Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet quddiem l-Aġenzija Appoġġ? Kemm hemm każijiet ġodda u kemm referuti bil-179?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-aktar statistika reċenti disponibbli hija dik sal-aħħar tas-sena 2019. It-tagħrif mitlub minnu jinsab fir-Rapport Statistku Annwali tal-2019.
Dan ir-rapport huwa ppublikat fuq is-sit elettroniku tal-Fondazzjoni, fil-link pprovduta hawn taħt:
https://fsws.gov.mt/en/fsws/Pages/FSWS-Publications.aspx
F’ din il-paġna, l-Onor. jista’ jsib kemm ir-Rapporti Annwali sal-2018 kif ukoll ir-Rapporti Statistiċi għal kull aġenzija, sal-2019. It-tagħrif mitlub minnu huwa aċċessibli mir-rapport statistiku annwali tal-Aġenzija Appoġġ.
Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika — Rapport dwar il-Qasam tas-Saħħa Mentali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13482, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar il-qasam tas-saħħa mentali liema rapport kien sar mill-Awditur Ġenerali u li jidher fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika http://www.nao.gov.mt, kif ukoll fuq il-paġna tal-Facebook – www.facebook.com/NAOMalta.?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapporti li saru mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar il-qasam tas-saħħa mentali diġa huma disponibbli għall-pubbliku ġenerali fuq is-sit elettroniku ta’ l-istess Uffiċċju.
Jista' d-Deputat Prim u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ta' suwiċidji mill-2017 sal-lum? Kemm minn dawn kienu rġiel u kemm minnhom kienu nisa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal-informazzjoni li qed tingħata fit-tabella t’hawn taħt li nġabret mir-Reġistru Nazzjonali tal-imwiet.
;
Sena
Nisa
Irġiel
Total
2017
5
20
25
2018
2
20
22
2019
2
21
23
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm residenti fl-Isptar Monte Karmeli u kemm kien hemm każijiet ġodda mill-2015 sal-lum?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-1 t’April tal-2020 kien hemm 307 resident għal kura ġewwa fl-isptar Monte Karmeli kif ukoll 50 pazjent bil-leave. Fl-2015 kien hemm 490 ka¿ ġdid, fl-2016 581, fl-2017 616, fl-2018 kien hemm 788 ka¿ijiet ġodda filwaqt li fl-2019 598.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru għas-Saħħa jgħid jekk għadux jeżisti l-Crisis Intervention Unit? Jista' jgħid jekk dan kienx magħmul minn psikjatra u professjonisti oħra mħarrġa biex jassistu f'każ ta' attentat ta’ suwiċidju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-isptar Mater Dei hemm il-Psychiatric Emergency Support Service, li jaħdem 24 siegħa kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd. Dan huwa magħmul minn psikjatri li mbagħad jinvolvu professjonisti ta’ dixxiplini oħra dejjem skont l-esiġenzi tal-każ. Dan is-servizz huwa mmirat għal persuni li jmorru l-Emerġenza u jkollhom problemi psikjatriċi biss, jew problemi psikjatriċi u problemi fiżiċi. Fost dawn il-problemi jinkludu ukoll ħsibijiet ta’ suwiċidju. Ta’ min isemmi illi riċentament tnieda servizz ta’ 24 siegħa kuljum permezz tal-helpline 1770 b’kollaborazzjoni mar-Richmond Foundation.
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – flus żejda mħallsa
Question
Billi skont l-Awditur Ġenerali (NAO) d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ħallas €25.9 miljun żejda, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu sabiex jinġabru dawn il-flus? Kemm inġabru minn dawn il-flus mogħtija żejda s’issa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont totali imsemmi ta’ €25,867,263 fi ħlasijiet żejda fuq benefiċċji, imur lura sa mill-anqas qabel l-2008.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ukoll li ttieħdu diversi mi¿uri interni amministrattivi fl-aħħar snin li wasslu sabiex dan l-ammont ma jibqax jikber bl-istess rata li kien jagħmel qabel.
