Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti bil-miktub jew verbalment mill-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin f’dawn l-aħħar tliet snin? Fuqiex kienu jikkonsistu dawn l-ilmenti u jekk dawn ġewx rimedjati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu għadha qed tinġabar.
Kunsilli Lokali: Records tal-ilmenti tar-residenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li għandhom sistemi li jżommu rekord tal-ilmenti tar-residenti?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni li nġabret mill-Kunsilli Lokali jirriżulta li hawn 55 Kunsill Lokali li għandu sistema li jżomm rekord tal-ilmenti tar-residenti.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ d- Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm kien hemm vittmi mejta tat-traffiku minħabba li ma kinux lebsin is-‘seat belts’ mis-snin 2017, 2018 u 2019?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu mhux disponibbli minn naħa tad-Dipartiment tas-Saħħa. Madanakollu ninfurmah li n-numru ta’ fatalitajiet minħabba inċidenti tat-traffiku fl-2017 kien 19, fl-2018 18 filwaqt li fl-2019 kienu 10.
Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika — Rapport dwar il-Qasam tas-Saħħa Mentali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13080 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar il-qasam tas-saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema rapport qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-iskandlu tal-pulizija tat-
traffic
? Jista’ jgħid jekk dawk il-pulizija li rriżenjaw mill-Korp, għax kien hemm allegazzjonijiet fondati fuqhom? Jekk iva ħa jitressqu l-Qorti? Peress li skont ma' ġie rrapurtat, dawn il-pulizija ħafru xi ċitazzjonijiet, jekk hu l-każ, se jkun żgurat li dawn jitħallsu? Kif?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin u bħalissa mhux opportun li tingħata informazzjoni li tista’ tippreġudika l-proċeduri.
Peress li l-Gvern wiegħed li ser jonfoq €700 miljun fuq it-toroq, jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu s'issa? Kemm għandu target li jonfoq dis-sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-pjan fit-tul tal-Gvern sabiex gradwalment nagħmlu qabża kbira ‘l quddiem fil-kwalità, s-sigurezza, s-sostenibilità u l-effiċjenza tal-infrastruttura li jużaw ta’ kuljum il-familji u n-negozji f’pajjiżna, fosthom is-sistema tat-toroq, qed jitwettaq b’ritmu u determinazzjoni bla preċedent.
Permezz tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, il-Gvern qed iwettaq proġetti madwar il-pajjiż kollu, mhux biss b’titjib kbir fit-toroq arterjali, residenzjali, rurali u oħrajn, iżda anke f’infrastruttura oħra, fosthom l-istrutturi li jintużaw minn diversi setturi marittimi madwar fil-portijiet u ma’ xtut oħra f’Malta u Għawdex. Minbarra proġett t’għexieren ta’ miljuni bħall-flyovers tal-Marsa Junction Project, il-mini tar-roundabout ta’ Santa Luċija, Central Link Project, il-bini mill-ġdid ta’ Triq Buqana, il-Marsa-Ħamrun Bypass, Triq Diċembru 13, Triq tal-Balal, Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok bejn Bormla u ż-Żejtun, Triq Ħal Luqa f’Santa Luċija u Triq San Tumas u Triq Ħal Qormi f’Ħal Luqa, din l-aġenzija qed twettaq ukoll programm estensiv ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali. Fil-fatt, is-sena li għaddiet lestiet mal-130 minn dawn it-toroq, li fihom jgħixu eluf ta’ familji. Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq 50 oħra u fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol fuq madwar 150 oħra. Nistgħu nsemmu wkoll investimenti kbar li qed isiru għal aktar sostenibilità fit-toroq, fosthom il-proġett li permezz tiegħu qed jitħawlu eluf ta’ siġar ġodda f’ħafna postijiet mal-ġnub tat-toroq, kif ukoll infrastruttura ġdida għal dawk li jużaw mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi, bħal pereżempju l-pontijiet pedonali ta’ Blata l-Bajda, Vjal l-Avjazzjoni, bejn Ħal Luqa u l-Gudja, u Triq Dom Mintoff f’Kordin, Raħal Ġdid.
Dan kollu jista’ jsir għaliex il-Gvern alloka fond bla preċedent għat-twettiq tal-wegħda tiegħu li jistinka għal toroq aħjar. Fil-fatt, is-sena li għaddiet Infrastructure Malta investiet mal-€103.2 miljun f’fondi tal-Gvern u tal-Unjoni Ewropea għal xogħlijiet ta’ titjib fit-toroq u infrastruttura oħra marbuta magħha. Dis-sena, l-istess aġenzija għandha pjanijiet li twettaq b’kemm jiswew €110 miljun f’din l-istess ħidma.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12946, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien il-perjodu tal-inqas pazjent li dam fil-Half Way House u l-aktar pazjent li dam fl-istess post imsemmi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żmien li pazjent idum fil-Half way House ivarja skond il-bżonnijiet speċifiċi tal-individwu. L-inqas li dam pazjent fil-Halfway House kien ġurnata waħda.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ tfal illitterati li spiċċaw mill-Primarja u marru fis-Sekondarja matul is-sena l-oħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fi tmiem l-edukazzjoni primarja jsir l-Assessjar tal-Benċmark. Meta sar il-Benċmark f’Mejju 2019, kien hemm 73 student (1.96 %) minn dawk li qagħdu għall-Benċmark li minn massimu possibbli ta’ 100 marka ġabu 25 jew inqas kemm fil-Malti u kemm fl-Ingliż.
