B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14628, jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il koppja miżżewġa għażlet il-Corsa Regime f'dawn l-aħħar 10 snin? Jista' l-Ministru jagħti din l-istatistika sena b'sena?"
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li r-Reġistru Pubbliku ma jżommx rekord tar-reġim matrimonjali li tagħżel koppja qabel jew wara ż-żwieġ.
COVID-19 — Flus mill-multi miġbura mill-persuni li ma obdewx il-kwarantina
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14682 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, 14157, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u 13690 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u issa ġew riferuti lilu u ċjoè: jista' jgħid kif se jkunu utilizzati l-flus miġbura mill-multi li qed jingħataw lil dawk il-persuni li ma jobdux il-kwarantina obbligatorja jew regoli oħra maħruġa mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika? Jistgħu dawn il-flus jintużaw mill-Gvern għall-pakketti finanzjarji mħabbra minnu, minflok idur għall-pagiet tal-ħaddiema tal-Gvern?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li l-proċess li jintu¿a huwa l-istess wieħed f’każ ta’ kull multa oħra, il-gvern ma qgħadx lura milli jħabbar miżuri biex jgħinu lill-familji u n-negozji. Tħabbru pakketti finanzjarji u ta’ inċentivi fl-eqqel tal-pandemija u tħabbar pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika lbieraħ b’investiment ta’ €900m.
Għax il-Gvern għandu viżjoni u kien bilgħaqal ma kellux għalfejn jistenna l-flus tal-multi biex iwieżen il-familji u n-negozji u jissalvagwardja l-impjiegi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14753 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid min hu intitolat biex ikollu Passaport Diplomatiku? Jista’ jgħid kemm hemm persuni li għandhom passaport diplomatiku?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 679 persuna li għandha passaport diplomatiku. Sabiex wieħed ikun eliġibbli għal dan it-tip ta’ passaport irid ikun jaqa’ taħt waħda mill-kategorija tal-policy dwar il-passaporti diplomatiċi.
B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14752, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-ftehim tal-kirja tal-Gżira Primary Health Care li sar mal-Kunsill Lokali tal-Gżira?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-kuntratt tal-ftehim tal-kirja tal-Gżira Primary Health Care.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kumpanija ġiet assenjata biex tagħmel id-dawl biex xegħel il-bini biex jgħid ‘Grazzi għall-ħidma waqt l-imxija tal-COVID-19’?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li kull ma sar kienu projections ma’ bini li kienu parti minn produzzjoni ta’ video għal għan li semma l-Onor. Interpellant.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika b’liema kriterji ntgħażel is-CEO tal-Isptar Monte Karmeli? Jista’ jippreżenta lil din il-Kamra l-pakkett finanzjarju marbut ma’ din il-pożizzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant li s-CEO tal-Isptar Monte Karmeli intagħżlet fuq il-mertu tal-kapaċitajiet u ħiliet tagħha fil-qasam tat-tmexxija kif ukoll fuq il-kompetenzi, ħiliet u esperjenza fil-qasam kliniku li tgawdi. Il-persuna tokkupa il-kariga ta’ konsultenta fil-qasam mediku b’ħafna snin ta’ esperjenza fit-tmexxija fis-settur tas-saħħa fosthom fl-isptar Monte Karmeli u mexxiet is-Servizz Nazzjonali tal-iScreening. Apparti li hija tabiba tal-mediċina (MD) għandha ukoll MSC fis-Saħħa Pubblika kif ukoll MBA. Il-pakkett finanzjarju tagħha huwa skont il-ftehim kollettiv bejn il-Ministeru tas-Saħħa u l-Assoċjazzjoni Medika Maltija.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’sar minnu t-tender dwar l-isptar pre-fabbrikat? Jekk it-tender ingħata sarx xi ħlas minn quddiem għal dan l-Isptar? Jekk le hux se jżomm mal-obbligi kuntrattwali?
Jista' l-Ministru jagħti break down tal-€500,000 li ġew allokati għall-housing soċjali fl-2019? Kif intefqu jew se jintefqu dawn il-fondi? Kemm ibbenefikaw persuni jew familji minn din il-miżura?