Tant hu hekk li bejn l-2017 u l-2018 dan l-ammont totali żdied b’nofs miljun ewro fl-2018 meta sa ftit tas-snin ilu kien jiżdied b’medja ta’ aktar minn żewġ miljun ewro fis-sena.
Il-miżuri jinkludu azzjoni pro-attiva fil-proċess tal-evalwazzjoni tat-talbiet li jsiru u qabel dawn jiġu awtorizzati għall-ħlas, inkluż ivverifikar ta’ ċertu dikjarazzjonijiet mogħtija mill-applikanti ma’ sorsi oħrajn tal-Gvern,. Dan qed iwassal biex l-iżbalji jonqsu u l-ammonti ta’ ħlasijiet żejda jonqsu ukoll.
Fl-istess waqt qed jittieħdu inizjattivi diversi sabiex jinġabru l-ħlasijiet żejda li inevitabilment jinħolqu kull sena, liema ħlasijiet żejda jinkludu ammonti li jirriżultaw minn każi ta’ frodi u abbuż tal-benefiċċji. Tali ammonti jinġabru kemm ftit ftit mill-ħlas tal-benefiċċji jew permezz ta’ pagamenti diretti mid-debituri varji.
Biex nagħti eżempju matul l-2018 id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ġabar €2.7m fi ħlasijiet lura waqt li fl-2019 inġabru €5.3m. Minkejja dan id-Dipartiment pero joqgħod attent li jżomm bilanċ bejn l-obbligu li dak li jkun jirrifondi lura dak li ma kienx dovut jirċievi u li tali azzjoni ma twassalx għal tbatija żejda fuq il-benefiċċjarji.
Qorti ta’ Malta – applikazzjonijiet għal żgumbrament
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet il-Qorti marbuta ma' żgumbrament? Kemm fadal pendenti, kemm ġew aċċettati u kemm ġew irrifjutati kull sena, f'dawn l-aħħar seba’ snin?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sas-27 ta’ Marzu 2020.
Telefonati fuq in-numru 153 – mistoqsijiet fuq servizzi soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il telefonata daħlet fis-snin 2018 u 2019 jistaqsu fuq kwistjonijiet relatati ma' Servizzi Soċjali fuq 153?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ telefonati li daħlu fl-2018 u fl-2019 fuq il-freephone153 relatati ma' Servizzi Soċjali, huwa kif ġej:
Fl-2018 - 220,256 telefonata;
Fl-2019 - 243,611 -il telefonata
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il resident fil-ħabs se jiskonta s-sentenza din is-sena? X'programmi hemm ta' riabilitazzjoni? Jista’ l-Ministru jassigura li ser jiġu integrati fis-soċjetà?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li llum hawn total ta’ 786 priġunier li 231 minnhom qegħdin taħt arrest preventiv u 555 qed jiskontaw sentenza. Minn dawn 275 mistennija jtemmu s-sentenza din is-sena.
Min-naħa tal-awtoritajiet tal-ħabs qed isir dak kollu possibbli biex il-priġunier jiġi rijintegrat fis-soċjetà u hemm programmi diversi ta’ riabilitazzjoni, inkluż dawk li jinħadmu ma’ fondazzjonijiet jew għaqdiet mhux governattivi kif ukoll dak li jsir fil-ħabs stess.
