Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ingaġġ ta’ Meter readers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu meter readers mill-2017 sal-lum?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li ARMS Ltd impjegat 34 meter readers mill-2017 sal-ġurnata ta’ llum, uħud minnhom ġew ingaġġati sabiex jissostitwixxu dawk li rtiraw jew spiċċaw biż-żmien. Ta’ min jinnota wkoll li, billi d-domanda għall-servizzi ġodda tad-dawl u l-ilma qiegħda dejjem tiżdied , din is-sena biss kien hemm 5929 applikazzjoni għall-servizz ġdid tal-ilma u 7134 għall-servizz tad-dawl . Għalhekk, sabiex il-konsumatur ikun moqdi bl-aħjar mod possibli nħasset il-ħtieġa li jiġu ngaġġati iżjed meter readers . Ix-xogħol tal- meter readers huwa li jmorru ġod-djar tan-nies sabiex jaqraw il- meters , appuntamenti mal-konsumatur fejn jintalab li jinqraw il- meters barra mir-rotta u kif wkoll jagħmlu spezzjonijiet fejn ikun meħtieġ.

Uffiċjali tal-Komunità – għoti ta’ ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni ngħatat minn Uffiċjal tal-Komunità minn Jannar 2019 sal-lum? Kemm kien il-valur taċ-ċitazzjonijiet f’daqqa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u l-aħħar ta’ Settembru 2019 ingħataw 94,647 ċitazzjoni. F’dan l-istadju huwa diffiċli tiddetermina il-valur totali ta’ dawn iċ-ċitazzjonijiet peress li hemm uħud li għadhom iridu jiġu deċiżi.
Leg 13 PQ #11288 Sitting 251 2019-10-08 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Ministeru għal Għawdex – bini ta’ housing units

Question

Tista’ l-Ministru tgħid, minn wara l-elezzjoni tal-2013 sal-lum, kemm inbnew units (housing) mill-Ministeru għal Għawdex fil-gżira Għawdxija?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 11287.
Leg 13 PQ #11289 Sitting 251 2019-10-08 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Postijiet tal-Gvern – xogħol ta’ rinnovar u manutenzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm tlestew xogħlijiet ta’ rinnovar u manutenzjoni f’postijiet tal-Gvern? Liema huma l-binjiet? F’liema lokalitajiet? Kemm sewa l-proġett ta’ kull binja? Kemm-il familja bbenefikat f’kull binja?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jispeċifika għall-liema postijiet qed jirreferi. Dan peress li l-Ministeru għal Għawdex għandu diversi binjiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu.

Infrastructure Malta – xogħol fuq toroq f’Ħ’Attard

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq fil-lokalità ta’ Ħ’Attard se jsirilhom xogħol minn Infrastructure Malta?

Response (BORG, IAN)

Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq wara li kienet ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ din l-aġenzija, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta bħalissa qed tibni mill-ġdid 120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Minn dawn, fil-lokalità ta’ Ħ’Attard tlestiet Triq il-Ġamar waqt li bħalissa qegħdin isiru Triq Kananea, Triq Annibale Preca, Triq Dun Alwiġ Galea u Triq il-Marġ. Toroq oħrajn li se jsiru huma Trejqet ir-Reġina, Triq l-Isptar u Triq l-Inħasa. F’Ħ’Attard ukoll, Infrastrucuture Malta għandha ppjanati li jsiru xogħlijiet fi Triq Hannibal. Barra minn hekk, fost il-proġetti kbar li Infrastructure Malta se twettaq fiż-żmien li ġej hemm dak tas-Central Link Project, li ġie approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar. Dan huwa investiment ewlieni li se nwettqu biex intejbu l-kwalitá, is-sigurtá, s-sostenibilità u l-effiċjenza fir-rotta arterjali li testendi mill-Bypass tal-Imrieħel, tul Triq l-Imdina f’Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard, sar-roundabout li hemm fil-bidu tat-Telgħa tas-Saqqajja, fl-inħawi ta’ Ta’ Qali. Il-ħin tal-ivvjaġġar f’dan in-netwerk ta’ toroq fiċ-ċentru tal-pajji¿ għandu jonqos bin-nofs. Ser jonqos l-ammont ta’ persuni li jkollhom jgħaddu minn toroq residenzjali fl-inħawi biex jippruvaw jaslu aktar malajr. B’hekk ser igawdu mhux biss il-lokalitajiet ta’ Ħal Balzan u Ħ’Attard, iżda wkoll oħrajn viċin bħal Ħal Lija u Birkirkara.

