B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6592, tista’ l-Ministru tgħid issa jekk ġewx tradotti għall-Malti d-dokumenti ‘Society’s Concern’ u ‘Who is Who?’ Jekk iva, tista’ tpoġġi kopja ta’ dawn id-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, HELENA)
Id-dokument ‘Who is Who’ ġie tradott għall-Malti u qed inpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Id-dokument ‘
Society’s Concern’
ġie tradott għall-Malti u qiegħed fil-proċess biex jiġi stampat.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6312, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika issa kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b’diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali — Każijiet pendenti
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10525 tat-13-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jindika kemm hemm każijiet pendenti fis-servizzi msemmija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każijiet pendenti huma kif ġej ;
AĠENZIJA Sedqa
Servizz
Waiting List
Alcohol and Gambling Community Team (AGCT) - Alcohol
48
AGCT - Gambling
6
Alcohol Rehab - Day
0
Alcohol Rehab - Residential
0
Courts
0
Drugs Community Team
15
Family Services
20
Psychological Services - Children
15
Psychological Services - Adolescents
10
HBTS/Community Services
Servizz
Waiting List
Home-Based Therapeutic Service
23
Cottonera Community Service
0
Msida and Birkirkara Community Service
2
Qawra Community Service
29
Valletta Community Service
0
Paolo Freire Institute
0
AĠENZIJA Appoġġ
Servizz
Waiting List
Human Trafficking
0
Intake and Family Support Service
78
Domestic Violence Unit
47
Għabex - women
0
Għabex - children accompanying women
0
Ghabex - minor
0
Managing Abusive Behaviour
0
Specialised Fostering
1
High Support Services
0
Mater Dei Hospital
0
Benniena
17
Paediatrics
0
Sir Anthony Mamo Oncology Centre (SAMOC - ex Boffa)
34
Primary Health Care
0
Qormi Health Centre
5
Children-and-Young-Persons Service
0
Mtarfa Mental Health
0
St. Vincent de Paule Residence – Residential
0
Gozo
0
Gozo General Hospital
0
Generic Social Work Gozo
0
Looked-After-Children Gozo
0
Fostering Gozo
0
Fostering
29
Adoption - Prospective Adoptive Parents
5
Adoption - Post Adoption
0
CCS - Homestart
12
Gozo - Homestart
0
Programm-Ulied-Darna (General)
7
Programm-Ulied-Darna (Proġett Tereża)
0
Looked-After-Children Service
28
Court - Assessment
15
Court - Monitoring
12
Supervised Access Visits Service
37
Youth-in-Focus Service
23
Embark-for-Life (E4L)
50
Hotline
0
Helpline
0
Supportline 179
0
Adolescent Day Programme
50
Residential Home Services
0
Warm Haven
0
Child Protection Service (CPS)
143 Familja
Psychological Services - Adults
9
Substance Misuse Outpatients Unit (SMOPU)
0
Substance Misuse Inpatients Unit (SMIPU/ Dar l-Impenn)
0
Residential Komunita' Santa Marija
18
Assessment and Stabilisation Unit
7
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dwar dawn il-listi ta’ stennija ppreżentati, ma jfissirx illi ma jkunx qed isir xi tip ta’ intervent fuq kull każ imsemmi. Wara l-ewwel initial assessment, biex jiġi stabbilit permezz ta’ weighting żviluppat minn kull servizz partikolari, kemm ikun urġenti kull każ, ikun ġie stabbilit illi l-prijorità tal-kas mhux daqstant għolja u allura ma jkunx allokat lill-professjonisti li jsegwu l-każijiet elenkati hawn fuq mill-ewwel. Madanakollu, x-xogħol fuq kull każ ikun diġa’ beda jsir.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10526 tat-13-il Leġiżlatura, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm-il spezzjoni għall-għarrieda twetqet mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali matul dawn l-aħħar tliet snin? Fejn saru u meta saru dawn l-ispezzjonijiet u x’rakkomandazzjonijiet saru biex jitjiebu s-servizzi mogħtija lill-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari numru 10350 u 10526.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28815 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid fejn waslu t-taħditiet tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala mal-Foundation for Tourism Zone Development rigward it-tisbiħ tal-pjazza ta’ quddiem il-Knisja ta’ Wied il-Għajn?
