Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — safar, fuel u hospitality - nefqa
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku fit-talba tiegħu.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11791 u jgħid kemm kienet in-nefqa totali tal-pubblikazzjoni li ġġib l-isem "Ngħinu u Nippremjaw lill-familji" Budget 2020 li tqassmet mal-ġurnal it-Torċa tal-Ħadd 27 t'Ottubru, 2019?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa totali tal-pubblikazzjoni “Ngħinu u Nippremjaw lill-Familji” li minnhom saru 10,000 kopja u li kienu dehru fit-Torċa tal-Ħadd 27 t’Ottubru 2019, hija ta’ €8192.25ċ.
Skema ‘Nikru biex Nassistu’ – kuntratti tas-sidien
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11310 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti li saru mas-sidien li krew xi proprjetà lill-Awtorità tad-Djar taħt l-iskema ‘Nikru biex Nassistu’?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar tħoss li, ma tistax tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti li s-saru mas-sidien li krew il-proprjetà tagħhom lill-Awtorità tad-Djar taħt l-iskema Nikru Biex Nassistu. Din hija informazzjoni personali u għalhekk ma tistax tingħata mingħajr il-kunsens tal-individwi kkonċernati.
Skema ‘Nikru biex Nassistu’ – applikazzjonijiet ta’ sidien li jikru dar lill-Awtorità tad-Djar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11311 u jgħid mill-iskema ‘Nikru biex Nassistu’, kemm-il applikazzjoni hemm ta’ sidien li qed jikru dar lill-Awtorità tad-Djar? Kemm hemm minnhom fis-seħħ? F’liema stat jinsabu dawn id-djar (finished, ġebel u saqaf jew fuq il-pjanta)? Meta ħareġ il-permess tal-MEPA/Awtorità tal-Ippjanar jew awtoritajiet li kienu japprovaw il-permessi snin ilu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt l-iskema Nikru Biex Nassistu, l-Awtorità tad-Djar irċeviet 289-il applikazzjoni, li minnhom sa Ottubru 2019 ġew aċċettati 112. L-appartamenti huma mikrija skont il-kundizzjonijiet tal-iskema.
Awtorità tad-Djar – applikazzjonijiet pendenti għal post alternattiv
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11317 u jgħid kemm-il applikazzjoni pendenti hemm għal post alternattiv quddiem l-Awtorità tad-Djar? Liema huma l-kategoriji? Kemm hemm f’kull kategorija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha 2,949-il applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva. Il-kategoriji ta’ dawn l-applikazzjonijet kienu;
Substandard
Periklu f’xi kmamar tal-proprjetà
Se joħorġu minn istituzzjoni/Faċilità Korrettiva ta’ Kordin
Diżabbiltà
Diffikultajiet marbuta mal-kiri
Sharing Accomodation Overcrowding
Sharing Accomodation Adequate Housing
Każijiet soċjali referuti mill-aġenziji
Każijiet soċjali marbuta ma’ vjolenza domestika
Refuġjati
Anzjani
Anzjani -
sharing accomodation
Irrifjutaw darba jew aktar minn darba unit ta’
housing
soċjali
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11674 u jgħid kemm kien hawn lone parents (single mothers) irreġistrati fl-iktar statistika reċenti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11677 u jgħid kemm hemm pensjonanti li jieħdu l-pensjoni tat-teżor biss? Jista’ jgħid f'liema sena ġiet riveduta din il-pensjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-Mistoqsija Parlamentari li qed jirreferi għaliha, diġa kienet imwieġba permezz ta’ Mistoqsija Parlamentari 11793, illi għamel l-istess Interpellant ftit tal-ġranet ilu.
Postijiet tal-Gvern — xogħlijiet ta' rinovar u manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11303 u jgħid kemm tlestew xogħlijiet ta’ rinovar u manutenzjoni f’postijiet tal-Gvern? Liema huma l-binjiet? F’liema lokalitajiet? Kemm sewa l-proġett ta’ kull binja? Kemm-il familja bbenefikat f’kull binja?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.