Legislature:
Category:
Reset
Active:

COVID 19 – waiting lists tal-isptar u dettalji tal-pazjenti

Question

Peress li skont rapport fil-gazzetta Times of Malta tal-31 ta’ Marzu 2020, ħafna nies li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem, irċevew ittra minħabba l-COVID 19, apparti l-insensittività, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, li, jekk il-waiting lists li hemm l-isptar humiex aġġornati? Jista’ jgħid ukoll jekk id-dettalji tal-pazjenti humiex aġġornati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-waiting list tal-isptar Mater Dei hija aġġornata. Is-sorsi minn fejn inġabret il-lista ta’ nies vulnerabbli kienu varji, minħabba li l-element tal-ħin kien kruċjali, ittieħdet id-deċiżjoni li jiġi nkluż kull min kien jinstab fuq dawn il-listi. Ninfurmah ukoll li qed tittieħed azzjoni sabiex dawn il-każijiet jiġu korretti.

Investigazzjoni ta’ individwi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar minnha l-investigazzjoni dwar l-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament u dawk kollha involuti, issa li l-Qorti hija magħluqa minħabba l-imxija tal-COVID-19? Jista’ jgħid jekk dawn humiex qegħdin taħt house arrest, il-ħabs jew jiġru barra?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Membru li l-proċess investigattiv kemm jekk isir mill-Pulizija kif ukoll jekk isir fl-ambitu ta’ Inkjesta Maġisterjali huwa wieħed indipendenti.
Leg 13 PQ #13667 Sitting 321 2020-04-27 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12291 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12102, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f’kull Dipartiment, Awtorità jew fil-Ministeru stess minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12292 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12103, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f’kull Dipartiment, Awtorità jew fil-Ministeru stess minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba, għall-perijodu indikar, sa Jannar 2020, hija kif indikat hawn taħt: Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali Fuel €26,678 Ospitalità €40,366 Safar €195,891 Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali Fuel €5,221 Ospitalità Nil Safar €33,393 Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali Fuel €197,485 Ospitalità €6,909 Safar €216,220.20 Faċilita’ għal kura fit-Tul San Vinċenz de Paule Fuel €26,500,05 Ospitalità Nil Safar Nil Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Komunita’ Fuel €6,822 Ospitalità €8,300 Safar Nil Aġenzija SAPPORT Fuel €138,890 Ospitalità €2,198.50 Safar €43,379 Social Care Standards Authority Fuel €4,645 Ospitalità €5,589 Safar €45,762 Kumissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita’ Fuel €4,585.47 Ospitalità Nil Safar €14,811.66 Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal Fuel €692.77 Ospitalità Nil Safar €15,000

Binjiet tal-Gvern — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12333, 12249 u 11303 u jgħid liema huma l-binjiet li l-Gvern ta' Malta huwa s-sid li ġew rinovati mis-sena 2017 sal-lum? Liema huma dawn il-binjiet? F'liema lokalitajiet? Kemm sewa l-proġett ta' kull binja? Kemm-il familja bbenefikat minn dan ix-xogħol?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2017 l-Awtorità tad-Djar ħadmet fuq programm ta’ riġenerazzjoni intensiv fejn saru xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tiswija fuq il-bjut, partijiet komuni u faċċati ta’ blokok residenzjali tal-Gvern f’diversi lokalitajiet skond it-tabella hawn taħt. Mill-proġetti ta’ rinnovar li tlestew s’issa, ibbenefikaw 859 familja waqt li għaddej xogħol fi stat avvanzat fi blokok oħrajn li minnhom qed jibbenefikaw 389 familja oħra. Sena Blokki Lokalità Numru ta’ units Spiża 2016 - 2017 Okella Agius Ħamrun 48 €333,000 2016 - 2017 Blokki A, B, E, F Ta’ Giorni 64 €254,730 2016 - 2017 Blokki A5 – A11, Triq Pietru Darmenia Pembroke 80 €371,190 2017 - 2018 Blokk A Dr 1, Dr 2 u Blokk B Dr 1, Dr 2 Triq Sir Ugo Mifsud Lija 40 €164,164 2017 – 2018 c/o 2019 Blokki A1, A2, A3, A4 u B1, B2, B3 Qasam Ta’ Pennellu Mellieħa 45 €397,892 2017 - 2018 Blk 8, Ent 3 u 8; Blk 9, Ent 11 u 12, Misrah Dorell, Sta Lucija Blk 10 Ent 7, 8, 9, 10; BLK 11 Ent 11, 12, 13, Triq il-Gardenja, Sta Lucija Sta Luċija 84 €481,462 2017 - 2018 Blokki C u D Ta’ Giorni Housing Estate San Ġiljan 32 €119,479 2018 Blokki A – G Wied Hesri Siġġiewi 52 €163,253 2018 Blokki A, B Misrah il-Hawh u Blokk 8 Triq il-Ballut San Ġwann 75 €318,449 2018 - 2019 Blokki A – N Laqxija Birkirkara 84 €635,804 stima 2018 - 2019 Blokki A5 – A11, Triq Pietru Darmenia Phase 2 Pembroke - €200,428 stima 2018 - 2020 Blokki X2 – X4, Y1 – Y5 Qormi 48 €327,190 stima 2018 - 2020 Blokki 1, 2, 4 u Blokki A, B, C Triq is-Sibi Kalkara 64 €348,486 stima 2018 - 2019 Scheme 2 Blokki 1,2 u Scheme 3 Blokk 1 Paola 61 €248,268 2018 - 2019 Blokki 4, 5 Triq Hal-Luqa Tarxien 28 €131,260 stima 2019 - 2020 Blokki 4, 6, 7,13, 14, 15 Qasam Bini tal-Gvern San Gwann 110 €596,036 stima 2019 - 2020 Binja Hamrija Naxxar 25 €163,308 stima 2019 - 2020 Blokki Z1 – Z6 Triq id-Deheb Fin Qormi 96 €480,813 stima 2019 - 2020 Blokki A, B, C, D Triq is-Sebh u Blokki 9, 10 Triq il-Gnien Qormi 48 €216,551 stima 2019 Blokki A – I Dawret Hal-Tmiem Zejtun 54 €156,528 2019 - 2020 Blokki A, B, C, D, E F Qasam tal-Bini Ta’ Djar Zabbar 110 €685,487 stima

