Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Monte Karmeli — Forensic Unit - residenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13807 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm persuni taħt sentenza u li huma residenti ġewwa l-Forensic Unit fl-Isptar Monte Karmeli?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati ma jkollix informazzjoni dwar kemm hemm persuni taħt sentenza li jkunu residenti ġewwa l-Forensic Unit fl-Isptar Monte Carmeli.
Leg 13 PQ #14362 Sitting 332 2020-05-19 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Studenti Għawdxin li jikru appartamenti f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13809 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u issa ħiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il student Għawdxi qed jikri appartament ġewwa Malta, minn mindu daħlet fis-seħħ il-liġi l-ġdida tal-kirjiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 35 student li qed jieħdu l-benefiċċju tal-kera (students rental accommodation subsidy scheme) li dawn jieħdu sa massimu ta’ €900 fis-sena. Apparti minn hekk, hemm ukoll 919 student li jieħdu €1,500 fis-sena mill-Gozitan Students studying in Malta Scheme, liema skema hija maħruġa mill-Ministeru għal Għawdex.

Ħlas ta’ manteniment – persuni l-ħabs

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13801 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna weħlet il-ħabs mill-2017 'l hawn għax ma żammitx mal-obbligazzjonijiet tagħha li tħallas il-manteniment?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2017 'l hawn kien hemm 47 persuna li weħlet il-ħabs għax ma żammitx mal-obbligazzjonijiet tagħha li tħallas il-manteniment, u li dawn kienu mqassmin kif ġej: 2017 20 2018 18 2019 8 2020 1

Karozzi għall-użu personali impurtati mill-Ingilterra

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13803 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn karozzi impurtati għall-użu personali mill-Ingilterra mill-2017 ‘l hawn u ta’ kemm-il ċilindrata kienu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil-Onor Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta ma jkollhiex l-ammont ta’ karozzi jew vetturi li jiġu mpurtati għall-użu personali mill-Ingilterra mill-2017 ‘l hawn. Transport Malta hija responssabli għar-reġistrazzjoni tal-vetturi u mhux ghall-importazzjoni.

Ħ’Attard u Mosta – rapporti ta’ reati kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' rapporti ta' reati kriminali kien hemm f'Ħ'Attard u l-Mosta, bejn Jannar 2017 u Diċembru 2019?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi t-tipi ta' rapporti ta' reati kriminali li kien hemm f'Ħ'Attard u l-Mosta, bejn Jannar 2017 u Diċembru 2019 kienu identiċi u kif deskritti fit-tabella t’hawn taħt. Barra minn dan ġo Ħ’Attard kien hemm ukoll każ ta’ infantiċidju filwaqt li l-Mosta kien hemm ukoll każi ta’ pornografija. Kategorija Ħruq Attentat ta’ offiżi Feriti fuq persuni Użu ħażin tal-computer Ħsarat Vjolenza Domestika Drogi Falsifikazzjoni Frodi Omiċidju Ħasil ta’ flus Pretenzjoni ta’ drittijiet Offiżi sesswali Serq Theddid u vjolenza privata Vjolenza kontra uffiċjal pubbliku

Central Link Project – siġar maqlugħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn tħawlu s-siġar li nqalgħu biex isir wisa' għas-Central Link Project?

Response (BORG, IAN)

Nirreferu lill-Onor. Interpellant għan-Nature Permit tal-proġett indikat li jista’ jiġi aċċessat fuq il-website tal-ERA permezz ta’ din il-link https://era.org.mt/en/Themes/Pages/Nature-Permitting-Applications-2019.aspx Dettalji ta dan in-Nature Permit qegħdin jidhru hawn taħt; 00191 Fredrick Azzopardi Infrastructure Malta Uprooting and transplanting of trees Central Link Granted 25/09/2019 NP variation Approved plans NP 0191/19
Leg 13 PQ #14248 Sitting 331 2020-05-18 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nefqa fuq komunikazzjoni lill-media

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'nefqa saret għall-komunikazzjoni lill-media u reklamar, press conferences, u fuq facebook mill-2017 ’l hawn?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar

Filmati li qed jintwerew fuq il-media soċjali tas-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jiswew il-filmati li qed jintwerew fuq il-media soċjali tas-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet? Jista’ jgħid min hi l-Production House li qiegħda tipproduċihom? Kemm qed jiswew dawn il-filmati? Dawn huma mħallsa minn fondi pubbliċi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Is-Segretarju Parlamentari huwa impenjat li fl-użu tal-midja soċjali jsegwi l-konklużjonijiet tar-rapport li sar mill-Kummissarju għall-Istandards ippubblikati fl-aħħar jiem.

