Peress li kull sena l-Valletta Cultural Agency torganizza festin għal mistiedna partikolari u peress li jidher li dan il-festin qed isir minn flus il-poplu, jista’ l-Ministru jgħid liema protokoll jintuża sabiex jintgħażlu l-mistiedna? Kemm ġew jiswew il-festini li saru fil-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ta’ Lejliet is-Sena l-ġdida 2019 u Lejliet is-Sena l-ġdida 2020?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat mill-Valletta Culture Agency li peress li din l-aġenzija ġiet imwaqqfa fl-2019, din kienet l-ewwel darba li l-aġenzija kienet involuta fl-attivitajiet ta’ lejliet l-ewwel tas-sena.
Hekk kif spjegat ukoll fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 15610, din l-attività kienet waħda mill-attivitajiet magħ¿ula taħt sejħa regolata mill-iState Aid. Il-Valletta Cultural Agency ma organizzatx il-festin imsemmi hi. Il-festin kien parti mill-attivitajiet li tellgħet l-organizzazjoni magħ¿ula taħt is-sejħa.
Jista’ l-Ministru jagħti d-data ta’ meta ħareġ it-tender sabiex jiġu organizzati l-attivitajiet ta’ lejliet l-ewwel tas-sena 2020 u jekk kienx hemm aktar minn kumpanija waħda li kienet intressata torganizza dan l-event annwali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Valletta Culture Agency illi din l-attività kienet waħda mill-attivitajiet magħżula taħt sejħa regolata mill-iState Aid.
Is-
sejħa
kienet ġiet ippubblikata mill-Valletta Cultural Agency (VCA) matul l-2019 u tinsab online fuq il-sit elettroniku tal-VCA. Din is-sejħa kellha 2 oqsma differenti li taħthom setgħet tiġi sottmessa applikazzjoni. Kien hemm kumpanija waħda biss (dik magħżula) li issotomettiet applikazzjoni taħt is-sezzjoni relevanti. Ir-riżultat ta’ din is-sejħa jinsab online fuq is-sit elettroniku tal-VCA
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15402, jista’ l-Ministru jara li jittella’ ħajt fl-għalqa li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, minħabba li din l-għalqa qiegħda tkun ta' aċċess biex xi persuni jitfgħu skart u li qed ikun ta' eyesore u ta' detriment għall-ġirien?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-art in kwistjoni mhiex proprjetà tal- Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid sakemm se jdum sospiż minn konsulent l-ex Kummissarju tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u hux se jieħu xi forma ta' remunerazzjoni minn dan ix-xogħol? Jekk iva kemm?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li dan il-kuntratt intemm.
Minn meta kien sospiż ma sar ebda ħlas u wisq inqas se jsir issa li l-kuntratt intemm.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15358 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B’referenza għall-applikazzjoni għall-bini ta' aktar flats fuq ir-raba' sular fix-Xlendi Għawdex li permezz tagħhom jitgħatta għal kollox il-blat naturali, jista’ l-Ministru jgħid għaliex qiegħed iħalli lill-Awtorità tal-Ippjanar tinjora l-oġġezzjonijiet tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u saħansitra tmur kontrihom? Peress li l-ERA hija ffinanzjata mit-taxxi tal-poplu, min qiegħed u se jerfa' dawn ir-responsabbilitajiet u kif se jerfagħhom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nixtieq intenni u nisħaq li, minkejja dak li jingħad, it-tmexxija ta’ dan il-Gvern u allura anke tal-Ministeru tiegħi hija msejsa fuq is-Saltna tad-Dritt. F’dan il-kuntest infakkar lill-Onorevoli Interpellant li kemm l-Awtorita’ tal-Ippjanar kif ukoll l-Awtorita’ ghall-Ambjent u r-Rizorsi twaqqfu permess ta’ liġijiet speċifiċi li jagħtuhom s-setat meħtieġa bħala regolaturi flimkien mal-qafas regolatorju rispettiv li huma joperaw go fih. Ċertament t-tnejn li huma għandhom awtonomija fir-rwol regolatorju tagħhom u nifhem li l-Onorevoli Interpellant mhux qed jitlobni biex nindaħal f’dan l-aspett bi ksur tas-saltna tad-dritt. Sadanittant infakkar li taħt l-liġi rispettiva je¿istu proċeduri ta’ rimedju li min għandu interess jista’ jagħmel rikors għalihom.