Servizzi lill-Anzjani li jgħixu waħidhom fil-komunità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-servizzi li jingħataw mill-Gvern lill-anzjani li jgħixu waħidhom fil-komunità? Kemm huwa n-numru ta’ dawn l-anzjani li qegħdin jgħixu waħidhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizzi offruti lill-anzjani kif ukoll in-numru ta’ benefiċjarji li jagħmlu u¿u minnhom fi ħdan l-Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Komunita’ huma dawn kif spjegat fit-tabella hawn taħt:
Servizzi fil-Komunità
Benefiċjarji
Servizzi tal-
Allied Health
9638
Servizz tal-Ispeċjalista tal-Anzjani fil-Komunità 9
Carer at Home 396
Respite at Home 321
Sezzjoni
CommCare
11,981
Servizz tal-Flebotomija 99
Dementia Intervention Team
625
Servizz ta’ Konsulent Psikoġerjatra fil-Komunità 23
Servizz
Respite
269
Servizz ta’ Għajnuna fid-Dar –
Home Help
4093
Taqsima tas-Servizz
Handyman
938
Servizz
Meals on Wheels
693
Servizz Tas-Silver T (Tuk Tuk) 6383
Servizz ta’ Scooter 3
Servizz ta’ Kontinenza 6320
Servizz ta’ Roħs fuq il-Linja tat-Telefon (
telephone rebate)
1942
Sezzjoni Ħidma Soċjali -
Social Work
688
Taqsima Anzjanità Attiva 1799
Servizz tat-
TelecarePlus
7908
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità ma tiddistingwix bejn anzjani li huma waħidhom u dawk li mhumiex meta toffri s-servizzi mitluba, skont il-bżonnijiet tal-anzjani li jkunu qegħdin japplikaw għas-servizzi kkonċernati..
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Aġenzija Appoġġ għadhiex torganizza Family Workshops għal ġenituri li qed jesperjenzaw diffikultajiet f’ħajjithom? Jekk iva, fejn saru dawn il-workshops is-sena l-oħra u fejn sejrin jiġu organizzati din is-sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Aġenzija Appoġġ torganizza dawn il-workshops għal ġenituri u familji li jgħaddu minn diversi diffikultajiet fil-ħajja tagħhom. Dawn il-workshops jikkonsistu f’serje ta’ laqgħat dwar il-familja, bil-għan li nilħqu il-bżonnijiet u nifhmu d-diffukultajiet li jkunu għaddejin minnhom il-familja, fosthom, bilanċ bejn il-ħajja familjari u x-xogħol, it-trobbija tal-ulied u r-relazzjonijiet bejn l-aħwa.
Fost il-Family Workshops organizzati, fl-31 ta' Jannar 2019 gie organizzat workshop li kkonsista f'10 sessjonijiet. Għal dan il-workshop attendew 8 parteċipanti.
Fil-5 ta’ Marzu 2020, ser ikun qiegħed jiġi organizzat workshop ieħor minn ġewwa ċ-Ċentru Leap f’Ħal-Qormi.
