Skema 'Nikru biex Nassistu' — proċedura għal kiri lill-Awtorità tad-Djar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11306 u jgħid, l-iskema ‘Nikru biex Nassistu’, kif titmexxa u ċjoè x’inhi l-proċedura sabiex sid privat jikri post lill-Awtorità tad-Djar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex sid privat jikri post lill-Awtorità tad-Djar, taħt l-iskema Nikru biex Nassistu, dan għandu jissottometti applikazzjoni taħt l-istess skema. Informazzjoni dwar l-iskema, kif ukoll l-applikazzkoni innifisha, tista’ tiġi aċċessata mis-sit elettroniku tal-Awtorità tad-Djar www.housingauthority.gov.mt.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-proprjetà li dwarha tiġi sottomessa applikazzjoni, tiġi spezzjonata u evalwata minn Perit imqabbad mill-Awtorità.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11307 u jgħid, minn meta twaqqfet l-iskema ‘Nikru biex Nassistu’, kemm applikaw sidien biex jikru lill-Awtorità tad-Djar? Kemm minnhom ġew aċċettati? F’liema lokalità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta twaqqfet l-iskema Nikru Biex Nassistu, l-Awtorità tad-Djar irċeviet 289 applikazzjoni, li minnhom ġew aċċettati 112, f’dawn il-lokalitajiet ;
San Pawl il-Baħar
Mosta
Mellieħa
Żurrieq
Fgura
Zabbar
Zejtun
Zurrieq
Ħal Tarxien
Wied il-Għajn
Birżebbuġa
Ħamrun
San Ġwann
Marsaxlokk
Santa Venera
Rabat
Lokalitajiet madwar Għawdex
Awtorità tad-Djar — sistema għal għażla tal-binjiet u postijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11308 u jgħid x’sistema tintuża biex issir l-għażla dwar liema binjiet u postijiet għandhom jinkrew lill-Awtorità tad-Djar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex proprjetà tinkera mill-Awtorità tad-Djar taħt l-iskema Nikru Biex Nassistu iridu jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-iskema. Il-proprjetà tiġi spezzjonata u evalwata ukoll minn Perit imqabbad mill-Awtorità.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11309 u jgħid jekk hemmx periti li jmorru jivverifikaw il-valur tal-proprjetà li se tiġi mikrija lill-Awtorità tad-Djar? Jekk iva, min huma dawn il-periti u kif ġew magħżula/imqabbda? Kemm jitħallsu għal kull viżita? X’tikkonsisti kull viżita?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar, għandha Periti li jivverifikaw il-kundizzjoni tal-proprjetà li tkun ser tinkera lill-istess Awtorità, taħt l-iskema Nikru Biex Nassistu. Il-professjonisti li qed jagħmlu spezzjonijiet tal-proprjetajiet, kemm tal-pjanti kif ukoll spezzjonijiet fuq is-sit tal-proprjeta`, jitħallsu għal kull evalwazzjoni li jagħmlu. Ir-rata li qegħdin jitħallsu il-Periti mqabbda hija ta’ €35 meta issir evalwazzjoni tal-pjanti li jiġu sottomessi u €70 meta issir l-on-site inspection tal-proprjeta`.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma d-ditti legali li jagħtu pariri legali lil kull Ministeru? Jista’ jagħti l-informazzjoni b’mod separatament? Jista’ jgħid ukoll kif intgħażlu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Id-ditta legali li tagħti pariri legali lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru hija SZA Law Firm u intgħażlet skond dak li jipprovdu r-regolamenti finanzjarji tal-gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn immigranti Afrikani jaħdmu f’pajjiżna?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, in-numru ta` immigranti Afrikani li qed jaħdmu f’pajjiżna sa l-aħħar ta’ Mejju 2019 huwa ta’ 3,475.
Budget 2020 — Inkomplu Nikbru Flimkien - spiża fuq reklamar
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11953 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'kienet l-ispiża totali tar-reklamar fuq il-medja soċjali, bid-dettalji u l-spejjeż kollha involuti u mħallsa mill-MaltaGov, għall-filmati li saru dwar il-Budget 2020 bit-titlu ‘Inkomplu Nikbru Flimkien’?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11301 u jgħid liema huma l-proġetti ta’ kostruzzjoni li jaqgħu taħt l-Awtorità tad-Djar li bdew jinbnew mill-2013? F’liema lokalitajiet? Kemm-il unit issib f’kull lokalità? Kemm hemm minnhom lesti għall-abitazzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-investiment fuq il-bini ta’ units ta’ Housing Soċjali huwa ta’ €110 miljun u ser ikun jikkonsisti f’1,700 unit ġdid.
