Legislature:
Category:
Reset
Active:

Assenteiżmu: Debt Collection

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12251 u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9342, jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-eżerċizzju ta’ debt collection? Kemm kienu dawk il-ġenituri li ħallsu l-multi f’dawn l-aħħar tliet snin wara li rċevew l-ittra legali? X’isir jekk il-ġenituri jibqgħu ma jħallsux il-multa?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Awtorità tad-Djar: Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12252 u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12058, jista’ l-Ministru jindika kemm huwa n-numru ta’ applikanti li qed jistennew akkomodazzjoni alternattiva quddiem l-Awtorità tad-Djar u: a. għandhom diżabiltà; b. għandhom każijiet soċjali marbuta ma’ vjolenza domestika; u c. li huma anzjani?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Installazzjoni ta’ lift fi blokk ta’ appartamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex ippjanat u skedat li jsir lift fil-blokk ta’ appartamenti li d-dettalji dwaru qed jingħataw separtament? Jekk iva, meta huwa ppjanat li jibda l-proċess tal-installazzjoni?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Leg 13 PQ #12291 Sitting 290 2020-01-22 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12102, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f’kull Dipartiment, Awtorità jew fil-Ministeru stess minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12103, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f’kull Dipartiment, Awtorità jew fil-Ministeru stess minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #12329 Sitting 290 2020-01-22 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Budget 2020 — Inkomplu Nikbru Flimkien - spiża fuq reklamar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12046 u 11953 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'kienet l-ispiża totali tar-reklamar fuq il-medja soċjali, bid-dettalji u l-spejjeż kollha involuti u mħallsa mill-MaltaGov, għall-filmati li saru dwar il-Budget 2020 bit-titlu ‘Inkomplu Nikbru Flimkien’?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab informat li l-ispiża totali tar-reklamer fuq il-medja soċjali, bl-ispejjeż kollha involuti għall-filmati li saru dwar il-Budget 2020 hija ta’ €55,789 bla VAT. Din tkopri spejjeż marbuta ma’ filming, editing, casting, data management u sponsoring fuq Facebook u Google.

Infrastructure Malta — xogħol fuq toroq fil-Mosta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12047 u 11290 u jgħid liema toroq fil-lokalità tal-Mosta se jsirilhom xogħol minn Infrastructure Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq investiment ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin biex tibni mill-ġdid it-toroq residenzjali. Bħala parti minn dan l-investiment, fil-lokalità tal-Mosta diġà saru Triq Dawret il-Wied, Triq il-Qares u Triq is-Snajja’. Toroq oħrajn li se jsiru huma Triq San Pawl tal-Qliegħa, Triq tas-Sriedek, Triq il-Kbira, Triq il-Waqqafa, Triq Madre Tereża Spinelli, Triq Rużar Briffa (Żokrija), Triq Ta’ Bistra, Triq Manwella u Triq Rużinjol. Fil-Mosta wkoll, Infrastrucuture Malta għandha ppjanati xogħlijiet oħrajn fi Triq Parti Ġuże Delia, Triq il-Kostituzzjoni, triq bla isem bejn Triq il-Bidnija u Triq Mġarr, Triq il-Fortizza, il-Pont tal-Bidnija, Triq Madre Tereża, Triq San Silvestru, Triq Alofju Wignacourt, Triq Kumbu, Triq il-Ballata, Triq il-Bdoti, Triq il-Familja Cumbo, Triq Silvestru Fiteni, Triq it-Taħħan, Triq ta’ Venezja, Triq tal-Wej, Triq Dun Karm Schembri u Triq Sagra Familja.

Postijiet mibnija ġodda mqassma

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12048 u 11300 u jgħid kemm tqassmu postijiet mibnija ġodda mill-2013 ’l hawn?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew allokati 10 postijiet mibnija ġodda mill-2013 'l hawn.