Spiża ekonomika u soċjali tal-mard mentali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet l-ispiża ekonomika u soċjali tal-mard mentali f’pajjiżna s-sena l-oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża ekonomika tal-mard mentali f’pajjiżna s-sena l-oħra kienet €51.4 miljun. Dwar l-ispiża socjali tal-mard mentali f’pajjiżna nitolbu sabiex jirreferu l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Ilmenti mill-Priġunieri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13479 u jgħid kemm kien hemm ilmenti bil-miktub jew verbalment mill-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin f’dawn l-aħħar tliet snin? Fuqiex kienu jikkonsistu dawn l-ilmenti u jekk dawn ġewx rimedjati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għal tweġiba parlamentari 13673.

Każijiet ta’ Suwiċidju f’pajjiżna

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inizjattivi qed jittieħdu mill-Ministeru tiegħu sabiex jitnaqqsu l-każijiet ta’ suwiċidju f’pajjiżna?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħjar mod biex jitnaqqsu r-rati ta’ suwiċidju tal-pajjiż huwa billi ikun hemm servizzi tas-saħħa mentali aċċesibbli u li jagħtu kura tajba. Ir-riforma tas-saħħa mentali qed timxi fuq dan. Barra minn hekk issaħħet il-preżenza ta’ psikjatri fis-swali u fl-emerġenza tal-isptar Mater Dei, biex nies li jagħmlu attentat ta’ suwiċidju jingħataw kura psikjatrika immedjata.

COVID-19 — Flus mill-multi miġbura mill-persuni li ma obdewx il-kwarantina

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13690 li oriġinarjament sareet lill-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u issa ġie riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kif se jkunu utilizzati l-flus miġbura mill-multi li qed jingħataw lil dawk il-persuni li ma jobdux il-kwarantina obbligatorja jew regoli oħra maħruġa mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika? Jistgħu dawn il-flus jintużaw mill-Gvern għall-pakketti finanzjarji mħabbra minnu, minflok idur għall-pagiet tal-ħaddiema tal-Gvern?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #14158 Sitting 330 2020-05-13 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Telephone 153 — ilmenti relatati ma' saħħa u ma' servizzi soċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13691 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il ilment daħal mill-153 mill-2017 sal-lum? Kemm kienu relatati ma' saħħa u kemm ma' servizzi socjali?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat illi fil-perjodu indikat, iġifieri mill-2017 sad-data li qed titwieġeb din il-Mistoqsija Parlamentari, in-numru totali ta’ ilmenti li daħlu fuq 153 huma 68 li jikkonċernaw is-Saħħa u 620 li jikkonċernaw is-Servizzi Socjali. SENA SAĦĦA SERVIZZI SOCJALI 2017 36 179 2018 29 81 2019 1 345 2020 2 15 TOTAL 68 620 Infakkar is-suċċessi li kiseb servizz.gov matul dawn is-snin fejn anke waqt sitwazzjoni bla preċedent, matul il-pandemija f’xahar wieħed biss fuq il-freephone 153 wieġeb 93,000 telefonata. Dan minkejja li servizz.gov naqqas l-agenti tiegħu biex ikun jista’ jgħin fit-teħid tat-telefonati tal-111. Infurmat ukoll li kien hemm zieda ta’ 32% fl-aċċess tas-sit elettroniku ta’ servizz.gov, fejn mal-125,000 persuna aċċesaw is-servizzi tal-gvern minn dan is-sit li jiprovdi ‘l fuq minn 1,000 servizz governattiv.