Infrastructure Malta – xogħol fuq toroq f’Burmarrad

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq fil-lokalità ta’ Burmarrad se jsirilhom xogħol minn Infrastructure Malta?

Response (BORG, IAN)

Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tirrealizza l-b¿onn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq wara li kienet ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ din l-aġenzija, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta bħalissa qed tibni mill-ġdid 120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Minbarra dawn it-toroq, l-aġenzija qed tagħmel ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn inkluż toroq rurali. F’Burmarrad, Infrastructure Malta bħalissa qed tagħmel xogħlijiet fi Triq Burmarrad li jinkludi wkoll il-bini mill-ġdid tal-pont.

Infrastructure Malta – xogħol fuq toroq fl-Imdina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq fil-lokalità tal-Imdina se jsirilhom xogħol minn Infrastructure Malta?

Response (BORG, IAN)

Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq wara li kienet ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ din l-aġenzija, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta bħalissa qed tibni mill-ġdid 120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Minbarra dawn it-toroq, l-aġenzija qed tagħmel ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn inkluż toroq rurali. Fl-Imdina, Infrastructure Malta bħalissa qed tagħmel xogħlijiet fi Triq l-Għarreqin.

Allokazzjonijiet ta' postijiet tal-Gvern — lokalitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 6698 u 9344 u jgħid kemm saru allokazzjonijiet ta' postijiet tal-Gvern matul din is-sena 2018 u f'liema lokalitajiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2018, l-Awtorità tad-Djar allokat 50 post tal-Gvern, kif jidher fit-tabella :- Lokalita` fejn ġew allokati Total Birkirkara 1 Cospicua 5 Fgura 1 Floriana 2 Gzira 1 Hamrun 3 Kalkara 1 Kirkop 1 Mosta 1 Msida 4 Paceville 1 Paola 5 Pembroke 1 Qormi 1 Rabat 1 San Gwann 1 Senglea 4 Siggiewi 1 St Julians 3 Tarxien 2 Valletta 8 Vittoriosa 2 Total - 50

Awtorità tad-Djar — allokazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9345, 6701 u 567 u jgħid kemm-il allokazzjoni saret mill-Awtorità tad-Djar bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017? Jista’ jgħid kemm-il allokazzjoni saret xahar b’xahar fiż-żmien imsemmi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita` tad-Djar allokat 139 post bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017 imqassma kif ġej :- Xahar Total Jannar 2 Frar 6 Marzu 0 April 1 Mejju 117 Sat-3 ta’ Ġunju 2017 13 Total 139

Kunsilli Lokali — rivisti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9789 u jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li joħorġu rivista u jibagħtuha lir-residenti tal-lokalità tagħhom b’mod speċjali biex jinfurmawhom x’qiegħed jiġri fil-lokalità? Kemm-il darba fis-sena dawn il-kunsilli jibagħtu dawn ir-rivisti?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba. Kunsill Lokali Kemm-il darba fis-sena Il-Belt Valletta Kważi darba fix-xahar. Ħal Qormi 3 Is-Siġġiewi 2 Iż-Żejtun 1 Ħ’Attard 2 Ħad-Dingli 2 Il-Fgura Minn 2 sa 3 darbiet fis-sena. Floriana Darba fit-tmiem ta’ kull leġislatura. Il-Fontana 2 Għajnsielem 4 L-Għarb 1 Ħal Għargħur 2 L-Għasri 7 Il-Ħamrun 3 Il-Kalkara 2 Ħal Luqa 1 Marsaskala Il-kunsill lokali joħroġ rivisti bejn darbtejn sa tlett darbiet fis-sena. Però fis-sena 2018 il-kunsill ma ħareġ l-ebda rivista mentri għal din is-sena 2019 il-kunsill lokali qed jipprepara biex joħroġ rivista fix-xahar t’April. Il-Mellieħa 4 L-Imġarr Il-kunsill kien jippublika tali rivista darba jew darbtejn fis-sena, iżda ilu ma jagħmel dan ghal dawn l-ahhar sentejn. Il-Mosta 3 L-Imqabba Minn 3 sa 4 darbiet fis-sena. In-Nadur 2 In-Naxxar madwar 4 Paola Bejn darba u darbtejn fis sena. Tal-Pietá Kważi 1 fix-xahar. Il-Qala Il-kunsill joħroġ leaflets madwar darbtejn fix xahar. Il-Qrendi 2 Ir-Rabat (M) 1 Ħal Safi 12 San Ġiljan 1 San Ġwann 4 San Lawrenz Il-kunsill joħroġ leaflet darba fix–xahar jew forsi iżjed drabi, skont l-urġenza tal-avviżi. Santa Luċija Ġeneralment tinħareġ waħda fis-sena fi żmien il-Milied. Din is-sena ma ħarġitx. Tas-Sliema 2 Is-Swieqi 2 Ta’ Xbiex 1 Ix-Xewkija 2 Ix-Xgħajra Darba fis-sena bl-eċċezzjoni tas-sena 2018. Iż-Żurrieq 2 L-Imtarfa 1

