Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Ġwann – maħżen għaż-żamma tal-mediċini – direct orders

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont mill-bidu nett sa issa, tad-Direct Orders li saru waqt it-twettiq tal-maħżen użat għaż-żamma tal-mediċini f’San Ġwann?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għal proġett msemmi minnu servizzi ta’ kiri ta’ handling equipment, numru ta’ insurance policies, maintenance tal-cold store facility, independent cycle stock counts kif ukoll installazzjoni ta’ access control system ngħataw direct order fuq perjodu ta’ 4 snin.

Sptar Monte Carmeli – pazjenti li ġew trasferiti fi djar jew homes privati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm pazjenti mill-Isptar Monte Carmeli (f'dawn iċ-ċirka sentejn) ġew trasferiti fi djar / homes tal-privat minħabba li s-swali li kienu fihom jew ingħalqu jew qed isir xogħol fuqhom? Jista’ jgħid kemm qed iħallas il-Gvern kuljum għal kull pazjent minn dawn li qegħdin f'homes privati? Jista’ jgħid jekk kull home tiswix l-istess u kif intgħażlu dawn il-homes? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Gvern setax bagħat lil dawn il-pazjenti f'St. Lukes jew Karin Grech jew dawn m'għadhomx tal-poplu minkejja l-flus li l-Gvern qed iħallas lil Steward Healthcare?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu li qed jirreferi għalih hu ġew trasferiti 169 pazjenti minn Monte Karmeli għaliex ma kienx għadu lok li jieħdu kura f’dan l-isptar. F’kull istanza t-trasferiment sar għal ġo istituzzjoni addata għal skont il-ħtieġa partikolari tal-pazjenti involuti. L-għażla ta’ dawn il- homes saret skont ir-regolamenti tal- Public Procurement .
Leg 13 PQ #14790 Sitting 338 2020-06-02 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni li daħlu jaħdmu mal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13810 u jgħid kemm iddaħħlu persuni jaħdmu mal-Gvern mill-2017 ‘l hawn, mhux f’position of trust? Jista’ jgħid kemm minnhom huma fuq kuntratt u kemm huma permanenti?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li fil-perjodu msemmi,daħlu jaħdmu 3613 b’mod indefinit u 1488 fuq kuntratt defenit b’objective reason. Il-lista ta’ hawn taħt turi fejn jaħdmu dawn l-impjegati: Post Definit Indefinit Office of the Presidency 0 3 Office of the Prime Minister 8 103 Ministry for Health 447 1040 Ministry for Foreign & European Affairs 64 80 Ministry for Finance & Financial Services 2 149 Ministry for Energy & Water Management 0 11 Ministry for Education & Employment 897 840 Ministry for the National Heritage, the Arts & Local Government 0 32 Ministry within the Office of the Prime Minister 0 15 Ministry for Transport, Infrastructure & Capital Projects 5 44 Ministry for the Family, Children's Rights & Social Solidarity 3 255 Ministry for Justice, Equality & Governance 5 43 Ministry for Agriculture, Fisheries & Animal Rights 24 135 Ministry for Social Accommodation 0 0 Ministry for the Economy, Investment & Small Businesses 0 1 Ministry for Tourism & Consumer Protection 1 165 Ministry for the Environment, Climate Change & Planning 15 85 Ministry for Gozo 3 108 Ministry for Home Affairs, National Security & Law Enforcement 14 504 Total 1488 3613
Leg 13 PQ #14791 Sitting 338 2020-06-02 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Barranin li jaħdmu fis-settur pubbliku u ma’ entitajiet Governattivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13811 u jgħid kemm hemm barranin jaħdmu fis-settur pubbliku u ma' entitajiet Governattivi? Jista’ jgħid kemm barranin ġejjin mill-Unjoni Ewropea u kemm minn pajjiżi terzi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li hemm 253 ħaddiema mill-iStati Membri tal-Unjoni Ewropea u 481 minn pajjizi terzi. Dawn jinsabu fis-servizz pubbliku u fl-entitiajiet fid-dekasteru tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #14792 Sitting 338 2020-06-02 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nefqa fuq komunikazzjoni lill-media

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14248 u jgħid x'nefqa saret għall-komunikazzjoni lill-media u reklamar, press conferences, u fuq facebook mill-2017 ’l hawn?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #14793 Sitting 338 2020-06-02 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Studenti li gradwaw fil-qasam tal-Allied Health – impjieg mal-istituzzjonijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13815 u jgħid kemm minn dawk li ggradwaw mill-Universtià jew MCAST f’xi kors f’qasam tal-Allied Health, sabu impjieg ma’ istituzzjoni governattiva?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-entitajiet msemmija ma jkollhomx l-informazzjoni mitluba. Infurmat ukoll mill-HR, Dipartiment Strateġija u Sapport, li filwaqt li Allied Health Practitioners mill-MEDE kienu marru ma’ Aġenzija Appoġġ meta s-servizzi ACTU mxew taħt l-istess aġenzija, Allied Health Professional ieħor li kien fil-MEDE ġie detailed ma’ Aġenzija Sapport b’seħħ minn Novembru 2019.