Fil-preżent beda ix-xogħol ta’ konstruzzjoni fil-lokalitajiet kif ġej :
· Ħ’Attard
· Birkirkara
· Bormla
· Kirkop
· Luqa
· Msida
· Qrendi
· Siġġiewi
· Ħaż-Żebbuġ
· Żurrieq
Ministeru għas-Saħħa: Ħlas lil GPs għas-servizz li jagħtu lill-pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali fil-komunità
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 23333 tat-12 il-Leġiżlatura, jista’ d-Deputat Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fejn waslu d-diskussjonijiet mal-istakeholders sabiex il-GPs u l-professjonisti oħra li jispeċjalizzaw fil-kura psikjatrika u li jagħtu servizz lill-pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali fil-komunità jibdew jitħallsu għas-servizz li huma jagħtu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għas-Saħħa kellu diskussjonijiet fit-tul li wasslu fi ftehim pożittiv mal-Assoċjazzjoni tat-Tobba tal-familja Privati biex jibdew jieħdu ħsieb pazjenti bi problemi ta' saħħa mentali serji fil-komunita’ bi ħlas. Fil-ġimgħat li ġejjin ser toħroġ espressjoni t' interess (EOI) biex japplikaw Tobba tal-Familja Privati li huma nteressati f'din l-iskema biex jattendu għal programm ta' taħriġ minn Jannar li ġej, biex imbagħad tkun tista’ tibda l-iskema ukoll is-sena d-dieħla.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin: Is-Servizz ta’ Psychiatric In-Reach Services
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21489 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jindika fid-dettal fiex jikkonsisti s-servizz ta’ Psychiatric In-Reach Services? Minn mindu beda dan il-programm, kemm kien hemm priġunieri li ħadu sehem f’dan is-servizz? Kemm kien hemm priġunieri li kellhom jiġu rriferuti għall-kura ġewwa l-Forensic Unit tal-Isptar Monte Carmeli?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Psychiatric In-Reach Services huwa servizz ta’ psikjatra pprovdut ġewwa l-ħabs b’arranġament mad-Dipartiment tas-Saħħa. Il-psikjatra, flimkien ma’ infermiera, jattendi clinic darbtejn fil-ġimgħa fejn jiġu segwiti residenti tal-faċilità ta’ kull età, li jippreżentaw ruħhom b’kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali. Dan is-servizz jinkludi wkoll terapija minn psikologi. Il-psikjatra huwa wkoll membru tat-team multidixxiplinarju tal-Care and Reintegration Unit, fejn jiġu diskussi care plans rijabilittattivi tar-residenti
Il-Psychiatric In-Reach Services huwa estensjoni tas-servizz psikjatriku li jingħata mill-Forensic Unit ġewwa l-isptar Monte Karmeli. Priġunieri huma rreferuti għall-kura u osservazzjoni, ġewwa l-Forensic Unit, mill-psikjatra jew mit-tobba tal-ħabs. Iż-żieda fin-numru ta’ admissions ġewwa l-Forensic Unit, jirrifletti ż-żieda fil-populazzjoni tal-ħabs tul dawn is-snin.
Dettalji ta’ kemm residenti attendew din il-Clinic ġewwa l-Ħabs huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt.
Sena
Numru ta’ admissions
2015
189
2016
269
2017
307
2018
319
2019
671 sat-8 ta’ Novembru
Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali — Numru ta’ spezzjonijiet għall-għarrieda
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm kien in-numru ta’ investigazzjonijiet għall-għarrieda li saru mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali fis-servizzi mogħtija lill-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali f’din il-Leġiżlatura? Fejn saru dawn l-investigazzjonijiet?