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15445 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta l-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament se jgħaddi fuq il-Gvern biex imbagħad jibda jsejjaħ lill-familja?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità – carers għall-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk id-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandhomx lista’ ta’ dawk il-carers li jieħdu ħsieb l-anzjani tagħhom b’mod speċjali dawk li qed jgħixu fil-komunità? Jekk iva, id-Dipartiment qiegħed jorganizza korsijiet ta’ taħriġ lil dawn il-carers? Jekk iva, meta ġew organizzati dawn il-korsijiet u fuqiex kienu jikkonsistu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità iżżomm id-dettalji tal-carers impjegati mill-anzjani li jibbenefikaw mill-iskema tal-Carer at Home. Korsijiet ta’ taħriġ ma jiġux organizzati għal dawn il-carers peress li waħda mill-kundizzjonijiet sabiex anzjan jibbenefika mill-iskema hija li l-persuna mpjegata trid tippossjedi kwalifika rikonoxxuta.
Numru tat-telefon 153 – kwistjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il telefonata daħlet fuq il-153 li jistaqsu fuq kwistjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni soċjali fis-snin 2018 u 2019?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfirmat li l-ammont ta’ telefonati li daħlu fuq Freephone 153 li jitrattaw akkomodazzjoni soċjali bejn l-2018 u l-2019 huma ta’ 5,160.
Jista’ l-Ministru jara li jittella’ ħajt f'għalqa li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, minħabba li din l-għalqa qiegħda tkun ta' aċċess biex xi persuni jitfgħu skart u li qed ikun ta' eyesore u ta' detriment għall-ġirien?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jipprovdi site plan li fuqha jkun hemm immarkata l-għalqa msemmija sabiex ikun jista’ jsir l-istħarriġ neċessarju fuq dan il-każ
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14978, fl-20 ta’ Frar, 2019 il-Ministru kien għamel Press Conference fejn kien irrefera l-iskop ta’ dawn in-nofs miljun euro, għaldaqstant jista’ l-Ministru jagħti break down ta’ dawn in-nofs miljun euro li kien ħabbar dakinhar?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għotja ta’ €500,000 ġiet imqassma bejn żewġ organiżazzjonijiet volontarji u li huma mid-Dlam għad-Dawl u Richmond Foundation. Dawn intgħażlu wara sejħa għall-proġetti li ġiet evalwata minn bord ta’ esperti li nħatru għal dan il-għan. L-ewwel pagament ta’ din l-għotja kien ta’ 80% illi jammonta għall-€160,000 minn total ta’ €200,000 u €240,000 minn total ta’ €300,000 rispettivament. L-20% l-oħra tal-għotja ser tiġi mogħtija lil dawn l-istess organiżazzjonijiet hekk kif ix-xogħlijiet ikunu kompluti.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 15103 fejn hemm indikat dwar il-ftehim li sar rigward premises ċjoè fejn il-primary healthcare u l-Kunsill Lokali Gżira (il-fond qed jingħata separatament ), li dan il-fond huwa mikri lil Kunsill Lokali tal-Gżira minn partijiet terzi, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan il-ftehim, li sar bejn il-Kunsill Lokali tal-Gżira u s-sidien oriġinali ta’ dan il-fond li qed jintuża temporanjament bħala l-primary healthcare?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim mitlub.