Inkjesti maġisterjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm inkjesti maġisterjali u kemm għadhom mhux konklużi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta sal-aħħar ta’ Marzu 2020 kien hemm 1694 inkjesta maġisterjali li għadhom mhux konkluż, waqt li fil-Qorti ta’ Għawdex sal-aħħar ta’ Marzu 2020 kien hemm 333 inkjesti maġisterjali li għadhom mhux konklużi.
Leg 13 PQ #14756 Sitting 337 2020-06-01 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz 153 – ilmenti fuq saħħa u sigurtà soċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu ilmenti fuq il-153 fuq saħħa u sigurtà soċjali mill-2017 sal-lum?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 14158.
Leg 13 PQ #14758 Sitting 337 2020-06-01 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Karozzi leased mill-Ministeri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il karozza ġiet leased Ministeru b’Ministeru mill-2019 sal-lum?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li huma tlieta l-karozzi leased fid-dekasteru tal-Prim Ministru.

COVID-19 – Telefonati fuq in-numri 25903000 u 25903030 – telefonati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il telefonata saret fuq in-numri 25903000 u 25903030 kemm ilna bil-miżuri tal-COVID-19? Kemm minn dawn it-telefonati ġew imwieġba u liema area kellha l-akbar numru ta' telefonati? X'kienu l-aktar mistoqsijiet jew preokkupazzjonijiet li ħarġu minn dawn it-telefonati?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.

COVID-19 — Dipartiment tas-CPSU – nefqa f’overtime

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm intefqu flus f’overtime fis-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) waqt il-COVID-19? Jista’ wkoll jagħti rendikont tal-ispiża li ntefqet sabiex inkrew ċertu laptops biex il-maġġoranza tad-Dipartiment jaħdem mid-dar? Mingħand min inkrew dawn il-laptops?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma ntefqet l-ebda spiża fir-rigward ta’ kiri tal-laptops peress li dawn il-laptops ġew mislufa internament minn dipartimenti oħrajn. Ninfurmah ukoll illi minn Frar sal-ahhar t’April ta’ din is-sena, l-ammont ta’ €69,324 intefaq f’overtime mid-dipartiment tas-CPSU. Dan l-overtime huwa relatat maż-żieda fl-attività għat-tħejjija għal COVID-19. Is-CPSU ġie assenjat biex jgħin lill-Gvern kollu bl-Akkwist u l-Provvisti tal-Ilbies Protettiv Personali flimkien ma’ provvisti relatati ta' trattamenti, tagħmir, servizzi u xogħlijiet.

CPSU – inventarju

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jeżistiex forma ta’ inventarju fis-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) għax minn informazzjoni li għandi, dan l-eżerċizzju ilu ma jseħħ snin? Għaliex l-inventarju tal-post mhuwiex aġġornat speċjalment meta dan id-dipartiment huwa inkarigat mix-xiri u l-ksib ta’ mediċini u materjal ieħor?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-Central Procurement and Supplies Unit jeżisti inventarju sħiħ, komplet u li jiġi aġġornat perjodikament hekk kif mitlub mir-regolamenti finanzjari tal-gvern Malti u skont il-bżonnijiet tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.

Każijiet ta’ separazzjoni — Persuni mressqa l-Qorti fuq nuqqas ta’ manteniment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni mressqa quddiem il-Qorti f’din il-Leġiżlatura fuq akkużi li naqsu li jagħtu manteniment f’każijiet ta’ separazzjoni? Kemm minhom weħlu l-ħabs u kemm weħlu f’kull każ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu qiegħda titpoġġa fuq l-mejda tal-kamra.

MCCAA – spezzjoni dwar konformità ta’ prodotti diżinfettanti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il spezzjoni saret mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) dwar il-konformità ta' prodotti diżinfettanti mal-liġi dwar il-Bijoċidi u liġijiet dwar l-ittikettar tagħhom? Kemm-il prodott instab mhux konformi?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19, l-MCCAA rat żieda fl-inċidenza ta' prodotti ta' diżinfezzjoni mhux notifikati fis-suq. Dan ħareġ mill-kontrolli li l-Awtorita’ tagħmel fuq prodotti li jinsabu fuq is-suq. Bħala parti mill-kontrolli, twettqu total ta' 258 spezzjoni. 69-il prodott instabu li m’humiex konformi. Mid 69-il prodotti li nstabu li m’humiex konformi, 21-il prodott ġew notifikati u għaldaqstant konformi. Il-proċess ta’ notifikazzjoni huwa għaddej għal kumplament tal-prodotti, wara li l- Awtorita’ ħadet azzjoni u l-operaturi tan-negozji identifikati ġew infurmati dwar id-dispożizzjonijiet regolatorji sabiex il-prodotti relatati jiġu rregolarizzati skont id-dispożizzjonijiet applikabbli li jinkludu wkoll ir-rekwiżiti neċessarji li tikketta għandu jkollha.