Programmi għat-Tfal studenti li jinsabu f’riskju tal-faqar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi programmi/inizjattivi konkreti qed jitwettqu matul din is-sena skolastika biex jiġu megħjuna t-tfal studenti li jinsabu f’riskju ta’ faqar?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li żewġ inizjattivi konkreti li qed jitwettqu matul din is-sena skolastika biex jiġu megħjuna t-tfal studenti li jinsabu f’riskju ta’ faqar huma:
1. Servizz ta’ Ħidma Soċjali
Riċerki varji juru li wieħed mill-aktar gruppi ta’ studenti żvantaġġjati li huma f’riskju ta’ povertà huma dawk li jfallu l-iskola regolarment. Is-social workers fl-iskejjel tal-Istat, bl-għajnuna tas-social support workers, jagħtu prijorità lil dawn l-istudenti. Wara li jsir ir-referral jinbeda l-assessjar ħalli jiġu identifikati r-raġunijiet li qed iwasslu għall-assenteiżmu. Dan jinkludi żjarat u laqgħat mal-istudent u l-familja tiegħu kemm fl-uffiċċju, fl-iskola u anki fid-dar bl-għan li jiġu mgħarbula dawk l-ostakli li qed iżommu lill-istudent ’il bogħod mill-iskola. Is-social workers jaħdmu flimkien ma’ professjonisti oħra fl-istess Kulleġġ biex joffru servizz ħolistiku lill-istudent. F’dan ir-rigward is-social workers jaġixxu bħala l-avukati tat-tfal għaliex jintervjenu ma’ professjonisti oħra u mal-membri tal-iskola biex jgħinuhom jifhmu ċ-ċirkostanzi partikolari tal-istudent ikkonċernat u jaħdmu fil-qrib magħhom biex l-istudent jibqa’ jattendi l-iskola mill-waqt li jirritorna. Dan kollu jinkiseb bil-preparazzjoni ta’ time-tables adattati, sigħat flessibbli, id-disponibilità ta’ sapport lill-istudent, eċċ. Minn Jannar 2013 is-social workers u s-social support workers għandhom ukoll aċċess għall-pjattaforma diġitali li timmarka l-attendenza tal-istudenti kollha fl-iskejjel primarji u sekondarji kollha. Il-ħaddiema kollha għandhom jiċċekkjaw l-attendenza tal-istudenti kollha fl-iskejjel li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom darba fix-xahar u l-attendenza tal-każijiet attwali darba kull ħmistax. Dan jiggarantixxi l-moniteraġġ kontinwu ta’ tfal bi storja ta’ assenteiżmu bl-għan li jsir intervent immedjat meta l-istudent jerġa’ jibda ifalli.
2. Skema 9: Social Funds for Students in Difficulty
Din l-iskema hija miżura oħra meħuda mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi (DES) biex tgħin lil dawk l-istudenti li jgħixu fil-faqar jew qegħdin f’riskju ta’ faqar billi tipprovdilhom għajnuna finanzjarja biex taffiċilita l-ħajja tal-istudent fl-iskola. L-għajnuna tikkonsisti fl-għoti tal-uniformi, l-għoti tal-lunch kuljum, il-ħlas tal-ħarġiet tal-iskola u l-fotokopji, l-għoti tal-istationery u l-ħlas ta’ attivitajiet ekstrakurrikulari provduti mill-FES u SportMalta. Kotba għad-dar ġew offruti wkoll lill-istudenti tal-KG1 u l-KG2. Din il-miżura għenet biex it-tfal iħossuhom indaqs ma’ tfal oħra billi jkollhom l-għodod neċessarji biex jattendu u jipparteċipaw fl-iskola u b’hekk jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom.
Sas-sena skolastika 2018-19 il-kriterji t’eliġibilità tal-iskema kienu s-segwenti:
• Studenti li jgħixu f’familji b’diffikultajiet soċjoekonomiċi fejn id-dħul annwali u s-sitwazzjoni familjari qed ikollha effett negattiv fuq l-esperjenza edukattiva tal-istudenti;
• Studenti li jbatu minn negliġenza minħabba każijiet ta’ vjolenza domestika, vizzji varji
(logħob tal-azzard; abbuż minn sustanzi) u/jew minħabba l-preżenza ta’ mard mentali kroniku fil-familja;
• Studenti li huma neqsin mill-attenzjoni paterna u mill-imħabba affettiva minħabba diversi ċirkustanzi bħal każijiet ta’ separazzjoni diffiċli, problemi ta’ saħħa fil-familja, mard terminali fil-familja u/jew mard mentali kroniku, u problemi mal-ġustizzja fil-familja.