Ir-Rabat Għawdex — Middle School - Health and Safety Officer waqt il-ħin ta' xogħlijiet
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10124, jista’ l-Ministru jgħid:
a) X'kienet l-urġenza li x-xogħol kellu jsir fl-10 t'April, meta fis-17 ta’ April kienu ser jibdew il-vaganzi tal-Għid?
b) Ladarba x-xogħol ta' barra ma sarx fl-istess data, (minħabba li ma kienx hemm permessi), allura x-xogħol ta' ġewwa ma setax jistenna?
c) min kien responsabbli mill-Health and Safety, waqt il-ħin tad-dħul tal-istudenti, minħabba l-makkinarju goff u x-xogħol li qed nirreferi għalih?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10467.
Infurmat li waqt ix-xogħol imsemmi, is-saħħa u s-sigurtà kienu responsabbiltà tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta’ serq sar fil-Mosta, xahar b’xahar minn Marzu sa Mejju 2019?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ serqiet rapportati lill-Pulizija fil-lokalità tal-Mosta, xahar b’xahar bejn Marzu u Mejju 2019 kien ta’ ħamsa u erbgħin (45) każ, kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Marzu
April
Mejju
Total
10
22
13
45
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm kienet l-ispiża għas-sena l-oħra f’kull Ċentru ta’ Matul il-Jum tal-Persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali? Kif intefqu dawn il-flus allokati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt, ninfurmah ukoll illi dawn il-flus intefqu f’pagi, materjal operattiv, mediċinali, materjal għat-tindif, tiswijiet, trasport, teknoloġija informatika, apparat elettroniku, dawl u ilma kif ukoll f’karti għall-uffiċċji.
Ċentru ta' Matul il-Jum
Nefqa (€) fl-2018
Bormla
58,998
Il-Furjana
48,979
Raħal il-Ġdid
73,091
Ħal Qormi
69,528
Iż-Żejtun
44,106
Ministeru għas-Saħħa — Proġetti mill-Fondi Ewropej
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kif, fejn u kemm intużaw Fondi Ewropej fil-Ministeru tiegħu f’dawn l-aħħar tliet snin u x’kien l-isem ta’ kull proġett?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dawn l-aħħar tliet snin, il-Ministeru għas-Saħħa ibbenefika minn €71,660, 885.66 f’fondi Ewropej minn programmi indikati hawn taħt.
Horizon 2020
Erasmus+
ECDC, EPIET EU track fellowship training
European Regional Development Funds
European Social Funds
Connecting Europe Facility
Asylum and Migration and Integration Funds
Id-Dokument impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra jagħti d-dettalji dwar 18 il-proġett li ġew iffinanzjati minn dawn il-programmi.
Il- Ministeru tas-Saħħa bbenefika wkoll minn €1,355,157.24 f’fondi Ewropej mill-Health Programme li issa sar ESF+. Il-proġetti li ġew iffinanzjati mill-Health Programme kienu European guide on quality improvement in comprehensive CANCER control,Common action for refugees and other migrants health, Obesity prevention through european network, Strengthening voluntary cooperation between member states to improve the health of EU Citizens, NCAPR, ART and HSC Improvements for quality and safety throughout europe, Support of eHealth NETWORK, Joint action on HIV and Co-Infection prevention and Harm reduction, Joint Action-Nutritional and physical activity, HI Level eHealth conference 2017, Joint Action on Vaccination, Joint Action on Innovative partnership on action against cancer, Joint action on Health Information, Joint action on Preparedness and action at Point of Entry, Joint action on eHealth network, Joint action on authorisation of preparation processes in blood and tissues and cells, European network for HTA Joint Action 3, Joint action Rare Cancer, Doner Selection and Protection, Joinr action on Chronic diseases, Joint action on integration of testing and linkage to care for HIV, Viral Hepatitis, STI’s and TB, Joint Action on Tobacco Control.
Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali — Każijiet attivi u pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jindika fil-preżent kemm hemm każijiet attivi fil-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali u f’liema servizz qegħdin jingħataw dawn il-każijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm każijiet pendenti f’dawn is-servizzi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-aħħar ta’ Diċembru 2018, il-Fondazzjoni għall-Ħarsien tas-Servizzi Soċjali kellha dawn il-każijiet attivi, mqassma skont is-servizzi msemmija:
AĠENZIJA APPOĠĠ
Intake & Family Support Service
462
IFSS – Human Trafficking
39
Domestic Violence Unit
711
Ghabex Shelter
11
Managing Abusive Behaviour Service
98
High Support Service – One to One
27
Residential Home Service
6
Mater Dei Hospital Social Work Service
1198
Benniena Service
91
Oncology Social Work Service
215
Qormi Health Centre Social Work Service
126
St Vincent De Paule – Residential
221
St Vincent De Paule – Community
49
Primary Health Care Service
70
Child and Young People’s Service
292
Cottonera Community Service
84
Paolo Freire Institute
21
Bkara Community Service
110
Msida Community Service
69
Qawra Community Service
205
Valletta Community Service
100
Embark for Life
135
Looked After Children
448
Court Service
153
Supervised Access Visits
212
Youth In Focus Service
124
Adolescent Day Programme
11
Pre-adoption
292
Post-adoption
214 children and 161 families
Child Protection Service
385 Familja
Home Based Therapeutic Services (HBTS)
Home Based Therapeutic Services
422
AĠENZIJA SEDQA
Alcohol and Gambling Community Service
325
Drugs Community Service
317
Court Services
308
Psychological services
291
Family Therapy Services
245
Alcohol Rehabilitation Programme
(No data for 2018)
Substance Misuse Out-patient Unit
1043
Substance Misuse In-patients Unit
0 (all cases are closed by the end of the year)
Assessment & Stabilisation Unit
8
Komunita` Santa Marija Drug Residential Rehabilitation Programme
7
Fergħa ta’ Għawdex
Servizz
Każijiet attivi
Każijiet Pendenti
Ħidma Soċjali Ġenerika
53
0
HomeStart
16
0
Looked After Children
19
0
Fostering
19
0
SAVs
10
0
HBTS
10
9
Ħidma Soċjali Sptar Ġenerali t’Għawdex
152
0
TOTAL
269
9
L-informazzjoni għas-servizzi offruti mill-fergħa ta’ Għawdex hija għal perjodu sal-aħħar ta’ Mejju 2019, dan billi l-klijenti li jiffrekwentaw l-uffiċċju tal-Fondazzjoni f’Għawdex, huma anqas minn dawk illi jiffrekwentaw l-uffiċini tal-Fondazzjoni allokati f’diversi lokalitajiet madwar Malta u għaldaqstant huwa aktar faċli li n-numri jkunu miġbura b’mod aktar frekwenti.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, minn meta ġie mwaqqaf is-Servizz tal-Emergency On-Call, f’Ottubru 2018, sal-aħħar ta’ Mejju 2019, kien hemm 61 intervent illi kien irreġistrat.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-istatistika aġġornata sal-aħħar ta’ Ġunju, tas-servizzi kollha mgħotija minn kull fergħa tal-Fondazzjoni, tkun tista’ tinkiseb mir-Rapport Annwali li ser ikun ippublikat f’Lulju 2019.
Servizzi mogħtija lill-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm huwa n-numru ta’ spezzjonijiet għall-għarrieda li saru fis-servizzi mogħtija fil-qasam tas-saħħa mentali? Fejn saru dawn l-ispezzjonijiet u meta saru f’dawn l-aħħar sentejn? X’kienu r-riżultati ta’ dawn l-ispezzjonijiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-2018 sal-lum saru 23 spezzjoni għal għarrieda mid-Dipartiment għar-Regolamentazzjoni tas-Saħħa. Dawn l-ispezzjonijiet saru fil-faċilità tas-saħħa mentali tal-komunità ta’ Sa Maison, fl-isptar Monte Karmeli, fid-dipartiment psikjatriku tal-isptar Mater Dei, fis-swali Psikjatriċi tal-Isptar Ġenerali ta’ 'Għawdex, fil-KIDS, Villa Chelsea, fil-Hostels ta’ Ħal Qormi, ta’ Raħal Ġdid, Ħ’Attard, Dar Victoria, Dar Imelda kif ukoll f'Dar Kenn Għal Saħħtek.
Fil-każijiet kollha tħejja rapport b’rakkomandazzjonijiet u ntbagħat lill persuna responsabbli. Ir-rakkomandazzjonijiet kienu jinkludu titjib tal-forniment tas-servizz speċjalment fl-amministrazzjoni tal-mediċini kif ukoll biex jitjibu l-kundizzjonijiet tal-għajxien għar-residenti. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet li kienu meqjusin bħala kritiċi baqgħu jiġu segwiti b’aktar spezzjonijiet.
Rigward spezzjonijiet mill-Uffiċċju tal-Kummisarju għas-Saħħa Mentali nitolbu jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 10350 ta’ din il-leġiżlatura.