Maskri protettivi kontra l-COVID-19 – spezzjoni fuq CE marking

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru spezzjonijiet fuq 'CE marking' ta' maskri protettivi kontra l-COVID-19 mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena? Kemm-il tip ta' maskra ġiet kontrollata?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur għamlet 75 spezzjoni fuq maskri protettivi. Dawn kienu jinkludu maskri li kienu qed jinbiegħu online u fuq Facebook, kif ukoll spezzjonijiet fuq il-post. Ittieħdu 21 azzjoni fuq dawk il-maskri li nstabu mhux konformi, fejn dawn ġew imwaqqfa milli jinbiegħu jew ġew mneħħija minn fuq is-suq. Barra minn hekk, kien hemm 68 każ li jvarjaw minn talbiet għall-informazzjoni mingħand Operaturi Ekonomiċi u d-Dipartiment Ċentrali ta' Akkwist ta’ Provvisti (CPSU), kif ukoll ilmenti u talbiet għal tagħrif ta’ informazzjoni mingħand konsumaturi li wassal għall-investigazzjoni u ko-operazzjoni mad-Dwana tal-Kontroll tal-Fruntiera, fejn iktar minn 50% tal-każijiet ġew irrifjutati minnħabba nuqqas ta’ marki u informazzjoni rikjesta mill-liġijiet applikabbli, u lanqas ma ġiet ipprovduta d-dokumentazzjoni neċessarja li turi konformità. Tipi ta’ maskri li ġew ikkontrollati huma tlieta: PPEs (personal protective equipment), Medical u non-PPE/medical (cloth mask).

Gżira Primary Health Centre

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fejn ġiet irrilokata temporanjament il-Gżira Primary Health Centre? Dawn il-premises inxtraw jew inkrew? Jekk inxtraw, kemm ġew jiswew? Jekk inkrew, kemm hi l-kirja kuljum? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-ftehim?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li qed isir xogħol estensiv ta’ rinovar u tiġdid fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira, numru sostanzjali ta’ servizzi offruti minn dan ic-Ċentru sal-14 ta’ Mejju 2020, mill-15 ta’ Mejju bdew jiġu offruti temporanjament minn sit fi Triq San Albert, daqs 150 metru ‘l bogħod minn dan iċ-Ċentru tas-Saħħa. Servizzi oħrajn li normalment jingħata appuntament għalihom, qegħdin jingħataw minn ċentri tas-Saħħa oħra. Dan is-sit ġie mikri għal sena mingħand il-Kunsill Lokali tal-Gżira.
Leg 13 PQ #14754 Sitting 336 2020-05-27 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel travelling card

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu intitolat biex ikollu l-Gozo Channel Travelling Card biex jagħmel użu mill-Gozo Channel? Jista' jgħid x' benefiċċji għandha din it-Travelling Card (Gozo Channel Card)?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li għandhom il-free pass, u għalhekk ma jħalsux in-noll għall-użu tal-vapur tal-Gozo Channel, ivarjaw minn żmien għal żmien, fosthom membri parlamentari, korp diplomatiku u uffiċjali pubbliċi.

Koppji li għażlu l-Corsa Regime

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il koppja miżżewġa għażlet il-Corsa Regime f'dawn l-aħħar 10 snin? Jista' l-Ministru jagħti din l-istatistika sena b'sena?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li dawn it-talbiet isiru fil-Qorti tal-Ġuridisdizzjoni Volontarja u wara tali awtorizzazzjoni isir kuntratt u jiġi reġistrat fir-Reġistru Pubbliku. Il-Qorti ma tinżammx statistika ta kemm isiru talbiet.

COVID-19 — Flus mill-multi miġbura mill-persuni li ma obdewx il-kwarantina

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari14157 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u 13690 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u issa ġew riferuta lilu u ċjoè: jista' jgħid kif se jkunu utilizzati l-flus miġbura mill-multi li qed jingħataw lil dawk il-persuni li ma jobdux il-kwarantina obbligatorja jew regoli oħra maħruġa mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika? Jistgħu dawn il-flus jintużaw mill-Gvern għall-pakketti finanzjarji mħabbra minnu, minflok idur għall-pagiet tal-ħaddiema tal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.