Marsaskala — Pjazza quddiem il-Knisja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10770 u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28815 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid fejn waslu t-taħditiet tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala mal-Foundation for Tourism Zone Development rigward it-tisbiħ tal-pjazza ta’ quddiem il-Knisja ta’ Wied il-Għajn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li mhemmx żviluppi oħra x'wieħed jirrapporta.

Persuni b’diżabilità – servizz ta’ trasport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistix xi servizz għat-trasport għal dawk il-persuni b’diżabilità li jsibu xogħol?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Sapport tmexxi l-iskema msejħa Empowerment Scheme. Fost il-benefiċċji u sussidji koperti, l-Empowerment Scheme toffri sussidju fuq servizz ta' trasport individwalizzat għall-persuni b'diżabilità li jkunu jeħtieġu li jmorru għax-xogħol, kif ukoll dawk illi jeħtieġu trasport biex imorru f’istituzzjoni ta’ edukazzjoni post-sekondarja jew jattendu attivitajiet sportivi. Dan is-sussidju jingħata lill-persuni b'diżabilità li ma jkunux jistgħu jagħmlu użu mit-Trasport Pubbliku.
Leg 13 PQ #11287 Sitting 250 2019-10-07 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – bini ta’ binjiet mill-Awtorità tad-Djar – binjiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid, minn wara l-elezzjoni tal-2013 sal-lum, kemm inbnew binjiet (housing) mill-Awtorità tad-Djar fil-gżira Għawdxija?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara snin sħaħ fejn l-amministrazzjoni preċedenti f’25 sena ma bniet l-ebda post ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Għawdex, dan il-Gvern għaddej bix-xogħol biex tinbena blokka ta’ akkomodazzjoni soċjali fil-gżira Għawdxija.

