Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #14745 Sitting 335 2020-05-26 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Studenti li kienu assenti mill-iskola mingħajr raġuni – multa lill-ġenituri

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14147, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ġenituri li weħlu multa talli ma bagħtux lil uliedhom l-iskola mingħajr raġunijiet validi fis-snin 2016 – 2017; 2017 – 2018 u 2018 – 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar kemm ġenituri ġew immultati mhijiex fil-pussess tas-Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskejjel. Nirreferi wkoll lill-Onor. interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 13085.

Tfal li huma taħt care order

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hawn tfal li huma taħt care order illum u għal liema raġunijiet qegħdin taħt care order?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-preżent l-għadd ta’ minuri protetti b’Ordni ta’ Ħarsien (Care Order), maħruġa mill-Aġenzija Appoġġ, jammonta għal 278. Ir-raġunijiet għalfejn dawn il-minuri qegħdin taħt Ordni ta’ Ħarsien (Care Order) huma primarjament is-segwenti: 1. Negliġenza mill-familjari, 2. Inabbiltà li tiġi eżerċitata l-funzjoni ta’ ġenitur minħabba problemi ta’ saħħa fiżika jew saħħa mentali; 3. Mewt tal-ġenituri; 4. Abbuż fiżiku; 5. Abbuż sesswali; 6. Kwalunkwe riskji oħra li l-minuri jista’ ikun espost għalihom fl-ambjent tad-dar fejn ikun qed jgħix mal-familjari tiegħu.

Studenti li kienu assenti mill-iskola mingħajr raġuni – multa lill-ġenituri

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14147, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ġenituri li weħlu multa għax naqsu li jibagħtu lit-tfal tagħhom fis-snin imsemmija f’din il-mistoqsija? Kemm kienet il-multa li huma weħlu u kemm minn dawn il-multi ġew imħallsa?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #14516 Sitting 334 2020-05-25 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Serq mill-iskejjel tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi serq mill-Iskejjel tal-Gvern mill-2013 sal-lum? Jekk iva jista' jindika liema kienu l-iskejjel u l-oġġetti li nsterqu?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli interpellant hu kif muri fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Siti ta’ kostruzzjoni – inċidenti fatali minn ħaddiema

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm inċidenti fatali minn ħaddiema fuq siti tal-kostruzzjoni mill-2013 sal-lum? Jista' jgħid jekk kienx hemm sidien, jew min kien responsabbli, li tressaq il-qorti fuq dawn il-każijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14251.

OHSA – spezzjonijiet fuq siti ta’ kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) fuq siti ta' kostruzzjonijiet u jekk instabux irregolaritajiet? Jekk iva, x'passi ttieħdu, mill-2013 sal-lum?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14251.

Siti ta’ kostruzzjoni – miżuri biex jiġu evitati traġedji

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'miżuri qed jittieħdu biex jiġu evitati traġedji fuq siti ta' kostruzzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi apparti li s-settur tal-kostruzzjoni jingħata importanza kbira mill-OHSA, li ta’ kull sena torganiżża kampanji ta’ spezzjonar li jindirizzaw problemi fis-settur b’mod olistiku, jew inkella li jindirizzaw problema partikolari (per eżempju is-sigurtà tal-armar, riskju ta’ waqgħat mill-għoli, espożizzjoni għall-asbestos u kimika perikoluża oħra), l-OHSA tara li titwassal firxa wiesgħa ta’ informazzjoni lil kull min ikun jista jeħtieġha. Dan isir permezz tal-organiżżar ta’ seminars u l-pubblikazzjoni ta’ nformazzjoni u gwidi. Sal-lum kienu organiżżati mhux inqas minn 12 il-seminar li kienu jindirizzaw suġġetti differenti ta’ interess għas-settur tal-kostruzzjoni. Dawn barra attività li ssir ta’ kull sena indirizzata lejn periti li jkunu għadhom kif iggradwaw, u dan biex ikunu infurmati dwar il-qafas legali u biex ikunu mħeġġa jieħdu sehem iktar attiv fil-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà. Barra minn hekk, l-OHSA ippubblikat 18 il-dokument gwida ta’ interess għas-settur.
Leg 13 PQ #14593 Sitting 334 2020-05-25 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Telefown 153 — ilmenti dwar saħħa

