Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn tfal fostered mill-2015 sal-lum u kemm minnhom kienu tfal barranin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interperlant li, t-tagħrif mitlub minnu jinstab fil-tabella t’hawn taħt.
Sena
Ammont ta’ tfal
fostered
fi placements ġodda kull sena
Ammont totali ta’ tfal
fostered
kull sena
Ammont ta’ tfal barranin li gew
fostered
kull sena
2015
16
216
0
2016
7
211
4
2017
26
234
2
2018
50
244
4
2019
39
251
5
Jan-Apr 2020
7
254
0
Jista’ d-Deputat Prim Minstru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm daħlu lmenti fuq saħħa permezz tal-153 mill-2017 sal-lum u kemm minnhom għadhom pendenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-Qorti s-sena l-oħra minħabba drink driving f’Malta u Għawdex?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni li ttellgħu l-Qorti fis-sena 2019 minħabba drink driving kienu mija u wieħed u ħamsin (151) f’Malta u sitta u għoxrin (26) f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il telefonata saret fuq il-1772 mit-twaqqif tagħha?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-total ta’ sejħiet fuq il-linja 1772 minn meta ħabbarna li twaqqaf dan il-helpline, fis-27 ta’ Marzu 2020, sa nhar it-Tlieta, 5 ta’ Mejju, 2020 kien ta’ 2,472 telefonata.
Freeport, Freeport Terminals, Air Malta, ARMS u MFSA – CEO — paga
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-paga tas-CEOs tal-Freeport u tal-Freeport Terminals, tal-Air Malta, tal-ARMS u tal-MFSA?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-paga bazi tas-CEO tal-MFSA hija ta’ €117,000 fis-sena u performance bonus sa’ 20% tal-paga.
Fir-rigward tal-pagi tas-CEO tal-entitajiet l-oħrajn, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministri kkonċernati`.
Università, Junior College, Higher Secondary u MCAST – studenti fl-Ewwel sena minn Ħ’Attard u Mosta
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti fl-Ewwel Sena tal-Università, Junior College, Higher Secondary u MCAST u li joqogħdu Ħ’Attard u l-Mosta?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li n-numru ta' studenti li daħlu fl-ewwel sena tal-Università, il-Junior College, Giovanni Curmi Higher Secondary u MCAST u li joqogħdu Ħ’Attard u l-Mosta huwa kif se nsemmi:
Lokalità
L-Università
Il-Junior College
Higher Secondary
MCAST
Ħ’Attard
158
32
30
74
Il-Mosta
227
39
83
174
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il mediċina twasslet fid-djar residenzjali bejn l-2013-2017 skont il-wegħda elettorali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema msemmija bdiet fl-2016. Fil fatt bejn l-2016 u l-aħħar t’April tal-2020 saru 1089 applikazzjoni minn pazjenti sabiex tittwaslilhom il-mediċina fid-djar tagħhom mill-Ispiżerija tal-Għażla Tagħhom. Dawn jirċievu l-mediċini tagħhom id-dar darba kull 8 ġimgħat. Barra minn hekk id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek introduċa wkoll l-iskema nazzjonali għat-tqassim ta’ mediċini meqjusa bħala goffi jew tqal, direttament fid-djar tal-pazjenti magħrufa bħala Free Delivery of Bulky Items To Patients Benefitting from the POYC Scheme. Sal-aħħar ta’ April tal-2020 dan id-Dipartiment wettaq 6253-il konsenja lil 986 pazjenti. B’hekk it-total ta’ persuni li jirċievu mediċini d-dar mingħajr ħlas huwa ta’ 2,075.
Jista' l-Ministru jgħid kemm anzjani hemm fuq il-waiting list jistennew biex jidħlu fi djar tal-anzjani tal-gvern jew li jużaw sodod mixtrija mill-Gvern f'residenzi privati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ anzjani fuq il-waiting list jistennew biex jdħlu fi djar tal-anzjani jew li jużaw sodod mixtrija mill-Gvern f’residenzi privati jammonta għal 2197.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni jaħdmu mal-Gvern mill-2017 ‘l hawn, mhux f’position of trust? Jista’ jgħid kemm minnhom huma fuq kuntratt u kemm huma permanenti?
Barranin li jaħdmu fis-settur pubbliku u ma’ entitajiet Governattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm barranin jaħdmu fis-settur pubbliku u ma' entitajiet Governattivi? Jista’ jgħid kemm barranin ġejjin mill-Unjoni Ewropea u kemm minn pajjiżi terzi?
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm appartamenti liċenzjati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) bħala airbnb mill-2013 ‘l hawn?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ma tilliċenzjax proprjetà għal sistema online partikolari (Airbnb) iżda tilliċenzja propjeta’ sabiex tiġi mikrija lit-turisti, magħrufa wkoll bħala short-let jew holiday premises. In-numru ta’ propjetajiet liċenzjati mal-MTA mill-2013 ‘l hawn kienu kif muri fit-tabella:
SENA
TOTAL
2013
2015
2014
2118
2015
2327
2016
2642
2017
3049
2018
3331
2019
3851
2020 *
3992
* Figuri għal 2020 sad-data 21/04/2020
Studenti li gradwaw fil-qasam tal-Allied Health – impjieg mal-istituzzjonijiet tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk li ggradwaw mill-Universtià jew MCAST f’xi kors f’qasam tal-Allied Health, sabu impjieg ma’ istituzzjoni governattiva?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Psikologi impjegati mal-Gvern jew istituzzjonijiet Governattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm psikologi impjegati mal-Gvern jew istituzzjonijiet Governattivi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li hemm 97 psikoloġu impjegat mas-Servizz Pubbliku. Ninsab nfurmat ukoll li ma hemm ebda psikoloġu impjegat fl-entitajiet fid-dekasteru tiegħi.