supretendent fid-distrett numru tmienja huma koperti minn Supretendent ta’ distrett ieħor wara li s-Suprentendent li kien inkarigat mid-Distrett ta’ Birkirkara ġie promoss Assistent Kummissarju ftit ta’ żmien ilu. Din il-vakanza timtela meta joħorġu l-applikazzjonijiet għal din il-kariga.

Għawdex – proġett ta’ housing

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar il-proġett tal-Housing f'Għawdex li ssemma fil-Parlament mill-Ministru għal Għawdex? Dan il-proġett fiex jikkonsisti? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll jekk dan il-proġett jaqax taħt il-Ministeru tal-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u jew/l-Awtorità tad-Djar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 8507.

Reserved parking – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara t-talba għal reserved parking tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li Uffiċjali ta’ Transport Malta marru fuq il-post ta’ l-applikant sabiex jaraw fejn tista’ ssir il-Communal Reserved Parking Bay li qed tintalab. Infurmat li skont il-policy dwar parkeġġi riservati għall persuni b’diżabilita’ u li saret bi qbil mal-Kummissjoni għad Drittijiet ta’ persuni b’diżabilita’, min ikollu garage ma jistax ikollu parkeġġ riservat sakemm tali garage ma jkunx aċċessibli għall persuna b’diżabilita’. Infurmat ukoll li l-applikant talab sabiex il-Communal Reserved Parking Bay issir quddiem il-garage tiegħu liema talba ma tistax tkun aċċettata minħabba l-fatt li f’Communal Reserved Parking Bay jista’ jipparkja fiha kull min għandu Blue Badge u allura Transport Malta ma tistax tapprova li jingħalaq aċċess għal garage ta’ xi individwu anke jekk dan ikun aċċettat mis-sid stess. Uffiċjali minn Transport Malta qegħdin jagħmlu kuntatt ma l-applikant sabiex ifehmuh ir-raġuni l-għaliex ma jistax isir il-parkeġġ riservat kif qiegħed jitlob.

Ċimiterju tal-Mosta — applikazzjoni għal permess ta' rampa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, fir-rigward tal-applikazzjoni għall-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar jekk sarx ix-xogħol ta’ alterazzjoni fir-rampa li hemm fin-naħa t’isfel taċ-Ċimiterju tal-Mosta? Jekk le, meta ser isir ix-xogħol li huwa tant meħtieġ sabiex in-naħa t’isfel taċ-Ċimiterju tal-Mosta jkun ukoll aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din il-kwisjoni qegħda tiġi diskussa mad-Dipartment tal-Artijiet kif ukoll mal-Awtorita’ tal-Ippjanar, sabiex jiġu regolarizzati proċeduri li kienu saru xi 20 sena ilu.

Skema ta’ regolarizzar fil-bini tad-dar

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8234 liema domanda dwar skemi ta' Regolarizzazzjoni fil-Bini tad-Djar, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni għall-iskema tal-passat imwegħda mill-Gvern li kellha ssir għal dawk li jgħixu fil-qalba tar-raħal u dawk tal-periferija, liema skema ta' regolarizzata fid-djar u l-iskema għal dawk li jgħixu fil-qalba tar-raħal kienet ħarġet, mentri dawk li jgħixu fil-periferija għada le?

Response (BORG, IAN)

Naprezza jekk l-Onor. Interpellent jippreċiza jekk hux qed jistaqsi jew jissuġġerixxi skema ta’ regolarizzazzjoni għall-bini fl-ODZ.

Budget 2019 — proposta ta' Equity Sharing

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tidhol fis-seħħ il-proposta tal-Equity Sharing, liema proposta ġiet imħabbra fid-diskors tal-Budget 2019, sabiex dawk interessati jkunu jistgħu japplikaw?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fil-preżent l-Awtorità tad-Djar għaddejjha bit-tħejjijiet sabiex fil-ġimgħat illi ġejjin tkun tista’ tniedi din l-iskema.

Għalliema on a full-time indefinite basis li telqu mill-professjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema full-time on an indefinite basis li telqu mill-professjoni fl-aħħar għaxar snin (mill-bidu ta’ Jannar 2008 u mhux tas-sena skolastika) mingħajr ma jkunu inklużi dawk li kisbu promozzjoni jew biddlu l-pożizzjoni tagħhom fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol stess?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ għalliema li rriżenjaw fl-aħħar għaxar snin (mill-bidu ta’ Jannar 2008 u mhux tas-sena skolastika) huwa skont kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. F’din l-informazzjoni mhux qed jiġu inklużi dawk l-għalliema li kisbu promozzjoni jew biddlu l-pożizzjoni tagħhom fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol stess. Sena Numru ta' Riżenji 2008 26 2009 27 2010 32 2011 40 2012 42 2013 38 2014 42 2015 39 2016 32 2017 47 2018 57 2019 8