Akkomodazzjoni Soċjali — waiting list

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12127 u jgħid kemm kienet il-waiting list għall-Akkomodazzjoni Soċjali f'Marzu tal-2013 u kemm hija l-istess lista sakemm qiegħda tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-waiting list għall-Akkomodazzjoni Soċjali f’Marzu tal-2013 kienet 2,800. Il-waiting list sal-15 ta’ Jannar 2020 kienet 2,920.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12096, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f’kull Dipartiment, Awtorità jew fil-Ministeru stess minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality minn Jannar 2019 lil hawn hija kif tidher fit-tabella hawn taħt: Dipartiment/Entità Safar Fuel Hospitality Pulizija €322,603.00 €761,593.00 €7,931.00 Protezzjoni Ċivili €48,461.75 €137,420.71 €977.32 AWAS €2,309.30 €12097.30 €251.20 Correctional Services Agency €12,045.00 €96,475.00 €7,546.00 AFM €920,539.00 €1,656,913.00 €8,289.00 Probation & Parole €4,087.08 €4,211.62 €198.00 Aviation Security €5,311.00 €461.00 €0.00 Detention Services €0.00 €16,610.00 €0.00 Refugee Commissioner €42,259.00 €808.00 €670.00 Academy €0.00 €1,806.00 €167.00 CIPD €0.00 €741.00 €0.00 Malta Security Services €90,963.00 €31,101.00 €12,939.00 Permanent Secretary €87,445.00 €9,527.00 €1,039.00 Ministry €57,111.00 €4,802.00 €57,520.00

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12097, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f’kull Dipartiment, Awtorità jew fil-Ministeru stess minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12098, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f’kull Dipartiment, Awtorità jew fil-Ministeru stess minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul il-perjodu indikat, in-nefqa globali fuq safar, fuel u hospitality fl-Uffiċini u l-Awtoritajiet li llum jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar kienet kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għas-Saħħa — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12099, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f’kull Dipartiment, Awtorità jew fil-Ministeru stess minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tabella t’hawn taħt tindika n-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality tad-Dipartimenti u l-entitajiet li jagħmlu parti mid-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa għas-sena 2019. Ninfurmah ukoll illi matul l-2019 in-nefqa fi fuel għal-boilers taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo kienet €202,903.16 filwaqt li f’Mater Dei kienet €1,439,017.59. In-nefqa tal-fuel tal-Isptar Mater Dei tinkludi ukoll il-fuel tal-Ambulanzi. Minn Jannar sa Diċembru 2019 Dipartiment/Entita' Nefqa fuq safar (€) Nefqa fuq fuel (€) Nefqa fuq hospitality (€) L-ispi ¿ erija tal-Għa ¿ la Tiegħek - 5,071.26 - Ċentru Nazzjonali tat-Trasfu¿joni tad-Demm - 6,658.20 114.2 Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo/L-isptar Sir Paul Boffa. 37,909.11 6,664.21 260.51 Kura tas-Saħħa Primarja 1,838.90 10,907.77 - Central Procurement & Supplies Unit 7,183.56 2,665.78 4,499.51 L-isptar Mater Dei 156,127.57 102,686.77 395 L-isptar Monte Carmeli 2,171.82 63,535.01 - Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi 5,458.22 100 -

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12100, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f’kull Dipartiment, Awtorità jew fil-Ministeru stess minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.

Ministeru għat-Trasport, Infrastuttura u Proġetti Kapitali — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12101, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f’kull Dipartiment, Awtorità jew fil-Ministeru stess minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Safar, Fuel u Hospitality - nefqa

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12092, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f'kull Dipartiment, uffiċċju, Awtorità u entitajiet oħra kwalunkwe li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Safar, Fuel u Hospitality - nefqa

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12090, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f'kull Dipartiment, uffiċċju, Awtorità u entitajiet oħra kwalunkwe li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

It-tagħrif jingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #12264 Sitting 288 2020-01-20 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12089, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f'kull Dipartiment, uffiċċju, Awtorità u entitajiet oħra kwalunkwe li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12093, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f'kull Dipartiment, uffiċċju, Awtorità u entitajiet oħra kwalunkwe li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (BARTOLO, EVARIST)

l-Informazzjoni għadha qed tinġabar