Peress li hu magħruf minn kulħadd permezz ta' studji soċjali li l-komunità kollha tibbenefika meta nies b'xi diżabilità jew oħra jingħataw l-opportunità li jintegraw ruħhom bl-aktar mod olistiku fis-soċjetà u meta dawn jingħataw kull għajnuna sabiex ikomplu jistudjaw u javvanzaw fil-karrieri tagħhom, li hu ukoll tagħhom bid-dritt, skont Artiklu 19 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittjiet ta' Persuni b'Diżabilità, li Malta irratifikat fl-2012, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jiżgura li n-nies li jgħixu b'xi diżabilità jew oħra jingħataw kull sapport neċessarju, speċjalment finanzjarju, biex ikomplu l-edukazzjoni tagħhom u jaċċessaw opportunitajiet ta' xogħol li jiggarantixxu livell ta' għajxien xieraq anki meta' dawn jispiċċaw l-edukazzjoni mandatorja skont il-liġi u jkomplu jistudjaw fl-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni wara s-sekondarja, l-Università, l-MCAST jew isegwu kwalukwe kors ieħor? Speċifikament, xi skemi qed jopera l-Gvern biex jassisti individwi żgħażagħ bħal dawn li huma f'riskju li jieqfu jistudjaw qabel iż-żmien minħabba l-piż finanzjarju tax-xiri ta' teknoloġiji t'assistenza? Għalfejn persuna dipendenti fuq it-teknoloġiji t'assistenza, jiġifieri li ma taqax taħt id-definizzjoni ta' persuna fis-saħħa, mhix eliġibbli għall-fondi pubbliċi għat-teknoloġiji t' assistenza? Xi skemi hemm li jipprovdu għaċ-ċirkostanzi partikolari ta' minorenni u studenti b'diżabilità li għadhom qed jiddependu fuq il-ġenituri tagħhom, speċjalment fuq single parents?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata waqt seduta oħra.
Peress li lkoll nafu li fil-fabbriki jinġemgħu għadd ta' ħaddiema biex jaħdmu flimkien, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-fabbriki hux se jibqgħu joperaw business as usual? Jista' jgħid ukoll x'miżuri ttieħdu jew se jittieħdu biex ma tkomplix l-imxija tal-COVID 19?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar
Jista d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġie jiswa lil Gvern kuljum l-użu tas-servizz tal-Isptar San Tumas? B'liema mod intgħażel? Ġew ikkunsidrati sptarijiet oħra privati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija ta’ natura kummerċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fil-lista tal-waiting list għall-akkomodazzjoni soċjali li huma lone parents b’riżultat ta’ separazzjoni? Jista’ jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 391 applikazzjonijiet minn persuni separati bit-tfal li minnhom 361 huma nisa u filwaqt li 30 huma rġiel.
Jista' l-Ministru jgħid kemm żdied ir-reġistru tal-qagħad din il-ġimgħa u kemm irċieva termination letters?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li r-reġistru tal-qagħad żdied bi 11-il persuna matul il-ġimgħa bejn is-16 u l-20 ta’ Marzu 2020. Għalhekk l-ammont tela' għal 1,670.
Matul il-ġimgħa bejn is-16 u t-22 ta’ Marzu 2020 Jobsplus irċeviet 284 formola tat-tmiem tal-impjieg li jappartjenu għal din il-ġimgħa.
Qasam tas-Saħħa Mentali: Ħlas lil GPs għas-servizz tagħhom fil-komunità
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23333 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid issa jekk hux qed jitħallsu l-GPs li qed joffru s-servizz tagħhom fil-komunità lill-pazjenti bi problemi tas-saħħa mentali? Jekk iva, kemm huwa l-ħlas li qegħdin jingħataw it-tobba?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara diversi diskussjonijiet mal-istakeholders, kien hemm sejħa għal applikazzjonijiet mill-gvern għal servizz ta’ saħħa mentali minn tobba tal-familja privati. Din is-sejħa għalqet nhar it-Tnejn 16 ta’ Marzu tal-2020. Dawn it-tobba se jkunu qed jitħallsu għoxrin ewro kull vista fejn kull pazjent jista’ jkollu sa erba’ visti fis-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pulizija minn 2,263 tal-Korp li ġew imħarrġa fl-Ewwel Għajnuna f’dawn l-aħħar tliet snin? Meta sar dan it-taħriġ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu ta' reklutaġġ tiegħu kull membru tal-Korp jieħu taħrig fl-Ewwel Għajnuna waqt il-kors bażiku ta’ taħriġ fl-Akkademja għal Korpi Dixxiplinati. Waqt li qed isiru arranġamenti biex fil-futur l-istess taħriġ isir ‘in service’ ukoll, f’dawn l-aħħar tliet snin l-uffiċjali li ngħataw l-imsemmi taħrig kienu kif jidher fit-tabella hawn taħt:
SenaAmmont
201897
201879
201956