Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ abbuż fuq persuni b’diżabilità rċevew l-Aġenzija Sapport, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali u l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità f’dawn l-aħħar tliet snin? Fiex kienu jikkonsistu dawn l-abbużi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej;
Aġenzija/Awtorità/Kummissjoni
Każijiet ta' abbuż
Tip ta' abbuż
2016-2019
(sal-lum)
Aġenzija Sapport
94
fiżiku, sesswali, finanzjarju u emozzjonali
Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali
1
fiżiku u psikoloġiku
Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b' Diżabilità
57
Edukazzjoni: servizz,
bullying
.
Xogħol:
bullying
, rifjut ta' għoti ta'
telework
.
finanzjarju u emozzjonali
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni fuq kemm hawn ġenituri single b’riżultat ta’ separazzjoni? Jista’ jgħid kemm hawn single fathers b’riżultat ta’ separazzjoni? Jista’ jgħid kemm hawn single mothers b’riżultat ta’ separazzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Akkomodazzjoni Soċjali – single parents — applikazzjonijiet
Question
Peress li single mothers għandhom aċċess biex japplikaw għall-akkomodazzjoni soċjali u f’Novembru li għadda, is-Segretarju Parlamentari ġie kkwotat jgħid li hawn 1,700 single mother b’applikazzjoni għas-social housing, jista’ l-Ministru jgħid kemm minnhom huma single mothers b’riżultat ta’ separazzjoni minn żwieġ jew koppja? Jista’ jgħid jekk hemmx single fathers b’riżultat ta’ separazzjoni li jistgħu japplikaw għal social housing? Jekk iva, kemm hemm applikazzjonijiet ta’ single fathers?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Peress li f'Ottubru 2018, il-Gvern kien ħabbar li se jneħħi l-means testing fuq is-sussidju tal-kera u minflok se jdaħħal benchmarks, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn daħlux fis-seħħ? X’inhuma l-kriterji?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Peress li f'Ottubru 2018, il-Gvern ħabbar ukoll li s-sussidju tal-kera għal familji bit-tfal se jiżdied minn €2,000 għal €5,000 fis-sena, jista’ l-Ministru jgħid jekk din daħlitx fis-seħħ? Jekk iva, minn meta? Kemm hawn familji li bbenefikaw minnha? Jista’ jgħid jekk ġenituri separati (single parents) humiex meqjusin bħala familja bit-tfal u allura jgħid jekk humiex eleġibbli għal dan is-sussidju? Jekk iva, kemm hawn single parents li qed jibbenefikaw minnha? Jista’ jgħid jekk teżistix statistika skont il-ġeneru jiġiferi ġenitur raġel/mara?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Programm għall-individwi li ma jaffordjawx jixtru darhom
Question
Peress li l-Gvern ħabbar programm għall-individwi li għandhom 45 sena u aktar, li ma jaffordjawx jixtru darhom, u għalhekk hemm ftehim mal-APS Bank biex il-Gvern iħallas in-nofs, u wara 20 sena l-individwu jkollu l-għażla li jista' jixtri l-kumplament tad-dar mill-Gvern, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn il-persuni li ma jaffordjax, jistgħux ikomplu jikru d-dar mingħand il-Gvern? Jista’ jgħid jekk dan il-programm huwiex immirat ukoll għal dawk l-individwi li jkunu sseparaw u wara li jkunu qasmu d-dar, xorta ma jkollhomx biżżejjed biex jixtru dar oħra għal rashom? Jista’ jgħid jekk dan il-programm daħalx fis-seħħ? Jekk iva, meta? Kemm-il individwu li ssepara, ibbenefika minn jew applika għal dan il-programm?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9365 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’kienu t-tipi ta’ reati kriminali rrapurtati lill-pulizija fis-sena 2017 u fis-sena 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ tfal illitterati li spiċċaw mill-Primarja fl-aħħar sena skolastika u minn liema lokalitajiet ġejjin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fi tmiem il-primarja jsir l-Assessjar tal-Benchmark. Matul is-sena skolastika 2017-2018, kien hemm 65 student (2.8%) li ġabu 25 marka (minn 100 marka) jew inqas kemm fil-Malti u kemm fl-Ingliż. Kien hemm ukoll 83 studenti (3.6%) li l-iskejjel talbu li jiġu eżentati mill-Benchmark tal-Malti u l-Ingliż minħabba ‘learning difficulties’ jew għax huma barranin li ilhom inqas minn sentejn hawn Malta. It-tabella ta’ hawn taħt turi minn fejn huma l-65 student li ġabu marki baxxi ħafna fil-Malti u l-Ingliż:
Qormi
8
B’Kara
7
Attard
4
Bormla
4
Naxxar
4
Għaxaq
4
Ħamrun
3
Mosta
2
Żabbar
2
Żurrieq
2
St Venera
2
Mqabba
2
San Ġwann
2
Mellieħa
1
Żejtun
1
Birżebbuġa
1
St Paul's Bay
1
Dingli
1
Marsaxlokk
1
Msida
1
Qawra
1
Qrendi
1
Swieqi
1
Balzan
1
Birgu
1
Buġibba
1
Kalkara
1
Mġarr
1
Sta Lucia
1
Swatar
1
Valletta
1
Xgħajra
1
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9273 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9086, liema domanda kienet dwar Senior Operative IV, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ser jibdew jitħallsu dawk it-tmien persuni li jaqgħu taħt din il-kategorija li kienu mal-Gvern u ġew trasferiti u qegħdin jaħdmu mal-ELC u li kellhom jitħallsu b'lura mill-4 ta' Diċembru 2017?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-fatt l-uffiċjali li qed jirreferi għalihom irċevew iż-żieda dovuta lilhom.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9310, jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' serq sar fil-Mosta f’dawn l-aħħar xahrejn (Jannar u Frar 2019)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ serqiet rapportati lill-Pulizija u li seħħew fil-lokalità tal-Mosta matul l-ewwel xahrejn tas-sena 2019 juri tnaqqis fuq dak irrappurtat fis-snin ta’ qabel u huwa ta’ tnejn u għoxrin (22).
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward inkonvenjent li qed jostakola l-bieb tad-dar tiegħu liema inkonvenjent tpoġġa biex iżomm gallarija minħabba ħsarat? Jista’ jara li ssir it-tiswija meħtieġa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9351 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema f’pajjiżna li għandhom il-paga minima?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-entità fi ħdan il-MEDE li hija kkonċernata ma' impjiegi, jiġifieri l-Jobsplus, ma jkollhiex informazzjoni dwar salarji ta' individwi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8663 u jgħid kemm twaqqfu każijiet ta’ benefiċċji soċjali minħabba ksur ta’ provvedimenti tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali matul is-sena l-oħra? X’inhuma r-raġunijiet li dawn il-persuni twaqqfilhom dawn il-benefiċċji?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2018, kien hemm 667 każ illi ġie mwaqqaf mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, minħabba allegati abbużi, fosthom 130 każ li kienu investigati, mill-ispetturi tad-Direttorat għall-Osservanza ta’ Benefiċċji u li l-istess Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali aċċetta r-rakkomandazzjoni tad-Direttorat biex jitwaqqaf l-intitolament.
Ir-raġunijiet għat-twaqqif ta’ dawn l-benefiċċji kienu varji, fosthom :
· Kapital jeċċedi l-iskali
· Assenti minn Malta
· Mhux tifforma familja għal rasek
· Mhux toqgħod fl-indirizz mogħti
· Qiegħed taħdem
· Tgħix ma’ ħaddieħor
· Ostakolajt lill-ispetturi fil-qadi ta’ dmirijiethom
· Ċaħħadt lilek innifsek minn mezzi sabiex tikkwalifika għall-għajnuna
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8918, 6705 u 3427 u jgħid kemm hawn single mothers reġistrati? Kemm minnhom jaħdmu? Kemm minnhom huma dipendenti fuq benefiċċji soċjali bħala l-unika sors ta’ income? Kif inhi komposta l-familja tagħhom? Kemm għandhom tfal? Kemm hawn single mothers li huma f’riskju ta’ faqar (jew qegħdin fil-faqar)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, għalkemm id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ma jistax jgħid kemm hawn single mothers reġistrati, in-numru li jibbenifikaw mill-Allowance tat-Tfal huwa ta’ 5,275.
