Skema ‘Nikru biex Nassistu’ – flus lis-sidien ta’ dawn il-proprjetajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn meta twaqqfet din l-iskema ‘Nikru biex Nassistu’ kemm inħarġu flus s’issa mill-Awtorità tad-Djar lis-sidien ta’ dawn il-proprjetajiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema ‘Nikru biex Nassistu’, ġiet imħabbra fl-1 ta’ Settembru 2017. Fl-2019 sa Settembru, in-nefqa tal-Awtorità tad-Djar fuq din l-iskema kienet ta’ €398,673.
Skema ‘Nikru biex Nassistu’ – reġistrazzjonijiet ta’ proprjetajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, jekk dawn il-proprjetajiet li daħlu fl-iskema ‘Nikru biex Nassistu’ humiex jiġu reġistrati? Jekk iva, quddiem liema Awtorità qed jiġu reġistrati (apparti dik tal-Awtorità tad-Djar)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proprjetajiet li daħlu fl-iskema ‘Nikru biex Nassistu’ jiġu reġistrati mal-Awtorità tad-Djar.
Awtorità tad-Djar – skema ‘Nikru biex Nassistu’ – appartamenti bla lift fil-komun
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx appartamenti li l-Awtorità tad-Djar qed tikri mis-settur privat fl-iskema ‘Nikru biex Nassistu’ li mhux provdut b’lift fil-komun?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif indikat fil-kundizzjonijiet tal-iskema ‘Nikru biex Nassistu’, tingħata preferenza lill-proprjetajiet illi jkollhom lift. Filfatt, huma biss 17 minn 112-il proprjetà li m’għandhomx lift installat.
Awtorità tad-Djar – applikazzjonijiet pendenti għal post alternattiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni pendenti hemm għal post alternattiv quddiem l-Awtorità tad-Djar? Liema huma l-kategoriji? Kemm hemm f’kull kategorija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f'Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid, minn meta twaqqfet l-iskema ‘Nikru biex Nassistu’, kemm applikaw sidien biex jikru lill-Awtorità tad-Djar? Kemm minnhom ġew aċċettati? F’liema lokalità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx periti li jmorru jivverifikaw il-valur tal-proprjetà li se tiġi mikrija lill-Awtorità tad-Djar? Jekk iva, min huma dawn il-periti u kif ġew magħżula/imqabbda? Kemm jitħallsu għal kull viżita? X’tikkonsisti kull viżita?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Skema ‘Nikru biex Nassistu’ – kuntratti tas-sidien
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti li saru mas-sidien li krew xi proprjetà lill-Awtorità tad-Djar taħt l-iskema ‘Nikru biex Nassistu’?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Skema ‘Nikru biex Nassistu’ – applikazzjonijiet ta’ sidien li jikru dar lill-Awtorità tad-Djar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-iskema ‘Nikru biex Nassistu’, kemm-il applikazzjoni hemm ta’ sidien li qed jikru dar lill-Awtorità tad-Djar? Kemm hemm minnhom fis-seħħ? F’liema stat jinsabu dawn id-djar (finished, ġebel u saqaf jew fuq il-pjanta)? Meta ħareġ il-permess tal-MEPA/Awtorità tal-Ippjanar jew awtoritajiet li kienu japprovaw il-permessi snin ilu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti ta’ kostruzzjoni li jaqgħu taħt l-Awtorità tad-Djar li bdew jinbnew mill-2013? F’liema lokalitajiet? Kemm-il unit issib f’kull lokalità? Kemm hemm minnhom lesti għall-abitazzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid, minn dawk il-proġetti li bdew jinbnew minn wara l-elezzjoni tal-2013, liema huma s-siti li xi darba kellhom applikazzjoni quddiem il-MEPA/Awtorità tal-Ippjanar qabel l-elezzjoni tal-2013? Jista’ l-Ministru jgħid meta saret l-applikazzjoni ta’ kull sit?
Response (FALZON, MICHAEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba mill-Onor. Interpellant.
Postijiet tal-Gvern – xogħlijiet ta’ rinovar u manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tlestew xogħlijiet ta’ rinovar u manutenzjoni f’postijiet tal-Gvern? Liema huma l-binjiet? F’liema lokalitajiet? Kemm sewa l-proġett ta’ kull binja? Kemm-il familja bbenefikat f’kull binja?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta bdiet l-iskema ‘Nikru biex Nassistu’? Għal kemm-il sena hi miftuħa din l-iskema?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskema ‘Nikru Biex Nassistu’ ġiet imħabbra fl-1 ta’ Settembru 2017.
Din l-iskema tiġġedded awtomatikament sena b’sena.