Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Monte Karmeli – pazjenti ġodda

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi pjanijiet hemm għal persuni bi bżonn ta’ kura mentali? L-Isptar Monte Karmeli ħa jiġi rranġat biex jibda jilqa’ pazjenti ġodda?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa fl-isptar Monte Karmeli qed isir refurbishment qawwi fuq tlett iswali partikolari u daqt ser jiskatta xogħol fuq blokka oħra. Pazjenti bi bżonn ta’ kura ta’ saħħa mentali baqgħu jidħlu u jiġu aċċettati f’dan l-isptar skont l-esiġenzi. Ix-xoghljijet u l-iżviluppi li qed isiru, fl-ebda mod ma xekkel id-dħul ta’ pazjenti ġodda. Nfakkru ukoll illi dan il-Gvern nieda pjan ta’ strateġija nazzjonali għas-Saħħa Mentali fejn se jiffoka l-ħidma f’dan is-settur għall-għaxar snin li ġejjin. Fost oħrajn se jsiru tibdil strutturali, jingħata aktar servizzi, taħriġ u sapport kemm lill-pazjenti, u l-qraba, iżda wkoll il-ħaddiema involuti fis-settur.

Sptar Monte Karmeli – Forensic Unit — residenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni taħt sentenza u li huma residenti ġewwa l-Forensic Unit fl-Isptar Monte Karmeli?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Studenti Għawdxin li jikru appartamenti f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il student Għawdxi qed jikri appartament ġewwa Malta, minn mindu daħlet fis-seħħ il-liġi l-ġdida tal-kirjiet?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Persuni b’diżabilità li qed jieħdu benefiċċju u qed jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità li qed jieħdu l-benefiċċju u jaħdmu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-ammont ta’ persuni b’diżabilità li jirċievu Assistenza mid-Dipartiment u fl-istess ħin jaħdmu huwa ta’ 1,394.

Ħ’Attard u Mosta – pjan ta’ tiswija ta’ toroq

Question

Jista' l-Ministru jindika liema huma t-toroq ġewwa Ħ'Attard u l-Mosta li hemm pjan li jiġu rranġati u meta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li filwaqt li nirreferi għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari 11291 u 12330 li saru mill-istess Onorevoli membru ftit xhur ilu, in¿id ninformah li matul is-sena li għaddiet Infrastructure Malta bniet mill-ġdid aktar minn 130 triq residenzjali f’għadd ta’ lokalitajiet differenti. Waqt li eluf ta’ familji li joqogħdu f’dawn il-130 triq diġà qegħdin igawdu minn ambjent aħjar barra minn djarhom, bħalissa għaddejin xogħlijiet f’ħafna toroq residenzjali oħra. Uħud minnhom dalwaqt ikunu lesti. Hemm ikkuntrattati wkoll il-bini mill-ġdid ta’ 150 triq oħra għax-xhur li ġejjin. Bħala parti minn dan l-investiment, fil-lokalità tal-Mosta wara li diġà kienu saru Triq Dawret il-Wied, Triq il-Qares u Triq is-Snajja’, issa tlestew ukoll Triq Madre Tere¿a, Sqaq numru 4 fi Triq il-Bdiewa (Bidnija), triq fil-limiti tal-Qolla, Triq Kumbu u Triq Silvestru Fiteni. Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq Ru¿ar Briffa (Żokrija), Triq Patri Ġuże Delia, Triq San Pawl tal-Qliegħa, Triq tas-Sriedek, Triq il-Kbira, Pjazza San Leonardu, Triq Dun Karm Schembri, Triq il-Fortizza, Triq Alofju Wignacourt, Triq il-Ballata, Triq il-Bdoti, Triq il-Familja Cumbo, Triq it-Taħħan u Triq ta’ Venezja. Toroq oħrajn li se jsiru fil-Mosta huma Triq il-Waqqafa, Triq Ta’ Bistra, Triq Durumblat, Triq Manwella, Triq Ru¿injol, Triq Madre Tere¿a Spinelli, Triq il-Kostituzzjoni, Triq il-Buqqanier, triq bla isem bejn Triq il-Bidnija u Triq Mġarr, il-Pont tal-Bidnija, Triq tal-Wej, triq bla isem ħdejn Triq San Anton Abbati, Triq Sagra Familja u triq bla isem ħdejn Triq San Pawl tal-Qliegħa. Fil-lokalità ta’ Ħ’Attard wara li nbniet mill-ġdid Triq il-Ġamar tlestew ukoll Triq Dun Alwiġ Galea, Triq il-Marġ, Triq Hannibal u Sqaq Rajgu. Diġà bdew ix-xogħlijiet fi Triq Kananea u Triq Annibale Preca, u fiż-żmien li ġej se jsiru wkoll Trejqet ir-Reġina, Triq l-Isptar u Triq l-Inħasa. Barra minn hekk, Infrastructure Malta bdiet twettaq is-Central Link Project, li huwa investiment ewlieni li se nwettqu biex intejbu l-kwalitá, is-sigurtá, s-sostenibilità u l-effiċjenza fir-rotta arterjali li testendi mill-Bypass tal-Imrieħel, tul Triq l-Imdina f’Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard, sar-roundabout li hemm fil-bidu tat-Telgħa tas-Saqqajja, fl-inħawi ta’ Ta’ Qali. Il-ħin tal-ivvjaġġar f’dan in-netwerk ta’ toroq fiċ-ċentru tal-pajji¿ għandu jonqos bin-nofs. Ser jonqos l-ammont ta’ persuni li jkollhom jgħaddu minn toroq residenzjali fl-inħawi biex jippruvaw jaslu aktar malajr. B’hekk ser igawdu mhux biss il-lokalitajiet ta’ Ħal Balzan u Ħ’Attard, iżda wkoll oħrajn viċin bħal Ħal Lija u Birkirkara. Din il-ħidma ta’ titjib fit-toroq tagħna se tibqa’ għaddejja bla heda, sena wara l-oħra, sabiex niksbu l-infrastruttura ta’ kwalità li kapaċi tixpruna b’mod sostenibbli l-progress soċjali u ekonomiku tal-familji u n-negozji f’Malta.