Dawk dipendenti fuq l-Għajnuna Soċjali issa niżlu sew u jammontaw għal 1,891 u l-kompożizzjoni tal-familja tagħhom hija kif ġej:
Tfal fil-Familja
Single Mothers
Numru ta’ Tfal
1
1,076
1,076
2
591
1,182
3
154
462
4
49
196
5
19
95
6
2
12
Total
1,891
3,023
Jista’ l-Ministru jgħid illum, kemm hija l-ispiża għal kull student għal kull ġurnata li jattendi l-iskola tal-Istat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-ispiża għal kull student fl-iskejjel primarji u sekondarji fl-2018 kienet ta’ €4,987.44. Din in-nefqa tinkludi s-salarji tal-għalliema, LSEs u servizzi ta’ appoġġ (support services), superviżjoni, trasport, kotba u fondi tal-imprest għall-operat tal-iskejjel.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri li weħlu l-ħabs minħabba li ma ħallsux il-manteniment lil uliedhom u/jew lill-konjugi f’dawn l-aħħar tliet snin fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Qorti ma jkollhiex informazzjoni.
Persuni mressqa l-Qorti fuq reati ta’ vjolenza fuq anzjani
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamenari 1983 u jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' vjolenza fuq anzjani fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm ta’ nazzjonalità barranija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7684 u ċjoè: Fil-bidu tas-sena 2017, il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) ħadet over il-programm tas-Supported Employment mill-Malta Association of Supported Employment (MASE). Dan fisser li ħadet over il-520 suċċessi ta’ persuni vulnerabbli li kien instabilhom xogħol matul is-sena 2016 u li sa l-aħħar tal-istess sena kienu għadhom jaħdmu, u wkoll l-FSWS kienet ħadet over il-madwar 20 ħaddiem abbinat mal-programm. Jista’ l-Ministru jgħid:
a) kemm minn dawn il-520 ħaddiema vulnerabbli għadhom fl-impjieg?
b) il-ħaddiema li ġew ittrenjati u ġabu ċertifikazzjoni fis-Supported Employment u li ttieħdu mal-programm mill-FSWS, lil kemm-il persuna vulnerabbli sabu xogħol matul is-sena 2017 u matul is-sena 2018?
c) illum, x’inhu l-irwol ta’ dawn il-persuni li ġabu ċertifikazzjoni fis-Supported Employment?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi, kienet ittieħdet deċiżjoni li l-benefiċċjari msemmija jkunu riferuti lill-Fondazzjoni Lino Spiteri (Lino Spiteri Foundation - LSF) hekk kif il-personnel illi qed jirreferi għalihom, kienu għadhom ma lestewx it-taħriġ rikjest fil-job coaching.
Fit-12 ta’ Lulju 2018, kien iffirmat Memorandum of Understanding bejn il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali u l-Aġenzija Sapport, sabiex l-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali tkun rikkonxuta bħala Job Coaching Provider lill-Aġenzija Sapport. L-għan ta’ dan il-Memorandum of Understanding huwa biex jerġa’ jattiva` l-iskema JESS għal persuni b’dizabilità.
Wara li ġew milqugħa l-ex-impjegati tal-MASE, li kellhom Ċertifikat fis-Supported Employment, fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), ġie iffurmat tim ta’ Job Coaching Services taħt il-Maniġer tal-Fondazzjoni responsabbli mis-Social Enterprise.
Il-proġett pilota JESS għandu l-mira prinċipali li persuni b’diżabilità li huma bla impjieg ikunu inklużi u integrati fis-soċjeta`. L-irwol tal-impjegati li qed jaħdmu fit-taqsima tal-job coaching tal-FSWS u li fil-preżent huma assenjati mal-Aġenzija Sapport, għat-twettiq tal-programm JESS, huwa li jsaħħu l-abilitajiet ta’ persuni b’diżabilità billi joffrulhom opportunitajiet u taħriġ biex jiżviluppaw ħiliet ġodda u b’hekk iżidu l-possibilità li jsibu impjieg li jagħtihom dinjita`.
Mid-data li daħal fis-seħħ l-MOU, sal-ġurnata preżenti; ġew mgħejjuna:
· 66 klijent li nstabilhom xogħol u qed jaħdmu fuq bażi full time;
· 40 klijent li qed jaħdmu fuq bażi ta’ taħriġ on placement għal 20 siegħa fil-ġimgħa;
· U 13-il klijent li qegħdin fil-fażi ta’ skill building.
Dan jammonta għal 119-il klijent illi qed jibbenefikaw mill-program JESS.