B’referenza għall-applikazzjoni għall-bini ta' aktar flats fuq ir-raba' sular fix-Xlendi Għawdex li permezz tagħhom jitgħatta għal kollox il-blat naturali, jista’ l-Ministru jgħid l-għaliex qiegħed iħalli lill-Awtorità tal-Ippjanar tinjora l-oġġezzjonijiet tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u saħansitra tmur kontrihom? Peress li l-ERA hija ffinanzjata mit-taxxi tal-poplu, min qiegħed u se jerfa' dawn ir-responsabbilitajiet u kif se jerfagħhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Applikazzjonijiet pendenti għall-Akkomodazzjoni Soċjali
Question
Jista' l-Ministru jindika fejn għandu applikazzjonijiet pendenti mal-Awtorità tal-Ippjannar għall-akkomodazzjoni soċjali u f'liema siti oħra qiegħed jippjana li japplika għall-permessi matul din l-leġiżlatura?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħidma fuq dawn il-proġetti għadha għaddejja.
Jista' l-Ministru jindika f'liema lokalitajiet se jsir żvilupp tal-ikbar ammont ta' housing soċjali? Jista’ jgħid ukoll kemm se jkun l-investiment f'kull sit u jekk sarux studji soċjodemografiċi fil-lokalitajiet bl-akbar żvilupp biex ikun assigurat li s-servizzi fil-komunità bħal l-iskejjel tal-lokalità, il-parkeġġ, l-immaniġġar tat-traffiku u l-immaniġġar tal-iskart, fost oħrajn jifilħu għal influss ta' nies li jmorru joqogħdu f'żona jew f'lokalità kollha f'daqqa?
Response (GALDES, RODERICK)
Kull żvilupp propost qed isegwi l-policies tal-pjani lokali u r-regolamenti dwar l-ippjanar eżatt bħal f’kull żvilupp li jsir mill-privat.
Billi skont statistika tal-Unjoni Ewropea qed jindika li f’pajjiżna għandna waħda mill-għola rata ta’ obeżità, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Istrateġija dwar l-Obeżità? Sa issa x’twettaq minn din l-istrateġija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul dawn l-aħħar snin, apparti l-istrateġija Nazzjonali A Healthy Weight for Life ttieħdu diversi inizzjattivi sabiex il-problema tal-obeżita’ f’Malta tonqos, fosthom l-Avviż Legali numru: 266 tal-2018 fejn jittratta dwar ikel u xorb bnin fl-iskejjel. Ninfurmah ukoll illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra il-Food and Nutrition Policy and Action Plan for Malta fejn ġew identifikati l-prijoritajiet sabiex jiġu ndirizzati l-isfidi ewlenin tas-Saħħa Pubblika fil-qasam tan-nutrizzjoni u s-sigurta’ tal-ikel.
Kien hemm ukoll d-Design of Healthy Plate guidelines fejn din id-dieta’ kienet ibbażata fuq dik Mediterranja, Lunch box campaign u proġett ieħor li kien ko-iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea bil-għan li jippromwovu l-attività fiżika fost l-adoloxxenti fl-iskejjel u fil-komunità. L-evalwazzjoni ta 'dan il-proġett wriet impatt fuq l-ammont ta' attività fiżika mwettqa.
Inizzjattivi oħra jinkludu diversi kampanji li jsiru kull sena, fosthom fil-komunitajiet u l-postijiet tax-xogħol fejn ommijiet ġodda ikunu nfurmati dwar l-importanza tat-treddigħ lit-trabi tagħhom speċjalment fl-ewwel sitt xhur tal-ħajja, isiru ukoll Weight Management Programmes fil-komunita għal-adulti, Provvista ta' servizzi f'Dar Kenn għal-Saħħtek għal nies obeżi u fost inizzjattivi oħrajn kompla jingħata ukoll appoġġ lin-nisa tqal u ommijiet ġodda biex jadottaw drawwiet alimentari tajbin għalihom infushom u l-familji tagħhom permezz ta' inizzjattivi edukattivi u komunitarji.