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13847 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm daħlu lmenti fuq saħħa permezz tal-153 mill-2017 sal-lum u kemm minnhom għadhom pendenti?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 14158 għal kemm daħlu ilmenti fuq is-saħħa. Ninsab infurmat li minn dawn, ma hemm l-ebda każ individwali pendenti. Il-politika tas-servizz.gov hija li kull każ ikollu tweġiba u jekk din ma tkunx tista tingħata waqt telefonata, l-aġenti ta’ servizz.gov iċċemplu lura lill-klijenti bit-tweġiba . Servizz.gov għandu ukoll sistema ta’appuntamenti għal każijiet li jkollhom bżonn iktar attenzjoni għal soluzzjoni.Appuntamenti bħal dawn jistgħu isiru personali jew virtwali skont iċ-ċirkostanzi.
Leg 13 PQ #14594 Sitting 334 2020-05-25 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Telefown 153 — ilmenti fuq servizzi soċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13848 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm daħlu lmenti fuq servizzi soċjali permezz tal-153 mill-2017 sal-lum u kemm hemm minnhom għadhom pendenti?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 14158 għal kemm dahlu ilmenti fuq servizzi soċjali . Ninsab nfurmat li minn dawn, ma hemm l-ebda każ individwali pendenti. Il-politika tas-servizz.gov hija li kull każ ikollu tweġiba u jekk din ma tkunx tista tingħata waqt telefonata, l-aġenti ta’ servizz.gov iċċemplu lura lill-klijenti bit-tweġiba . Servizz.gov għandu ukoll sistema ta’appuntamenti għal każijiet li jkollhom bżonn iktar attenzjoni għal soluzzjoni.Appuntamenti bħal dawn jistgħu isiru personali jew virtwali skont iċ-ċirkostanzi.

Injorata Mejju 2020

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-infjorata Mejju 2020 li saret quddiem il-Palazz?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Infjorata Mejju saret b’nefqa tammonta għal €50,000 (VAT eskluż) u x-xogħol kien jinkludi armar u żarmar tal-infjorita, kif ukoll għotja tal-fjuri għal użu fi spazji pubbliċi madwar il-pajjiż u mill-Kunsilli Lokali wara li tiżżarma l-installazzjoni.

Ċentru ta’ Matul il-Jum — klijent

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji jintgħażel il-klijent li jattendi waħdu fiċ-Ċentru ta' Matul il-Jum mmexxi mill-Aġenzija Sapport?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li, l-Aġenzija Sapport matul dan il-perjodu baqgħet f’kuntatt kontinwu mal-klijenti tagħha u l-familjari tagħhom u tagħti s-sostenn meħtieġ. Dawk il-każijiet li jkunu severi jew meqjusa ta’ emerġenza, isirilhom assessjar komprensiv minn tim multi-dixxiplinarju li jqis il-bżonnijiet tal-klijent u tal-familja. Dawn jinagħtalhom servizz skont l-eżiġenzi tal-każ u fuq bażi one-to-one minflok fi gruppi bħala mezz ta’ prevenzjoni mit-tixrid tal-coronavirus.

Ċentri ta’ Matul il-Jum — ftuħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ċ-Ċentri ta' Matul il-Jum immexxija mill-Aġenzija Sapport ser jerġgħu jiftħu għan-normal?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li, ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b’Diżabilità mmexxija mill-Aġenzija Sapport jinsabu magħluqin fuq direzzjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika. Dawn ser jibqgħu magħluqa sakemm jingħata avviż ieħor mill-istess awtoritajiet. Sadattant, l-Aġenzija Sapport baqgħet f’kuntatt kontinwu mal-klijenti u qed twasslilhom programmi varji permezz ta’ pjattaformi differenti u l-użu tat-teknoloġija, minbarra li l-familjari qed jiġu segwiti b’mod regolari mill-impjegati tal-Aġenzija Sapport anke permezz ta’ telefonati. L-istess ġenituri huma wkoll mistiedna jipparteċipaw f’sessjonijiet onlajn (webinars) li qed jitwasslu kull ġimgħa minn professjonisti tal-Aġenzija bħala mezz ieħor ta’ sostenn għalihom.
Leg 13 PQ #14467 Sitting 333 2020-05-20 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati li jaħdmu ma’ kuntratturi li jagħtu servizz lis-settur pubbliku

