Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31456, 31999, 32549 u 33412 u jgħid kemm inġabru flus mill-VAT fuq l-istabbilimenti tal-ikel fl-2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Il-Mosta - MCAST Arts & Design - Għalliema tal-Arti ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm għalliema ġodda li jgħallmu l-Arti fl-MCAST Arts & Design tal-Mosta li ġew ingaġġati u jekk iva, kemm kien in-numru?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li ġew ingaġġati 4 impjegati ġodda fl-MCAST Arts & Design tal-Mosta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni taħt l-40 sena li xtraw proprjetà waħedhom jew ma’ xi ħaddieħor bejn l-2020 u l-2025? Jista’ jgħid ukoll kemm kien il-prezz medju?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:
SENA
Xtraw Waħedhom
Xtraw ma xi ħadd
TOTAL
Prezz Medju (etajiet bejn 18 u 40 sena)
2020
3,256
5,244
8,500
€163,560
2021
4,383
6,797
11,180
€181,380
2022
4,369
6,273
10,642
€190,561
2023
3,753
5,231
8,984
€212,139
2024
3,870
5,010
8,880
€226,128
2025
3,567
5,804
9,371
€237,749
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni taħt l-40 sena li xtraw proprjetà waħedhom jew ma’ xi ħaddieħor bejn l-2020 u l-2025? Jista’ jgħid ukoll kemm kien il-prezz medju?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm suwiċidji ta’ persuni taħt it-18-il sena bejn l-2022 u 2025 u jekk iva, kemm? Jista’ wkoll jagħti l-età u l-ġeneru ta’ dawn il-persuni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li bejn is-sena 2022 u s-sena 2025 kien hemm żewġ każijiet fis-sena 2023, it-tnejn jinvolvu persuni maskili taħt it-18-il sena bl-etajiet ta’ sittax-il sena u ta’ sbatax-il sena rispettivament.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32806, jista’ l-Ministru jgħid lil min kienet qed issejjaħ Dar it-Tama fi Triq Matty Grima, Bormla, f’dawn l-aħħar ħames snin?
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tiġi rranġata Triq il-Larinġ f’Ħ’Attard li bħalissa qed iżżomm ħafna ilma anke meta ma tkunx xita, u qed tkun ta’ detriment għar-residenti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li Infrastructure Malta għaddejja b’taħditiet mall-Kunsilli Lokali, sabiex ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq il-Għasel fil-Mosta titranġa, peress li tinsab fi stat ħażin ħafna, u jekk iva, meta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minkejja li Triq il-Għasel fil-Mosta ma ġietx nominata mill-Kunsill Lokali biex isiru xogħlijiet fiha fil-futur immedjat, Infrastructure Malta ser twettaq spezzjonijiet sabiex issir evalwazzzjoni tal-ħsarat u tkun tista’ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32516 u 32914 li oriġinarjament saru lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm kien hemm katavri li ngħataw għall-istudji xjentifiċi matul l-2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li ġew reġistrati 33 persuna li wara mewthom iddonaw ġisimhom lid-Dipartiment tal-Anatomija fl-Università ta’ Malta sabiex jintużaw għal skopijiet ta’ riċerka u studju fl-qasam tal-Anatomija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir bus shelter fil-waqfa 5674 bl-isem ‘Għeneb’, fi Triq Santa Katerina, Ħ’Attard, biex iservi ta’ lqugħ għal dawk li jużaw is-servizz tal-karozzi tal-linja?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31941, 32206 u 32677 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid jekk teżistix definizzjoni legali ta’ ‘homelessness’?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Istrateġija Nazzjonali għat-Tnaqqis fil-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali 2025-2035, li ġiet addottata s-sena li għaddiet, tipproponi diversi miżuri biex tintegra l-politika li tindirizza l-faqar mal-politika dwar il-persuni mingħajr dar.
Il-Belt Valletta – Triq Melita – Tiswija ta’ bankina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun irranġata l-bankina fi Triq Melita, il-Belt Valletta, fil-parti ta’ wara l-Berġa ta’ Kastilja, peress li hemm sprall imkisser?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li minħabba n-natura tat-tiswijiet meħtieġa, għadda t-talba biex dawn isiru mill-Valletta Management Plan. Ix-xogħolijiet se jsiru permezz tal-MoU li l-Kumitat tal-Valletta Management Plan għandu ma' Infrastructure Malta.