Programm ta' għajnuna lill-familji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx programm ta’ għajnuna lill-persuni li qed jiskontaw sentenza ta’ ħabs u l-familji rispettivi tagħhom? Jekk iva, fiex jikkonsisti dan il-programm? Kemm hemm familji li qed jibbenefikaw minn dan is-servizz?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, l-FSWS, tgħin lill-priġunieri u lill-familji tagħhom permezz ta’ 3 servizzi, li jingħataw mill-Aġenziji Sedqa, s-Servizzi Korporattivi tal-Fondazzjoni, l-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Kommunità u l-Aġenzija Appoġġ. 1. Is-servizzi tal-Aġenzija Sedqa Is-servizzi tal-Aġenzija Sedqa huma kollha miftuħa għall-persuni li qegħdin jiskontaw sentenza ta’ priġunerija jew jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Il-Priġunieri jistgħu jitolbu lill-Inmates Services fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u minn hemm ikun jista’ jibda kuntatt mas-servizzi tagħna fil-kommunità. Wara evalwazzjoni, l-priġunier ikun jista’ jaċċedi wkoll għal-servizzi rijabilitattivi residenzjali barra mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, wara li jinġiebu l-approvazzjonijiet neċessarji għar-rilaxx tiegħu. Is-servizzi ta’ l-Aġenzija Sedqa huma wkoll disponibbli għall-familjari tal-priġunieri. Dawn jistgħu jagħmlu kuntatt magħna kemm permess tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, kif ukoll fuq inizjattiva personali. 2. Is-Servizzi Korporattivi Id-Direttorat tas-Servizzi Korporattivi fi ħdan il-Fondazzjoni, jgħin lil dawn il-familji li għalkemm ma jkunux eligibli mit-tqassim tal-FEAD (Fund for the European Aid to the Most Deprived) jew tal-SFFD (State Funded Food Distribution), billi meta jkun hemm nuqqas ta’ riżorsi, tipprovdi għajnuna materjali li tvarja minn ikel għall-bżonnijiet oħra tad-dar bħal għamara, ħwejjeġ jew white goods. 3. L-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Kommunità L-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Kommunità, tagħti servizzi lill-prinġunieri li jinsabu taħt ir-responsabbilità tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi (CSA), b’diversi modi. Dawn id-diversi interventi huma elenkatikif ġej; 3.1. Sessjonijiet ta’ żvilupp fil-ħiliet. Sessjonijiet ta’ żvilupp fil-ħiliet qed jiġu mogħtija lill-priġunieri li qed iservu l-aħħar sena mis-sentenza tagħhom. Is-suġġetti huma diversi u jinkludu magħhom sessjonijiet relatati ma’ impjieg, l-immaniġjar tal-ħin u l-flus, il-metodi differenti ta’ ħlas, l-istil ta’ ħajja san u b’saħħtu, stejjer ta’ suċċessi mingħand priġunieri tal-passat, il-motivazzjoni, tisħiħ tal-karattru, l-immaniġjar tal-iskart u l-ġrajjiet kurrenti fost oħrajn. Dawn is-sessjonijiet qed jiġu provduti kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa kull ġimgħa. 3.2. Sezzjonijiet individwali Ġaladarba l-priġunier jiġi riferut għas-servizzi tal-Aġenzija, hija tipprovdi sessjonijiet individwali fejn flimkien jiddiskutu u jfasslu bi qbil, pjan ta’ azzjoni bi preparazzjoni għad-data tat-tluq. L-Aġenzija taddotta mod multidixxiplinarju fejn bis-saħħa ta’ tim magħmul mill-qasam soċjali bħal CSA, FSWS, Jobplus u NGO’s fost professjonisti oħrajn, jiġu preżentati d-diffikultajiet u s-soluzzjonijiet sabiex jitaffew ftit minn dawn id-diffikultajiet. Matul dawn is-sessjonijiet, jiddiskutu sitwazzjonijiet relatati ma’ impjieg u akkomodazzjoni wara li l-priġunier joħroġ mill-Faċilità, s-sistema ta’ sapport illi wieħed ikollu u xi servizzi addizzjonali li jistgħu jkunu ta’ interess għall- priġunier. Is-Servizz jaħdem qatiegħ sabiex il-priġunier ikollu aċċess għall-dawn is-servizzi, kif ukoll jagħti is-setgħa lill-klijent jieħu l-pass meħtieġ biex jkollu ġejjieni aħjar. 3.3. Integrazzjoni Wara r-rilaxx, l-Aġenzija taħdem sabiex tassisti fl-għanijiet illi jkunu ġew diskussi fil-pjan ta’ azzjoni kemm qabel kif ukoll wara l-prigunerija, flimkien mal-klijenti. Toffri sapport bażiku u għajnuna prattika għall-klijent, filwaqt li tinkoraġixxi sapport u motivazzjoni lilhom biex jerġgħu jintegraw lura fil-kommunità. Tkompli tinkoraġġihom ukoll sabiex jutilizzaw is-servizzi eżistenti u mogħtija lilhom illi l-aktar jilħqu l-miri tagħhom. 3.4. Sapport fl-impjieg Il-proċess jibda matul il-priġunerija u jkompli wara l-ħruġ tal-priġunier. Dan is-servizz huwa mifrux fuq l-abilitazzjoni li wieħed irid għax-xogħol. Proċess illi jinvolvi kollaborazzjoni ma’ Jobsplus fil-qasam tas-sezzjoni inklussiva, assistenza lill-klijenti fuq il-kitba tas-CV, assistenza waqt intervisti għall-impjieg, faċilita` sabiex l-intervista ssir CSA stess u preparazzjoni tal-klijenti b’mod ħolistiku għall-impjieg. Jekk ikun hemm qbil mal-klijent u ma’ min iħaddem, l-Aġenzija toffri visti fuq il-post tax-xogħol għal sitt xhur wara li l-priġunier ikun temm is-sentenza tiegħu, sabiex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn l-impjegat u min iħaddem. Dan sabiex tkun ikkjarifikata b’mod professjonali, kull komunikazzjoni żbaljata u problemi li wieħed jista’ jkun qed jaffaċċja, li jistgħu jtellfu milli l-klijent iżomm l-impjieg tiegħu. 3.5. Sapport lill-familja L-Aġenzija toffri wkoll servizzi lill-membri tal-familja tal-priġunier, wara li juri x-xewqa ta’ assistenza lill-familja tiegħu. Sabiex tiġi assistita, l-Aġenzija tiltaqgħa mal-familja, jkunu identifikati l-ħtiġijiet, speċjalment dak illi għandu x’jaqsam mal-ħabs, toffri sapport, tassisti fil-bżonnijiet prattici u tirrefer skont il-bżonn. 3.6. Inizzjattivi 3.6.1. In-Network tas-CSA – Laqgħa tan-network tiġi organizzata b’mod regolari. Il-membri tagħha huma nies li jirrapreżentaw entitajiet illi jipprovdu servizz fis-CSA. Il-membri jinkuludu CSA, Jobsplus, DSS, Rise Foundation, Appoġġ u d-Dipartiment tal-Probation and Parole. L-għan ta’ din il-laqgħa hija li jiġi provdut spazju għal dawk illi għandhom sehem ta’ interess u qegħdin jaħdmu mas-CSA sabiex jgħinu lill-ħabsin. 3.6.2. Sessjonijiet tal-Incredible Years Parenting Programme qed isiru fi ħdan is-CSA. Għarafna realta’ fejn il-priġunieri speċjalment dawk femminili, jiddiskutu mal-Aġenzija kif għad m’għandhomx il-kustodja tat-tfal imma jippjanaw li jkollhom relazzjoni aktar effettiva u pożittiva mat-tfal tagħhom. Filwaqt li jittamaw li tingħatalhom lura il-kusotdja tat-tfal tagħhom wara r-rilaxximent mill-ħabs. Għarafna wkoll li wara snin ta’ nuqqas ta’ preżenza sana fil-familja u perjodu fil-ħabs li jkunu għamlu, dawn il-priġunieri jkollhom bżonn ħiliet essenzjali sabiex jgħinuhom li jkollhom relazzjoni aktar effettiva mat-tfal tagħhom wara l-perjodu li jkunu għamlu fil-ħabs. Dan il-programm jolqot propju dawn il-kwistjonijiet. 3.6.3. Korsijiet tax-xagħar u l-make up – fejn professjonist fil-qasam tax-xagħar u s-sbuħija jagħti sessjonijiet lill-prigunieri nisa fis-CSA u wara l-għeluq tal-kors jingħatalhom ċertifikat ta’ attendenza. Din tgħin biex jiżdied il-portafoll tal-assi miksub mill-priġunier u jżid il-possibilita’ ta’ impjieg. 3.7. Statistika Mal-għeluq tax-xahar ta’ Mejju 2019, is-servizz kien qed jassisti sebgħa u erbgħin individwu (47) , ħamsa (5) minnhom kienu membri tal-familja tal-priġunieri. 4. L-Aġenzija Appoġġ F’ każijiet ta` minuri li jkunu qed jiskontaw sentenza ta` ħabs, l-Aġenzija Appoġġ, permezz tal-programm Embark for Life (E4L), għandha sehem attiv fit-tfassil ta’ pjan ta’ kura għal dawn iż-żgħażagħ. Professjonisti li jaħdmu maż-żgħażagħ ikunu preżenti regolarment ġewwa l-CoRRS u, waqt illi ż-żgħażagħ ikunu qed jiskontaw s-sentenza tagħhom, jibdew jippreparawhom għal meta joħorġu lura fil-kommunità, permezz ta` workshops b’ temi differenti bħal, komunikazzjoni effettiva, preparazzjoni għax-xogħol, użu tajjeb tal-ħin, kif wieħed jikkontrolla l-imġieba tiegħu u kif wieħed jieħu deċizjonijiet għaqlija. Isir ukoll xogħol individwali u ż-żgħażagħ jiġu mgħejjuna jaħdmu fuq il-ħiliet tagħhom waqt illi jkollhom opportunità, jekk juru motivazzjoni u impenn, biex jagħmlu xi korsijiet illi jsibuhom utli meta jerġgħu jirritornaw fil-kommunità. Dan ix-xogħol isir b’ ħidma konġunta bejn professjonisti tal-CoRRS kif ukoll ma’ ħaddiema soċjali oħra, kemm mill-Fondazzjoni u anke minn entitajiet oħra, li barra li jkunu qed jiġu mgħejjuna ż-żgħażagħ infushom, ikun qed isir xogħol ukoll mal-familjari tagħhom. 5. NGOs Fl-aħħarnett, tajjeb illi jkun reġistrat ukoll li l-Ministeru permezz ta’ zewġ Public Social Partnerships (PSPs) mal-NGOs RISE Foundation u l-Għaqda Mid-Dlam għad-Dawl, qiegħed jgħin numru akbar ta’ priġunieri permezz ta’ programmi ta’ tħejjija għar-rintegrazzjoni li jsiru lejn tmiem is-sentenza karċerarja u li jiffukaw fuq li l-priġunieri jsibu xogħol u jkollhom saqaf fuq rashom.

