Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11678 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoé: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pensjonanti li jieħdu l-pensjoni tat-teżor biss? Jista’ jgħid f'liema sena ġiet riveduta din il-pensjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 1,473 persuna li jieħdu l-pensjoni tas-servizz biss, magħrufa aħjar bħala l-pensjoni tat-teżor. Din il-pensjoni ma tiġix riveduta.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11548, jista' l-Prim Ministru jgħid x' tip ta' sfidi ġew segwiti mill-Employee Support Programme?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li s-servizz offrut mill-ESP jingħata fuq bażi kunfidenzjali. L-ESP joffri diversi servizzi fosthom dawk relatati ma’ problemi li persuna tiltaqa’ magħhom waqt il-hin tax-xogħol, kif ukoll dawk personali jew familjari.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11319, jista’ l-Ministru ġentilment jgħid kemm-il skema ġdida ġiet imnedija u kemm-il skema ġiet terminata fi ħdan l-Awtorità tad-Djar mill-2013 ‘l hawn?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013, l-Awtorità tad-Djar ħarġet 9 skemi kif indikat fit-tabella ;
Skema
Data tal-Publikazzjoni
SSP – Sussidju fuq Strutturi Perikolużi fi Proprjetà Privata
29/10/2013
SSD – Sir Sid Darek 14
21/02/2014
PRS – Sussidju fuq il-Kera ta’ Postijiet Privati *
03/01/2017
NIK - Nikru biex Nassistu
01/09/2017
SOL – Social Loan APS
15/05/2017
SOL – Social Loan – BOV
02/02/2018
RVU – Skema ta’ Restawr ta’ Djar Battala għall-Kiri
20/2/2018
HBS – Benefiċċju fuq il-Kera ta’ Djar Privati
01/02/2019
ESS - Equity Sharing 2019
21/05/2019
* Din l-iskema ingħalqet hekk kif ġiet sostitwita fl-2019 bl-iskema tal-Benefiċċju fuq il-kera ta’ djar privati.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11473 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fejn il-Pulizija pproċediet kontra l-aggressuri mingħajr kwerela mill-vittmi tal-vjolenza domestika f’dawn l-aħħar sentejn sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jara kif din il-persuna bid-dettalji tagħha qed jingħataw separatament u li għandha tlett itfal u li qiegħda torqod fil-karozza minħabba li m'għandhiex saqaf fuq rasha u li ilha li applikat għall-housing soċjali sa mill-2013?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ imsemmi, qiegħed jingħata l-attenzjoni kollha meħtieġa, bħal f’kull każ ieħor.
Madanakollu, d-dettalji tal-każ ma jistgħux jingħataw, għax l-Awtorità tad-Djar tħoss illi din hija informazzjoni personali u għalhekk ma tistgħax tingħata mingħajr il-kunsens tal-individwi kkonċernati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ġenituri ta' tfal bl-Awtiżmu jibbenefikaw minn xi tip ta' għajnuna mill-Gvern?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Sapport, tipprovdi servizzi għall-persuni kollha b’diżabiltà, inkluż ukoll lit-tfal bl-awtiżmu.
Il-ġenituri ta’ tfal bl-awtiżmu jistgħu jibbenefikaw minn servizzi ta’ ħaddiema soċjali, servizzi fil-komunitá, servizz ta’ mistrieħ għall-persuni b’diżabiltá (respite) u mill-Personal Assistance Scheme (PAS).
Id-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali jagħti sostenn ukoll lill-ġenituri ta’ tfal bl-Awtiżmu permezz tal-għoti tad-Disability Children’s Allowance (DCA). Id-deċiżjoni dwar l-intitolazzjoni tal-benefiċċju hija f’idejn il-Bord Mediku appuntat bis-saħħa tal-Ligi tas-Sigurta’ Soċjali (Kap 318).
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Aġenzija Sapport, tipprovdi servizzi għall-persuni kollha b’diżabiltá, inkluż ukoll lit-tfal bl-awtiżmu.
Skema ‘Nikru biex Nassistu’ – units fully furnished
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-units għall-iskema ‘Nikru biex Nassistu’, hux qed ikunu fully furnished?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant għas-sit tal-Awtorità tad-Djar, fejn il-pubbliku kollu għandu l-aċċess liberu li jara l-kundizzjonijiet kollha tal-iskema Nikru Biex Nassistu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il skema ġdida twaqqfet mill-Awtorità tad-Djar, mill-2013 ’l hawn? Liema huma?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jikkjarifika l-kelma “twaqqfet” eżatt xi tfisser.