Ħlas ta’ manteniment – persuni l-ħabs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna weħlet il-ħabs mill-2017 'l hawn għax ma żammitx mal-obbligazzjonijiet tagħha li tħallas il-manteniment?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor Interpellant li din il-mistoqsija għandha tiġi ndirizzata lill-Ministeru għall-Intern, Sigurta Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi.

Ħlas ta’ VAT – persuni l-ħabs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna weħlet il-ħabs mill-2017 'l hawn għax ma tħallasx il-VAT dovut?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpelant li mill-informazzjoni mogħtija lili, l-Aġenżija tal-Qorti ma zzomx tagħrif dwar dan u l-ġbir ta’ tali tagħrif jinvolvi pis konsiderevoli fuq l-amministrazzjoni, madankollu f’kaz li l-Interpellant ikun aktar speċifiku fid-domanda tiegħu nagħmel ħilti sabiex tali informazzjoni tingħata lill-istess Onor. Interpellant.

Karozzi għall-użu personali impurtati mill-Ingilterra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn karozzi impurtati għall-użu personali mill-Ingilterra mill-2017 ‘l hawn u ta’ kemm-il ċilindrata kienu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fumigazzjoni tal-karozzi tal-linja

Question

Peress li mhux kulħadd għandu karozza personali tiegħu speċjalment il-barranin li jgħixu Malta, jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-fumigazzjoni tal-karozzi tal-linja qiegħda ssir kull filgħaxija u mhux wara kull vjaġġ, kif konformi mal-istruzzjonijiet maħruġa mis-Supritendent tas-Saħħa Pubblika?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Awtorita’ tat-Trasport qed timxi mal-istruzzjonjiet maħruġa mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. Dak li qiegħed jiġi deskritt f’din il-mistoqsija parlamentari mhuwiex eżattament skont it-tali struzzjonijiet .

Vjolenza domestika

Question

Peress li minħabba l-imxija tal-COVID-19 ħafna nies qed jibqgħu d-dar allura jista’ jkun hemm żieda fl-abbuż relatat ma’ vjolenza domestika, jista’ l-Ministru jgħid x’azzjoni qed tittieħed sabiex persuni li għaddejjin minn vjolenza domestika jirrappurtaw l-abbużi li għaddejjin minnhom anke waqt il-COVID-19? Hemm il-ħsieb ta’ helpline apposta għalihom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, peress li huwa meħtieġ li nqabblu l-istatistika għall-ewwel 4 xhur ta’ din is-sena ma’ dik tas-sena l-oħra sabiex inkunu nistgħu nagħtu tweġiba sħiħa u korretta, qed nimpenjaw ruħna li din l-interpellanza tkun mwieġba sas-seduta tat-Tnejn 18 ta’ Mejju, 2020.