Ċentri LEAP – Għajnuna lill-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 31246 tat-12-il Leġiżlatura dwar l-għajnuna mogħtija lill-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali, jista’ l-Ministru issa jagħti risposta ta’ din il-mistoqsija?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għajnuna li jingħataw dawn il-persuni, l-familjari u l-carers tagħhom, permezz tas-social mentor, mhux li jipprodvu dan is-servizz professjonali huma stess, imma li jassisstu u jidderieġu lil dawn il-persuni lejn is-servizzi professjonali relattivi u professjonisti kompetenti biex jirċievu l-għajnuna li għandhom bżonn. Il-prassi hija li dawn il-persuni qed jiġu megħjjuna skont il-pjan t’azzjoni li jiġi maqbul ma’ l-individwu u mal-professjonisti l-oħra li jkunu qed jaħdmu mal-klijent. Fejn ma jkunx hemm professjonisti eżistenti u jinħass il-ħtieġa, l-klijent jiġi ggwidat biex iffittex servizz addatat jew ikun riferut minnha wara li jingħata l-kunsens. F’kaz ta’ urġenza jew f’kaz ta’ periklu, għall- individwu u n-nies l-oħra, anke jekk ma jingħatax kunsens, jingħata servizz jew jiġi riferut għal servizz addatat hekk kif titlob il-liġi u l-etika.
Leg 13 PQ #10848 Sitting 249 2019-07-17 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ġranet ta’ Assenteiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm-il ġranet ta’ assenteiżmu kien hemm mill-istudenti u l-għalliema li jattendu l-iskejjel tal-Gvern fil-perjodu skolastiku 2016/ 2017; 2017/ 2018 u 2018/ 2019?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta’ ġranet ta’ assenteiżmu tal-istudenti fil-perjodu skolastiku 2016-2017 u 2017-2018 hu kif muri fit-tabelli li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll li l-istatistika tas-sena skolastika 2018-2019 għadha mhix konkluża. Rigward l-għalliema, infurmat li n-numru ta' ġranet ta' assenzi minħabba sick leave fis-snin skolastiċi indikati hu kif se nsemmi: Sena skolastika 2016/2017 11,321 jum Sena skolastika 2017/2018 10,836 jum Sena skolastika 2018/2019 10,650 jum
Leg 13 PQ #10849 Sitting 249 2019-07-17 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Childcare Centres — Spiża