Response (GALDES, RODERICK)
L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li għall-housing soċjali ġew allokati €130 miljun, fejn dan ifisser l-akbar investiment li qatt sar fil-housing soċjali f’pajjiżna u li permezz tiegħu, ser jibbenefikaw għexieren ta’ familji li huma ġenwinament fil-bżonn. Għaldaqstant, nitlob l-Onor. Interpellant biex jispeċifika eżattament għal liema €500,000 qiegħed jirreferi.
Dipartiment tal-Anzjanità Attiva, Child Protection Services u Child Safety Services — social workers
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex jiżdiedu s-social workers fid-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, fiċ-Child Protection Services u ċ-Child Safety Services mill-iktar fis possibbli? Kemm beħsiebu jżid l-istaff għal dawn it-tliet servizzi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nibda billi niġbed l-attenzjoni tal-kollega li ċ-Child Safety Services huwa servizz tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u għaldaqstant nistiednu jirreferi dik il-parti tal-mistoqsija lil Ministru ikkonċernat.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) qed tagħmel minn kollox biex iżżid il-professjonisti soċjali impjegati magħha u li, mbagħad, ikunu assenjati biex jaħdmu kemm fid-diversi aġenziji tagħha u kemm ma’ diversi entitajiet oħra tal-Gvern permezz ta’ ftehim kuntrattwali magħrufa bħala Service Level Agreements (SLAs).
Fost l-oħrajn infakkar li sentejn ilu l-FSWS u l-UĦM iffirmaw Ftehim Kollettiv għal-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u l-31 ta’ Diċembru, 2021. Dan kien Ftehim Kollettiv storiku għax għall-ewwel darba rrikonoxxa li l-professjonisti tal-FSWS, jiġifieri l-ħaddiema soċjali (social workers), tuturi soċjali (social mentors), psikologi (psychologists), terapisti tal-familja (family therapists), community workers, youth workers u counsellors; jaħdmu mal-aktar persuni vulnerabbli u ma’ ka¿ijiet li jkollhom bżonn għajnuna speċjalizzata Dan ir-rikonoxximent issarraf f’dik li hija magħrufa bħala l-FSWS Allowance ta’ € 1,500 ewro fis-sena għal dawn il-kategoriji ta’ professjonisti li huma warranted u li jiffurmaw madwar 60% tal-impjegati kollha tal-FSWS. Minbarra din l-allowance, infakkar lill-Onor. Interpellant li, dawn il-ħaddiema kollha ħadu wkoll żieda medja ta’ € 1,100 ewro fis-sena fis-salarju bażiku tagħhom. Barra minn hekk il-Ftehim Kollettiv ipprovda wkoll għal Continuous Professional Development (CPD) Allowance ta’ € 700 fis-sena.
Dan kollu sar biex il-ħidma ta’ dawn il-professjonisti tkun rikonoxxuta anki b’ mod finanzjarju u tagħmilha wkoll attrajenti biex il-professjonisti jaħdmu mal-FSWS.
Minbarra dan l-FSWS tgħin lill-Università billi toffri madwar 90% tal-practice placements lid-Dipartiment tas-Social Work & Social Policy għall-istudenti tat-tielet u r-raba’ sena u b’hekk tħajjarhom jimpjegaw ruħhom magħha. Tajjeb ngħid li din l-istrateġija qed taħdem għax waqt li l-Università qed tipproduċi medja ta’ madwar 30 social worker fis-sena, l-FSWS irnexxielha dejjem f’dawn l-aħħar snin timpjega bejn wieħed u ieħor medja ta’ 23 – 25 minn dawn il-gradwati ġodda fis-social work.
Tajjeb ngħid ukoll li s-sena li għaddiet il-Ministeru għen ukoll lill-Fakultà biex tagħmel kampanja pubbliċċitarja ħalli tħajjar aktar żgħażagħ jagħżlu karriera fil-qasam soċjali.