Servizz tad-Djar tal-Anzjani u ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum — Ilmenti
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12561, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Istandards Soċjali tad-Djar tal-Anzjani u ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum infurmatx bil-miktub lill-klijenti kollha kif ukoll il-carers tagħhom dwar x’għandhom jagħmlu f’każ li jridu jressqu xi ilment?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lil Onor. Interpellant li, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali permezz tal-Uffiċju tal-Quality Assurance għaddejja b’kampanja kontinwa mal-klijenti, carers kif ukoll qraba tas-servizzi ta’ Ħarsien Soċjali sabiex ikun hawn iktar għarfien dwar kif wieħed jista’ jgħaddi tgħarif dwar xi ilment għall-attenzjoni tal-Awtorità. L-inforamzzjoni tista’ tgħaddi lill-Awtorità permezz tal-emajl fuq feedback.scsa@gov.mt, permezz ta’ kuntatt telefoniku fuq 25494345 kif ukoll permezz tal-mezzi soċjali tal-Awtorita’.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12929 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u l-mistoqsijiet parlamentari 12335 u 12251 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u li issa ġew riferuti lilu u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9342, jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-eżerċizzju ta’ debt collection? Kemm kienu dawk il-ġenituri li ħallsu l-multi f’dawn l-aħħar tliet snin wara li rċevew l-ittra legali? X’isir jekk il-ġenituri jibqgħu ma jħallsux il-multa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-Servizz ta’ Ħidma Soċjali fi ħdan in-National School Support Services (NSSS) tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi mhuwiex involut fil-ħruġ u l-ġbir tal-multi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-aħħar skandlu tal-pulizija tat-traffic? X'ser jagħmel il-Gvern biex ma terġax tiġri?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li dan il-każ huwa suġġett ta’ investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin. Għalhekk mhux possibbli li tingħata l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant. Il-Ministeru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi talab lill-IAID biex tinvestiga s-sistema ta’ extra duty fil-Korp tal-Pulizija u tagħmel ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tagħha. Il-miżuri li hemm bżonn jittieħdu se jittieħdu kollha anke fil-kuntest tar-riforma fil-Korp tal-Pulizija.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-ispiża fl-Isptar Monte Karmeli għal kull pazjent?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża ta’ sodda kuljum fl-Isptar Monte Carmeli tvarja skont it-trattament u l-kura li jkun jeħtieġ il-pazjent kkonċernat. Fl-2019 din l-ispiża kienet tvarja bejn €121 u €1,030.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fl-Awtorità tad-Djar li qegħdin jieħdu allowances minn supervisors sal-inqas? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll f'liema kategorija jaqgħu u titpoġġa informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra ta' kull impjegat?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar għandha seba’ ħaddiema minn Supervisors sal-inqas grad li qed jirċievu allowance.
Grad
Tip ta' Allowances
Tip ta' Allowance
Supervisor
Mobile Allowance
Administration Officer
Disturbance Allowance
Administration Officer
Disturbance Allowance
Mobile Allowance
Senior Officer
Disturbance Allowance
Mobile Allowance
Messenger
Heavy Handling
Office Attendants
Addition Dutties
Office Attendants
Addition Dutties
Istituzzjonijiet postsekondarji – Ħlasijiet ta’ stipendji u grant
Question
Jista’ l-Ministru jagħti r-raġunijiet li għalihom għad hemm xi studenti fl-istituzzjonijiet postsekondarji bħall-MCAST, il-Junior College u l-Higher Secondary li ma ħadux la l-grant u lanqas l-istipendji dovuti lilhom bħala studenti eliġibbli?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li l-istipendji jitħallsu b’lura kull erba’ ġimgħat. Biex student jirċievi l-istipendji u l-Għotjiet, irid:
a. Ikun applika għall-Għotjiet ta’ Manteniment skont il-provvedimenti tal-Avviż Legali 308 tal-2016; u,
b. Jinstab eliġibbli għall-Għotjiet ta’ Manteniment mill-istituzzjoni rispettiva skont il-kriterji elenkati mill-istess A.L. 308 tal-2016, u
c. Jkun ikkonferma l-applikazzjoni tiegħu.
Student ikun jaf li huwa eliġibbli meta jintalab jikkonferma l-applikazzjoni tiegħu. Kull student eliġibbli li jkun ikkonferma l-applikazzjoni tiegħu jidħol awtomatikament fil-proċess tal-ħlas.
Ta’ min jinnota li mhux kull student eliġibbli għall-istipendji huwa eliġibbli wkoll għall-Grant. Ir-raġunijiet għal dan huma elenkati fl-Avviż Legali 308 tal-2016.
Jista' l-Ministru jagħtina rendikont ta' kemm-il student/a bbenifika/t mill-inizjattiva dwar it-Tax Exemption Scheme mħabbra f'Mejju tal-2018 għal dawk li jagħmlu Masters, PhD jew programmi ekwivalenti fil-livelli 7 u 8?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel talbiet għall-iskema li tagħti kreditu ta’ taxxa lil dawk il-persuni li jagħmlu Masters jew PhD għandhom isiru kontra d-dħul li dawn il-persuni kellhom fis-sena bazika fl-2019. Għalhekk dawn it-talbiet jibdew jidħlu mal-formoli tat-taxxa sena stima 2020.
Skola Primarja Ħ’Attard u Skola Sekondarja tal-Imrieħel – mobile classrooms
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-mobile classrooms li qed jinbnew fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard u fis-sekondarja tal-Imrieħel huma skont il-liġi minħabba li għandhom sodda tal-konkrit?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-klassijiet temporanji li qegħdin jintramaw fl-Iskola Primarja ta' Ħ'Attard u fl-Iskola Sekondarja tal-Imrieħel huma skont il-liġi. Is-sodda tal-konkrit issir biex l-art tkun livellata u l-klassijiet temporanji jitpoġġew fuq art bl-istess livell. Ix-xogħol għadu għaddej u l-klassijiet se jkunu aċċessibbli għal kulħadd. Ninforma wkoll li l-klassijiet temporanji huma attrezzati bit-teknoloġija moderna u l-faċilitajiet kollha.