Persuni b’diżabilità li jaħdmu fis-settur pubbliku
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9975, jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni b’diżabilità li qed jaħdmu fis-settur pubbliku? F’liema gradi huma impjegati dawn il-persuni b’diżabilità?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni b'diżabilità li jaħdmu fis-settur pubbliku sa l-aħħar ta’ April 2019 kien ta’ 1,192. It-tabella t’hawn taħt turi f’liema kategorija ta’ xogħol kienu jaħdmu.
Kategorija ta’ Xogħol
April 2019
[0] Armed Forces
5
[1] Managers
40
[2] Professionals
232
[3] Technicians and Associate Professionals
148
[4] Clerks and support workers
234
[5] Services and sales workers
116
[6] Skilled Agricultural, fishery and forestry workers
7
[7] Craft and related trades workers
26
[8] Plant and machine operator and assemblers
24
[9] Elementary Occupations
360
Total
1,192
Ir-Rabat Għawdex — Middle School - Health and Safety Officer waqt il-ħin ta' xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk tax il-permess li jsir ix-xogħol u struzzjonijiet biex ikun hemm preżenti Health & Safety Officer waqt il-ħin tax-xogħol fil-Middle School Rabat Għawdex, liema xogħol sar waqt il-ħin tad-dħul tat-tfal, fejn dawn bdew jgħaddu minn ġo nofs makkinarju goff u tjun li huma ta’ periklu għat-tfal, minbarra l-istorbju li kien qed itellef, b’ mod speċjali t-tfal bl-awtiżmu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għal kwalunkwe xogħol li jsir fl-iskejjel dejjem jittieħdu l-miżuri kollha tas-saħħa u s-sigurtà. Dan isir taħt l-istruzzjonijiet tal-periti responsabbli għax-xogħol li jkunu mqabbda mill-FTS.
F'dan il-każ ix-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kellu jsir b’urġenza fil-Middle School fir-Rabat, Għawdex u dan bil-prekawzjonijiet kollha li jirrikjedi xogħol ta' dan it-tip biex jitnaqqas kemm jista' jkun kull inkonvenjent.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn iċ-ċnus perpetwi rivedibbli mhumiex qed jiġu pproċessati mill-Awtorità tal-Artijiet kif kien isir qabel? Jista' jgħid jekk jeżistux impedimenti legali u x'qed jikkunsidra l-Gvern biex jindirizza din il-kwistjoni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet, illi l-Avviż Legali illi jagħti s-setgħa li ċ-ċnus imsemmija jiġu mifdija, qed tiġi diskussa.
Spezzjonijiet minn Jobsplus- Persuni barranin li jaħdmu bla permess
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7722, jista’ l-Ministru jgħid x’azzjoni ttieħdet kontra dawk il-barranin li nstabu jaħdmu f’pajji¿na mingħajr permess u kontra min kien qiegħed iħaddimhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li L.S. 343.23 tpoġġi d-dmir fuq min iħaddem biex jara li d-dokumentazzjoni neċessarja tkun kollha skont il-ligi. Għaldaqstant, Jobsplus ma tieħu l-ebda passi kontra l-barranin iżda tinnotifika lill-Pulizija tal-Immigrazzjoni bis-sejba tagħhom.
Min-naħa l-oħra, fejn jidħol min iħaddem barranin bla permess, Jobsplus tibgħat ittra tistieden biex tiddaħħal applikazzjoni għall-Permess tax-Xogħol u/jew Residenza fi żmien għaxart ijiem. Jekk dan ma jsirx, jittieħdu l-passi kollha stipulati fl-istess L.S. 343.23.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6312 u jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — ħaddiema b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6316 u jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'di¿abilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jikkonferma l-intenzjoni tal-Gvern li jemenda l-liġi Kaptilu 573 Att dwar il-Artijiet tal-Gvern għal dawk il-kaijiet fejn is-sidien oriġinali se jkun qed jitnaqssilhom il-kumpens meta kkumparat ma' dak li kien dovut lilhom taħt il-liġi preċedenti? Jista' jgħid meta beħsiebu jressaq dan it-tibdil fil-Parlament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet li għaddejjin bil-preparamenti meħtiega biex dawn l-emendi jgħaddu mill-aktar fis.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9399 u jagħti informazzjoni dwar il-għaliex ingħalaq il-programm JESS?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-programm JESS għaddej minn perjodu ta’ tranżizzjoni, sabiex il-benefiċċjarji kurrenti jkunu integrati fi proġett ieħor immexxi mill-Aġenzija Sapport.