Awtorità tad-Djar: Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12336 u 12252 u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12058, jista’ l-Ministru jindika kemm huwa n-numru ta’ applikanti li qed jistennew akkomodazzjoni alternattiva quddiem l-Awtorità tad-Djar u: a. għandhom diżabiltà; b. għandhom każijiet soċjali marbuta ma’ vjolenza domestika; u c. li huma anzjani?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha: a. 91 applikazzjoni minn individwi li għandhom diżabilità b. 11 -il applikazzjoni minn individwi b’każijiet soċjali marbuta ma’ vjolenza domestika c. 390 applikazzjoni minn individwi li huma anzjani

Installazzjoni ta’ lift fi blokk ta’ appartamenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12351 u jgħid jekk huwiex ippjanat u skedat li jsir lift fil-blokk ta’ appartamenti li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jekk iva, meta huwa ppjanat li jibda l-proċess tal-installazzjoni?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. interpellant li l-lift qiegħed fil-proċess amministrattiv biex isir permezz tal-iskema volontarja għall-installar tal-lifts maħruġa mill-Awtorita’ tad-Djar (LFT) li għaliha applikaw dawn ir-residenti. Il-proċess jipprogressa għall-istadju li jmiss wara li l-applikanti għall-iskema LFT jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha ta’ l-istess skema.

Mediċini impurtati minn barra minn Malta — nefqa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12817 u jipprovdi n-nefqa ta’ mediċini impurtati minn barra minn Malta meta dawn ma jkunux disponibbli f’Malta? Veru li xi kultant l-ispiża tal-ajru tkun ogħla mill-mediċina nnifisha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċini kollha jiġu impurtati minn barra minn Malta ħlief għal xi eċċezjonijiet ta’ manifattura lokali.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Safar, Fuel u Hospitality - nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12263 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12090, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f'kull Dipartiment, uffiċċju, Awtorità u entitajiet oħra kwalunkwe li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant illi nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality ta f'kull Dipartiment, uffiċċju, Awtorità u entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru hija ta €1,044,466.69.
Leg 13 PQ #13662 Sitting 320 2020-04-22 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12264 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12089, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f'kull Dipartiment, uffiċċju, Awtorità u entitajiet oħra kwalunkwe li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12265 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12093, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f'kull Dipartiment, uffiċċju, Awtorità u entitajiet oħra kwalunkwe li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nefqa għas-safar, fuel u hospitality minn Jannar 2019 s’issa hija skont it-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12286 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12097, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f’kull Dipartiment, Awtorità jew fil-Ministeru stess minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-31 ta’ Marzu 2020.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12289 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12100, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f’kull Dipartiment, Awtorità jew fil-Ministeru stess minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għat-Trasport, Infrastuttura u Proġetti Kapitali — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12290 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12101, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f’kull Dipartiment, Awtorità jew fil-Ministeru stess minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni miġbura mill-Ministeru u l-entitajiet, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Assenteiżmu: Debt Collection