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar in-numru ta’ tfal reġistrati għas-servizz taċ-Childcare? Kemm hija l-ispiża kuljum għal kull tifel/tifla li jirċievi dan is-servizz?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul ix-xahar ta’ Ġunju 2019 kien hemm 4,789 tifel/tifla reġistrati għas-servizz taċ-Childcare b’xejn (Free Childcare Scheme). L-ispiża għal kull tifel/tifla li rċieva dan is-servizz matul ix-xahar ta’ Ġunju 2019 kienet ta’ €15.53 kuljum.
Leg 13 PQ #10850 Sitting 249 2019-07-17 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Programmi biex persuni jitgħallmu jiktbu u jaqraw

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk f’dawn l-aħħar tliet snin sarux programmi edukattivi li joffru possibiltà lill-persuni li ma jkunux tgħallmu jiktbu u jaqraw biex jitgħallmu jiktbu u jaqraw? Jekk iva, fejn saru dawn il-programmi u meta saru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar tliet snin id-Direttorat għat-Tagħlim tul il-Ħajja organizza 38 kors fil-litteriżmu (Malti u Ingliż) li joffru possibiltà lill-persuni li jitgħallmu jiktbu u jaqraw. Dawn il-programmi saru fi 12-il lokalità u ċentri differenti. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni dwar dawn il-korsijiet.
Leg 13 PQ #10851 Sitting 249 2019-07-17 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi

Ħaddiema li jaqilgħu anqas minn €30,000 fis-sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta’ ħaddiema f’pajjiżna li jaqilgħu anqas minn €30,000?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2018, in-numru ta’ impjegati li qalgħu anqas minn €30,000 fis-sena kien stmat: 179,292. Is-sors ta’ din l-informazzjoni hu l- Labour Force Survey . Definizzjoni ta’ paga: tirreferi għal annual basic salary . Ma jinkludix dħul minn sahra, bonuses u allowances . L-informazzjoni hija provizorja u tista’ tkun riveduta.