Jista' l-Ministru jagħti break down tas-safar li marret fuqu s-CEO tan-National Commission for Further and Higher Education (NCFHE) fis-snin 2018 u 2019?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif se nsemmi:
Data/i
Pajji
ż
18 - 19 ta’ Ottubru 2018
Vienna - Awstrija
1 ta’ Frar 2019
Tirana - Albanija
12 ta’ Frar 2019
Brussels - Belġju
19 - 21 ta’ Marzu 2019
Strasbourg - Franza
3 - 4 ta’ April 2019
Bucharest - Rumanija
5 - 7 ta’ Ġunju 2019
Bucharest - Rumanija
24 - 26 ta’ Ġunju 2019
Bologna - Italja
2 ta’ Ottubru 2019
Helsinki - Fillandja
1 ta’ Awwissu 2019
Iżlanda
16 - 18 ta’ Ottubru 2019
Strasbourg - Franza
26 ta’ Novembru 2019
Venice-Italja
9 ta’ Diċembru 2019
Brussels - Belġju
Jista' l-Ministru jagħti break down tal-persuni kollha li telqu jew tkeċċew min-National Commission for Further and Higher Education (NCFHE) fis-snin 2019 u 2020 s’issa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlmentari 13625 u jgħid kemm hemm nies ta’ 'l fuq minn 50 sena li se jieħdu benefiċċji soċjali u x'tip?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra. Madanakollu, ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni li tingħata mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali rigward in-numru tal-benefiċċjarji, tkun tirrifletti dejjem in-numru attwali ta’ benefiċċjarji. Id-Dipartiment qatt ma jista’ jkun jaf in-numru ta’ benefiċċjarji li (ġejjin mil-liema kategorija ġejjin), li għadhom mhumiex applikanti sad-data li fiha tkun qed titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14464, jista’ l-Ministru jagħti break down dettaljat tal-ispejjeż kollha u b’liema mod intgħażlu l-kuntratturi (jekk hu l-każ)?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-kuntrattur tal-Infjorata ta’ Mejju 2020 intgħa¿el b’Direct Order skont il-proċeduri stabbiliti wara li inħareġ tender għal darbtejn u ma applika ħadd. In-nefqa tammonta għal €50,000 (VAT eskluż).
Ninfora lill-Onor. Interpellant li l-infjorata rawha l’fuq minn 88,000 ruħ madwar id-dinja permezz ta’ webcam.
Ix-xogħol li sar huwa kif muri fit-Tabella li qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx kunsiderazzjoni għall-inkwilini tal-ħwienet tal-Belt li jkunu avvanzati fil-età li għandhom titlu ta’ kirja u japplikaw biex tinqeleb ċens bl-Iskema tal-Valletta Shop Scheme sabiex ikunu jistgħu jissullokaw?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi talbiet taħt l-iskema tas-Shop Scheme, jiġu pproċessati skont il-parametri u r-rekwiżiti tal-iskema innifisha.
Filmati li qed jintwerew dwar tindif fi blokok tal-housing estates
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14250, jista' l-Ministru jgħid kemm qed jiswew il-filmati li qed juru tindif fil-blokok tal-housing estates u li qed jintwerew fuq il-media soċjali u anke fuq stazzjonijiet lokali? Jista’ jgħid min hi l-Production House li qiegħda tipproduċihom? Kemm qed jiswew dawn il-filmati? Dawn huma mħallsa minn fondi pubbliċi?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din kienet inizjattiva inter-ministerjali fid-dawl tal-pandemija tal-Covid-19 bil-għan li tiġi mħarsa s-saħħa tar-residenti tal-housingestates. Għaldaqstant, huwa l-obbligu tal-Ministeru li jinforma lill-pubbliku. Tajjeb jingħad ukoll li r-regoli tal-procurementtal-Gvern dejjem ġew segwiti.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika b’liema kriterji ntgħażel is-CEO tal-Isptar Sir Paul Boffa? Jista’ jippreżenta lil din il-Kamra l-pakkett finanzjarju marbut ma’ din il-pożizzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija minnu diġa kellu l-istess kariga f’entita’ medika oħra għalhekk għandu l-esperjenza meħtieġa sabiex ikun jista jmexxi dan l-isptar. Is-salarju baqa’ ma nbidilx.