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12251 u 12335 u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9342, jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-eżerċizzju ta’ debt collection? Kemm kienu dawk il-ġenituri li ħallsu l-multi f’dawn l-aħħar tliet snin wara li rċevew l-ittra legali? X’isir jekk il-ġenituri jibqgħu ma jħallsux il-multa?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

Qasam tas-Saħħa Mentali: servizz tat-tobba tal-familja privati

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13477, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali jistgħu jagħmlu użu mis-servizzi tat-tobba tal-familja privati biex jiġu megħjuna fil-komunità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba is-sitwazzjoni ta' pandemija Covid 19 ġo pajjiżna, din l-iskema twaqqfet temporanjament. La darba tkun għaddiet il-pandemija se tkun qed terġa toħroġ sejħa oħra għal tobba tal-familja individwali. Tajjeb li nfakkar illi riċentament b’kollaborazzjoni mar- Richmond Foundation tnieda servizz ta’ 24 siegħa kuljum permezz tal- helpline 1770 għal dawk li jħossu li għandhom bżonn għajnuna psikoloġika.

Twaqqif ta’ Tim multi dixxiplinarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk twaqqafx tim multi dixxiplinarju sabiex tingħata attenzjoni psikoloġika, soċjali, edukattiva u finanzjarja ħalli meta kull priġunier joħroġ mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, ikun ippreparat sew wara li jkun skonta s-sentenza tiegħu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan it-tim multi dixxiplinarju ilu li twaqqaf u qed jiffunzjona fuq ba¿i regolari. Priġunier jista’ jkun ġemma flus li jkun ħadem għalihom waqt li ikun qed jiskonta s-sentenza u hemm priġunieri li jkunu gawdew minn programmi jew inizjattivi oħra li jsiru b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.

Servizz ta’ appoġġ għall-vittmi tal-kriminalità

Question

Jista’ l-Ministru jindika fid-dettal x’servizzi ta’ appoġġ jeżistu għall-vittmi tal-kriminalità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fejn jirrigwarda l-Korp tal-Pulizija, is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi tal-kriminalità jingħataw prinċipalment mill-Victim Support Unit. Sapport adekwat jingħata lil dawn il-vittmi skont il-bżonn bi ħsieb li jnaqqsu l-istress emozzjonali u psikoloġiku, skont l-Att dwar Vittmi tal-Kriminalità, Kap 539. Membri ta’ dan il-Unit iservu bħala punt ta’ riferiment u sapport għal dawn il-vittmi. Dan wara li jkunu għamlu rapport mal-Pulizija u jipprovdulhom servizz ta’ crisis counselling, skont in-natura u s-severità tal-każ. Huma jipprovdu informazzjoni u jsegwu l-każi tal-istess vittmi u jiffaċilitaw il-proċess sabiex il-każi tagħhom jiġu riferuti lil servizzi oħra, waqt li jkomplu jagħtuhom sapport kontinwu. Barra minn dan jagħmlu moniteraġġ ta’ numru ta’ vittmi li jagħmlu użu mid-drittijiet u s-servizzi ta’ sapport ipprovduti mill-Korp, u jservu ta’ komunikazzjoni effettiva u ħidma tajba ma’ aġenziji oħra, kemm governattivi u non-governattivi fl-aħjar interess ta’ dawn il-vittmi.
Leg 13 PQ #13659 Sitting 319 2020-04-21 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Skema tat-trasport b’xejn għat-tfal tal-iskejjel — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa lill-Gvern l-iskema tat-trasport b'xejn għat-tfal kollha tal-iskejjel?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-iskema ta’ trasport b’xejn għal madwar 27,800 student mill-iskejjel kollha (kemm tal-istat kif ukoll non-state) fis-sena skolastika 2018/2019 ġiet tiswa lill-Gvern €30,060,134.86.
Leg 13 PQ #13660 Sitting 319 2020-04-21 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Skema taċ-child care b’xejn – nefqa

Question

Jista’ l-Minsitru jgħid kemm ġiet tiswa lill-Gvern l-iskema ta’Child Care b'xejn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fis-snin 2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019 u 2020 (sad-29 ta’ Frar 2020) l-iskema ta’ Childcare b'xejn ġiet tiswa lill-Gvern kif muri f’din it-tabella: Sena Perjodu Spiża (€ miljuni) 2014 1 Apr - 31 Dec 5.2 2015 1 Jan - 31 Dec 10.0 2016 1 Jan - 31 Dec 12.6 2017 1 Jan – 31 Dec 15.6 2018 1 Jan – 31 Dec 20.47 2019 1 Jan – 31 Dec 26.45 2020 1 Jan – 29 Feb 4.73