Droga – overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żieda f'overdoses f'dan l-aħħar xahar? Kif qed tidħol id-droga issa f’Malta minħabba r-restrizzjonijiet li hawn fuq l-ivvjaġġar? Hawn nuqqas ta' droga fis-suq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi ma kienx hemm żieda fin-numru ta’ overdoses f’dan l-aħħar xahar komparat max-xhur preċedenti ta’ din is-sena, fejn jirrigwarda użu ta’ sustanzi perikolużi. Fejn intużaw pilloli bi preskrizzjoni kien hemm anqas każi mix-xhur ta’ qabel. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija infurmat illi peress illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru tista’ possibilment tippreġudika l-operat tal-Pulizija, l-informazzjoni mitluba minnu ma tistax tingħata.

Serq irraportat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar xahar kinux irrappurtati aktar serqiet mis-soltu? Qed isiru aktar patrols matul il-ġurnata u billejl?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi f’dan l-aħħar xahar u ċjoè f’Marzu, meta kkomparat max-xahrejn ta’ qabel ma kinux irrappurtati aktar serqiet mis-soltu, anzi l-ammont fil-perjodu indikat kien anqas. Infurmat illi ‘patrols’ qatt ma waqfu f’dan il-perjodu imma żdiedu kemm matul il-ġurnata kif ukoll billejl.

Imwiet minn abbuż ta’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm imwiet mill-abbuż tad-droga mill-2013 sal-lum?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnu, jinsab fil-pubblikazzjoni tar-Rapport Nazzjonali dwar is-Sitwazzjoni tad-Droga f’Malta 2019, ippubblikat mill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali. L-informazzjoni mitluba minnu tista’ tiġi aċċessata f’paġna 19 ta’ dan ir-rapport. It-tabella preżentata f’dan ir-rapport, fil-paġna imsemmija, turi l-imwiet kollha sena b’ sena mill-2005 ’l hawn. Nikwota parti mir-rapport, fejn jgħid li, “r-rata tal-mortalità kkawżata mid-droga stmata fost l-adulti (bejn il-15 u l-64 sena) kienet ta’ 16-il mewta kull miljun fl-2017, li hija ftit aktar baxxa mill-medja Ewropea l-aktar riċenti ta’ 22 mewt kull miljun.” Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tar-rapport imsemmi.

Persuni riferuti għall-programmi relatati mat-teħid tad-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew riferuti persuni għall-programmi relatati mat-teħid tad-droga mill-2013 sal-lum?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnu huwa aċċessibli mis-sit elettroniku tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali: https://fsws.gov.mt/en/fsws/Pages/FSWS-Publications.aspx Hawnhekk, l-Onor. Interpellant jista’ jaċċessa ir-Rapporti Annwali sal-2018, kif ukoll ir-Rapporti Statistiċi ta’ kull aġenzija sal-2019. It-tagħrif mitlub minnu jinsab fir-rapport statistiku annwali tal-Aġenzija Sedqa.

Ilmenti mill-Priġunieri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13479 u jgħid kemm kien hemm ilmenti bil-miktub jew verbalment mill-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin f’dawn l-aħħar tliet snin? Fuqiex kienu jikkonsistu dawn l-ilmenti u jekk dawn ġewx rimedjati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar tliet snin kien hemm 215-il ilment. Id-dettalji l-oħra mitluba minnu ma jistgħux jingħataw skont is-SL 260.03 Regolamenti Dwar il-Ħabs, l-artiklu 116, u ċjoè, “(2) Dik l-informazzjoni kunfidenzjali li l-Bord ikollu għandha tkun privileġġata u m’għandha tiġi pubblikata ebda data personali mingħajr il-kunsens espress tal-persuna involuta.

COVID-19 — Flus mill-multi miġbura mill-persuni li ma obdewx il-kwarantina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif se jkunu utilizzati l-flus miġbura mill-multi li qed jingħataw lil dawk il-persuni li ma jobdux il-kwarantina obbligatorja jew regoli oħra maħruġa mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika? Jistgħu dawn il-flus jintużaw mill-Gvern għall-pakketti finanzjarji mħabbra minnu, minflok idur għall-pagiet tal-ħaddiema tal-Gvern?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

COVID-19 – Air Malta – kumpens għal titjiriet ikkanċellati

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati għal kumpens għal min laħaq ibbukkja vjaġġ mal-Air Malta u minħabba l-COVID 19 issa t-titjiriet kellhom jiġu kkanċellati?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant I-l kumpens min kwalunkwe linja ta l-ajru lejn il-klijent huwa kopert bil-liġi. L-Air Malta, bhal linji tal-ajru ohrajn, qed isegwi din il-prassi u tosserva din l-liġi.