Persuni b’diżabilità jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13733 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità li jgħixu f'akkommodazzjoni soċjali?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li l-Awtorità tad-Djar sal-lum il-ġurnata allokat proprjetà tal-Gvern lil 622 applikant kif ukoll irrikonoxxiet 40 applikant li diġa kienu joqgħodu ġo proprjetà tal-Gvern u li huma u/jew membri tal-familja tagħhom kellhom diżabilita'.

Is-Servizz tal-Meals on Wheels

Question

Billi skont rapport tal-Awditur Ġenerali, is-servizz tal-Meals on Wheels kien servizz ineffiċjenti speċjalment minħabba l-ħinijiet mhux konvenjenti għat-tqassim tal-ikel lill-anzjani, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu biex dan is-servizz jitjieb?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-kuntratt għall-provediment tas-Serizz Meals on Wheels ser jiskadi din is-sena. L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità qed jagħmel il-preparamenti meħtieġa biex fil-kuntratt il-ġdid jiġu ratifikati l-problemi kollha relatati mal-kuntratt eżistenti tal-Meals on Wheels. L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità stipulat ukoll miżuri oħra fl-addendum uffiċjali tas-servizz Meals on Wheels sabiex itejjeb dan is-servizz. Dan jinvolvi iż-żieda ta’ persuna oħra fuq kull rotta sabiex tassisti fit-tqassim tal-ikel, sabiex b’hekk niżguraw li l-ikel jitqassam sas-siegħa ta’ wara nofsinhar.

Flus imfaddla mill-poplu Malti

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm ġemma’ flus il-poplu Malti matul is-sena 2018 u 2019?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Minn estimi li jsir mill-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-poplu Malti ġemma’ € 1.213 biljun matul is-sena 2018 u li telgħa għal € 1.483 biljun għas-sena 2019.

Dipartiment tal-Anzjanità Attiva – anzjani li jbatu mis-solitudni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva għandux lista ta’ anzjani li qed ibatu mis-solitudni? X’inizjattivi qed jittieħdu, speċjalment mis-social workers, sabiex dawn l-anzjani jiġu megħjuna?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità taħdem ma’ bosta każijiet ta’ anzjani vulnerabbli li, apparti il-problema tas-solitudni, jkunu qed jaffaċċjaw bosta problemi soċjali oħra ta’ natura sensittiva u kumplessa. Qed jinħadmu u jiġu mplimentati bosta inizzjattivi sabiex ngħinu lil dawn l-anzjani vulnerabbli. L-ewwel u qabel kollox, l-Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Komunita’ qed iżomm kuntatt regolari ma’ dawn l-anzjani permezz ta’ telefonati b’mod iktar regolari issa li qegħdin naffaċċjaw il-pandemija tal-Covid19. Ħafna anzjani sabuha diffiċċli wisq li f’daqqa waħda kellhom jibqgħu ġewwa djarhom, għalhekk il-kuntatt kien ta’ solljev kbir għalihom. F’dawk il-każijiet fejn s-solitudni qed ikollha effetti negattivi fuq is-saħħa mentali tal-persuna, b’tali mod li din il-persuna tista’ tkun ta’ periklu għaliha nnifisha jew għal ta’ madwarha, il-ħaddiema soċjali titlob l-għajnuna ta’ professjonisti bħal psikjatri u psikologi u flimkien ifasslu pjan għal din il-persuna tant vulnerabbli biex jiġi assigurat li qed tingħata l-attenzjoni u l-kura kollha meħtieġa. Il-helpline 1772 u s-Supportline 179 huma żewġ linji ta’ għajnuna li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali; fejn persuni li għaddejjin minn xi diffikulatijiet, fosthom is-solitudni b’mod partikolari, u anzjani li jħossuhom waħidhom, jistgħu iċemplu biex jitkellmu ma’ xi ħadd. Dawk l-anzjani li jċemplu fuq il-linji msemmija u juru sinjali li għandhom bżonn l-għajnua, il-każ jiġi riferut skont in-natura tal-każ, waqt li l-ħaddiema soċjali tal-Fondazzjoni jsegwu l-każ mal-professjonisti u l-entiatjiet ikkonċernati.