L-Onorevoli Interpellant qed jitlob kemm ġew imnedija skemi ġodda, jew kemm ġew ittermminati skemi mil-Awtorità tad-Djar?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fejn il-Pulizija pproċediet kontra l-aggressuri mingħajr kwerela mill-vittmi tal-vjolenza domestika f’dawn l-aħħar sentejn sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solifarjetà Soċjali — audits
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm saru audits f’dawn l-aħħar sentejn dwar is-servizzi mogħtija mill-Ministeru tiegħu? Meta saru dawn l-audits u x’rakkomandazzjonijiet saru biex jitjiebu s-servizzi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għas-siti elettroniċi tas-Servizz Pubbliku, kif ukoll dak tal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali, fejn jista’ jsib l-eżerċizzji kollha li saru, inkluż dawk fuq dipartimenti/entitajiet illi jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali. Fl-istess pubblikazzjonijiet wieħed jista’ jirreferi għar-rakkomandazzjonijiet illi saru u l-kummenti tal-Management.
Qed nagħmel referenza għal
links
t’hawn taħt, minn fejn l-Onor Interpellant jista’ jsib l-eżercizzji kollha li saru.
https://publicservice.gov.mt/mt/Pages/Media/Publications.aspx
http://nao.gov.mt/en/recent-publications
Billi jidher li f’Malta ta’ spiss qed ikollna persuni li jitilfu ħajjithom f’inċidenti tat-traffiku, jista’ l-Ministru jindika kemm għandna CCTV cameras imwaħħla fit-toroq tagħna u f’liema lokalitajiet qegħdin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 11148 ta Seduta 255.
Jista' l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-proġett Full Cooperation – Zero Violence u x’taħriġ ingħata f’dak il-kors? Kemm kien hemm ġudikanti u pulizija li pparteċipaw f’dan it-taħriġ sabiex jgħinu lill-vittmi tal-vjolenza domestika?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-proġett Full Cooperation – Zero Violence kien jikkonsisti primarjament minn dawn l-inizjattivi:-
· It-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn diversi aġenziji li huma involuti f’dan il-qasam;
· Taħriġ għall-professjonisti li jaħdmu f’dan is-settur;
· Holqien aktar ta’ kuxjenza dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika;
· Studju mill-Università ta’ Malta ffukat fuq ostakoli li jaffaċjaw il-professjonisti meta jwasslu servizz lill-vittmi.
Infurmat ukoll li l-proġett kien jikkonsisti fi 3 stadji ta’ taħriġ:-
·
L-ewwel stadju
– Sar taħriġ dwar kif għandhom jiġu ddentifikati sinjali ta’ vjolenza kontra vittmi nisa u vjolenza abbażi tal-ġeneru. F’dan it-taħriġ ġiet enfasizzata l-importanza ta’
risk assessment
u l-kooperazzjoni bejn diversi aġenziji sabiex jaħdmu flimkien sabiex jipproteġu lil vittmi.
33
ġudikant u
95
pulizija attendew għal dan it-taħriġ f’dan l-istadju;
·
It-tieni stadju
– Sar taħriġ mill-Universita’ ta’ Malta dwar il-kumplessita ta’ kontroll u
stalking
.
28
ġudikant u
78
pulizija attendew għal dan it-taħriġ f’dan l-istadju;
·
It-tielet stadju
– Saret ġurnata ta’ taħriġ għal min iħarreġ f’dan il-qasam.
19
-il pulizija attendew għal dan it-taħriġ f’dan l-istadju.
Skema ‘Nikru biex Nassistu’ – applikazzjonijiet ta’ sidien li jikru appartament lill-Awtorità tad-Djar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-iskema ‘Nikru biex Nassistu’, kemm-il applikazzjoni hemm ta’ sidien li qed jikru appartament/appartamenti lill-Awtorità tad-Djar? Kemm hemm minnhom fis-seħħ? F’liema stat jinsab/jinsabu dawn l-appartament/appartamenti (finished, ġebel u saqaf jew fuq il-pjanta)? Meta ħareġ il-permess tal-MEPA/Awtorità tal-Ippjanar jew awtoritajiet li kienu japprovaw il-permessi snin ilu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi taħt l-iskema ‘Nikru biex Nassistu’, l-Awtorità tad-Djar irċeviet 289 applikazzjoni li minnhom sa Ottubru 2019 ġew aċċettati 112. L-appartamenti huma kollha skont il-kundizzjonijiet tal-iskema.
Skema ‘Nikru biex Nassistu’ – applikazzjonijiet ta’ sidien li jikru maisonettes lill-Awtorità tad-Djar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-iskema ‘Nikru biex Nassistu’, kemm-il applikazzjoni hemm ta’ sidien li qed jikru maisonettes lill-Awtorità tad-Djar? Kemm hemm minnhom fis-seħħ? F’liema stat jinsabu dawn il-maisonettes (finished, ġebel u saqaf jew fuq il-pjanta)? Meta ħareġ il-permess tal-MEPA/Awtorità tal-Ippjanar jew awtoritajiet li kienu japprovaw il-permessi snin ilu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lli mill-112-il appartament li ġew approvati taħt l-iskema ‘Nikru biex Nassistu’, 11 minnhom kienu maisonettes. Dawn l-appartamenti huma regolati skont il-kundizzjonijiet tal-iskema.