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li l-Gvern permezz tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol wettaq miżura li permezz tagħha l-eżamijiet kollha tal-MATSEC saru bla ħlas fil-livelli kollha. Barra minn hekk, dawk l-istudenti li jkunu se joqogħdu għall-eżamijiet tal-ECDL u jkollhom sitwazzjoni ta’ riskju ta’ faqar jiġu eżentati milli jħallsu l-miżati applikabbli.
Jista’ l-Ministru jagħtina informazzjoni li ġabar din is-sena l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) dwar kemm hemm familji li qed jgħixu f’garaxxijiet jew ‘boathouses’ u f’liema lokalitajiet qegħdin jgħixu dawn l-individwi u/jew familji?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), ma jiġborx l-informazzjoni li qed tintalab fil-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni, lokalità b’lokalità fejn għandhom kuntratt ta' impjieg, li qed iħallsu l-bolol skont l-artikolu 13 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, n-numru ta’ persuni lokalità b’lokalità li qegħdin iħallsu kontribuzzjoni skont artikolu 13 (i) tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318), fl-2019, huwa kif ġej:
Birkirkara
5
Birżebbuġa
5
Bormla
1
Għajnsielem
2
Ħad-Dingli
2
Ħal Għargħur
2
Ħal Għaxaq
2
Ħal Kirkop
Xejn
Ħal Lija
Xejn
Ħal Luqa
1
Ħal Safi
1
Ħal Tarxien
1
Ħal Balzan
2
Ħal Qormi
3
Ħ'Attard
8
Ħaż-Żabbar
6
Ħaż-Żebbuġ
2
Il-Belt Valletta
1
Il-Birgu
1
Il-Fgura
1
Il-Fontana
Xejn
Il-Furjana
2
Il-Gudja
1
Il-Gżira
Xejn
Il-Ħamrun
2
Il-Kalkara
Xejn
Il-Marsa
Xejn
Il-Mellieħa
2
Il-Mosta
3
Il-Munxar
Xejn
Il-Qala
Xejn
Il-Qrendi
1
In-Nadur
2
In-Naxxar
7
Ir-Rabat (Malta)
4
Ir-Rabat (Għawdex)
2
Is-Siġġiewi
Xejn
Is-Swieqi
11
Ix-Xagħra
1
Ix-Xewkija
1
Ix-Xgħajra
1
Iż-Żebbuġ
1
Iż-Żejtun
4
Iż-Żurrieq
1
L-Għarb
Xejn
L-Għasri
Xejn
L-Iklin
3
L-Imdina
Xejn
L-Imġarr
1
L-Imqabba
1
L-Imsida
2
L-Imtarfa
Xejn
L-Isla
1
Marsaskala
4
Marsaxlokk
1
Paola
2
Pembroke
2
San Ġiljan
3
San Ġwann
4
San Lawrenz
Xejn
San Pawl il-Baħar
5
Santa Luċija
1
Santa Venera
1
Ta’ Kerċem
Xejn
Ta’ Sannat
1
Ta’ Xbiex
1
Tal-Pietà
Xejn
Tas-Sliema
4
Budget 2020 – Inkomplu Nikbru Flimkien – spiża fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża totali tar-reklamar fuq il-medja soċjali, bid-dettalji u l-spejjeż kollha involuti u mħallsa mill-MaltaGov, għall-filmati li saru dwar il-Budget 2020 bit-titlu ‘Inkomplu Nikbru Flimkien’?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11473 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien hemm każijiet fejn il-Pulizija pproċediet kontra l-aggressuri mingħajr kwerela mill-vittmi tal-vjolenza domestika f’dawn l-aħħar sentejn u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali tal-pubblikazzjoni li ġġib l-isem "Ngħinu u Nippremjaw lill-familji" Budget 2020 li tqassmet mal-ġurnal it-Torċa tal-Ħadd 27 t'Ottubru, 2019?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11676, li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u l-mistoqsija parlamentari 11473 li saret lill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u li issa ġew riferuti lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fejn il-Pulizija pproċediet kontra l-aggressuri mingħajr kwerela mill-vittmi tal-vjolenza domestika f’dawn l-aħħar sentejn sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma tinżammx. Infurmat ukoll illi għall-proċeduri ta’ każi ta’ vjolenza domestika, ma jkunx hemm bżonn kwerala biex il-Pulizija tressaq is-suspettati aggressuri l-Qorti.