Question

B' referenza ghall-interpellanza 13812 jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati mal-kuntratturi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament li jagħtu servizzi lill-entitajiet Governattivi?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Istituzzjonijiet finanzjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il istituzzjoni ġdida finanzjarja ġiet liċenzjata mill-2013 sal-lum? Jista’ jgħid kemm-il istituzzjoni finanzjarja ttiħdietilha, jew ma ġietx imġedda il-liċenzja?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kien hemm 1406 istituzzjoni ġdida finanzjarja li ġiet liċenzjata u 898 istituzzjoni finanzjarja li ċedew jew ittiħditilhom il-liċenzja tagħhom.

Kumpaniji u industriji li rrilokaw minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija u industrija rrikolat l-operat tagħha minn Malta mill-2013 sal-lum?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise jkollha informazzjoni dwar il-kumpaniji li jirrilokaw lejn Malta.

Filmati li qed jintwerew fuq media soċjali u stazzjonijiet lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jiswew il-filmati li qed jintwerew fuq il-media soċjali u anke fuq stazzjonijiet lokali? Jista’ jgħid min hi l-Production House li qiegħda tipproduċihom? Kemm qed jiswew dawn il-filmati? Dawn huma mħallsa minn fondi pubbliċi?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob l-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema filmat qed jirreferi.

Siti ta’ kostruzzjoni – inċidenti fatali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm inċidenti fatali minn ħaddiema fuq siti tal-kostruzzjoni mill-2013 sal-lum? Jista' jgħid jekk kienx hemm sidien jew min hu responsabbli, li tressaq il-qorti fuq dawn il-każijiet? Jista' jgħid kemm-il spezzjoni saret mill-OHSA fuq siti ta' kostruzzjoni, jekk sabux irregolaritajiet, jekk iva, x'passi ttieħdu, mill-2013 sal-lum? Jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu biex jiġu evitati traġedji fuq siti ta' kostruzzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt. SenaNumru ta’ fatalitajiet - kostruzzjoniKawżi ĠudizzjaliNumru ta' spezzjonijiet f’siti ta’ kostruzzjoniMulti amministrattiviKawzi oħra mibdija (mhux inklużi fit-tielet kolonna 20131nil*191015114 201422215013811 20152222871688 201633234732510 20171nil*219550041 201840**257753236 201930**227231914 * il-persuna mejta kienet waħda li taħdem għal rasha u ma kienx indikat li jittieħdu passi kriminali kontra terzi persuni. ** il-kawżi għadhom taħt Inkjesta Maġisterjali li għadha ma ngħalqitx.

Persuni Fuq Probation

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13805 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq probation bħala sentenza?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni li qegħdin fuq Probation bħala sentenza jammonta għal erba’ mija u erbatax (414).

Ħabs — persuni li qed jagħmlu programm ta' riabilitazzjoni mid-droga

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13804 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni għaddejjin b’sentenza ta’ ħabs u li qed jagħmlu programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm 16-il persuna li għaddejjin b’sentenza ta’ ħabs u li qed jagħmlu programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga. Dawn jinsabu mqassmin hekk: 7 il-Caritas, 3 s-Sedqa u 6 l-Fondazzjoni Rise. Ta’ min jgħid li għall-aħħar tliet xhur ma ntbagħtux iktar kandidati għall-programm wara li kien hemm qbil li dan ma jsirx minħabba biża’ ta’ kontaminazzjoni minħabba l-COVID-19. Tajjeb inżid li ġewwa Divizjoni 7 ġewwa l-ħabs hemm numru ta’ priġunieri li qed jiġu segwiti minn professjonisti biex inaqqsu l-metadone u jibdew jippreparaw ruħhom għal dawn il-programmi ta’ riabilitazzjoni.