Aġenzija Sapport — Programm Personali ta’ Sapport tal-klijenti

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12945, jista’ l-Ministru jgħid x’inhija r-raġuni li kopja tal-programm personali ta’ sapport tal-klijenti/residenti taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum u tad-Djar tal-Anzjani ma tingħatax lil kull klijent/resident (u l-carers tiegħu) u mhux biss tkun aċċessibbli fl-Aġenzija?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li, l-Aġenzija Sapport toffri servizz individwalizzat lill-persuni b’diżabilità skont il-bżonnijiet u n-neċessitajiet tal-persuna u ċ-ċirkustanzi tal-każ. Kopji tal-ftehim huma aċċessibbli għall-benefiċjarji tal-Aġenzija. L-Aġenzija, kif inhi obbligata, qatt ma oġġezzjonat milli tgħaddi kopja ta’ dawn il-programmi lill-benefiċjarji meta ġew mitluba. Il-programm personalizzat jiġi diskuss u mħejji wara konsultazzjoni mal-persuna b’diżabilità u l-familjari. Dan ukoll huwa b’konformità mal-istandards fil-provediment ta’ servizzi ta’ ħarsien soċjali maħruġa mill-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali (SCSA), li l-Aġenzija Sapport hi kommessa li żżomm magħhom. Dawn il-programmi ppersonalizzati jiġu mħejjija bil-kontribut ta’ diversi professjonisti, bħal Ħaddiema Soċjali, Occupational Therapists u numru ta’ professjonisti oħra. Dan isir ukoll wara assessjar tas-sitwazzjoni tal-individwu u wkoll b’konsultazzjoni u qbil mal-persuni b’diżabilità u/jew il-familjari/kuraturi tagħhom. Dan sabiex ikun aċċertat li jintlaħqu l-bżonnijiet tal-persuna b’diżabilità. Il-programmi li jkunu ġew identifikati għal persuna b’diżabilità, jiġu riveduti skont il-progress li l-klijent ikun qiegħed jagħmel jew abbażi ta’ bżonnijiet ġodda li jiġu ddentifikati fil-proċess.

Allokazzjoni tal-postijiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jindika xi kriterji se juża dwar min se jkunu dawk il-persuni li se jingħataw post għall-kiri mill-Gvern meta dawn se jiġu allokati?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li parallel mal-ħidma li qiegħda ssir fuq il-bini ta’ units ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali, qiegħda tiġi diskussa policy ta’ allokazzjoni ġdida. Il-kriterja ta’ eliġibbiltà ser tintuża dik eżistenti fejn l-applikazzjonijiet li jkunu eleġibbli u li jilħqu l-kriterji mitluba, jgħaddu għall-assessjar sabiex jiġu identifikati l-bżonnijiet u l-prijoritajiet ta’ kull applikant.

COVID-19 — Family Resource Centres

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk il-Family Resource Centres baqgħux miftuħin għall-klijenti tagħhom minħabba l-COVID-19? Jekk le, x’jistgħu jagħmlu l-klijenti li jkollhom bżonn ta’ xi għajnuna mill-professjonisti ta’ dawn iċ-Ċentri?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul dan il-perjodu affettwat mill-COVID 19, it-tliet ċentri ewlenin fil-komunita’ huma miftuħa għall-pubbliku kuljum u jagħtu servizz ħolistiku skont il-ħtiġijiet tal-individwu. Dawn iċ-ċentri ewlenin jinsabu fil-Qawra, fil-Belt Valletta, u il-Kottonera. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, ċ-ċentri l-oħra li jinsabu temporanjament magħluqa, għandhom nota mad-daħla tagħhom li tindika kif persuna tista’ tikkuntattja dawn iċ-ċentri ewlenin. L-avvi¿ jinkludi kemm in-numri tat-telefon taċ-ċentri kollha, kif ukoll n-numri ta’ fejn wieħed jista’ jagħmel kuntatt għas-servizzi l-oħra kollha offruti. Il-pubbliku jista’ jmur personalment f’dawn it-tlett Ċentri hawn fuq msemmija, għalkemm huwa rrikomandat li qabel wieħed jmur fiċ-ċentri msemmija, l-ewwel jagħmel kuntatt bit-telefon għal raġunijiet ta ' saħħa u sigurtà.