Isiru ukoll Sorveljanza u monitoraġġ kontinwu tal-konsum tal-ikel u l-attività fiżika li tinkludi
Child Obesity Surveillance Initiative
,
Healthy Behaviour in School-aged children
u l-
European Health Interview Survey
kif ukoll beda’ jsir pjan li jkopri oqsma ta' prijorità għal azzjoni marbuta ma' fatturi ta' riskju li jistgħu jiġu evitati, imġieba riskjuża u ambjenti ħżiena għas-saħħa.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 14876, jista’ l-Ministru jindika liema huma l-kunsilli lokali li organizzaw l-iskemi kif imniżżel hawn taħt u dawn meta ġew organizzati:
a. Skema Finanzjarja favur il-Komunità – Ħajja Aħjar permezz ta’ Eżerċizzju Fiżiku u Sports;
b. Skema Għajnuna Finanzjarja għall-Korsijiet ta’ Tagħlim tul il-Ħajja (Lifelong Learning); u
c. Skema Finanzjament ta’ Programmi – Għaqal id-Dar – Ħajja Aħjar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Aġenzija Sedqa – servizzi għall-persuni li jikkunsmaw ammont għoli ta’ alkoħol
Question
Jista’ l-Ministru jindika x’qiegħda tagħmel l-Aġenzija Sedqa sabiex tonqos ir-rata għolja ta’ adulti u adoloxxenti li qed jirrikorru għall-konsum għoli ta’ alkoħol? X’servizzi jeżistu f’pajjiżna biex jgħinu dawn il-persuni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Aġenzija SEDQA li hija l-Aġenzija Nazzjonali Kontra l-Abbuż mid-Droga Alkoħol u Dipendenzi Oħra, fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) tassisti individwi minn kull sfera tas-soċjetà, li jersqu lejn is-servizzi tagħha minħabba użu eċċessiv minn sustanzi u dipendenzi. Fost dawn, l-Aġenzija SEDQA toffri servizzi fuq livell multidixxiplinarju lil individwi li jitolbu għajnuna relatata ma’ konsum għoli ta’ alkoħol.
Fil-qosor, is-servizzi tal-Aġenzija SEDQA, f’dan il-qasam, jinkludu kemm programmi ta’ PREVENZJONI kif ukoll dawk ta’ TERAPIJA, KURA u RIJABILITAZZJONI kif spjegat f’aktar dettal jkun hawn taħt:
1. PREVENZJONI
Dawn is-servizzi jibdew fuq livell ta’ prevenzjoni, fejn l-aġenzija żiedet b’mod sostanzjali s-servizzi tagħha fl-iskejjel, fejn minn l-aħħar sena skolastika żdiedu żewġ programmi oħra ma’ dak li jingħata fil-Year 3. Dawn il-programmi issa qed jingħataw ukoll fil-Year 5 u fil-Form 2 fl-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex sabiex ikun hemm kontinwazzjoni dwar għarfien relatat ma’ life skills u wkoll sustanzi u l-uzu eċċessiv tal-alkoħol.
Tul il-pandemija l-aġenzija Sedqa, b’kollaborazzjoni mal-Public Broadcasting Services, ipproduċiet ukoll materjal li ser jingħata online lill-istudenti kollha li tilfu xi sessjonijiet minn dawn il-programmi minħabba l-għeluq tal-iskejjel. Jingħataw ukoll sessjonijiet fuq il-postijiet tax-xogħol permezz tas-SAFE (Substance Abuse Free Employees) Programme sabiex tingħata assistenza lill-management ta’ kumpaniji u individwi li jkunu qed jesperjenzaw tali diffikultajiet, kemm personali u wkoll fejn jidħlu l-impjegati tagħhom.
2. TERAPIJA
Barra minn hekk, fil-qasam tal-kura, l-Aġenzija SEDQA toffri wkoll sessjonijiet professjonali minn social workers mill-uffiċċji tagħha f’Santa Venera, fejn individwi b’diffikultajiet ta’ dipendenzi jistgħu jirrikorru għall-għajnuna b’mod regolari. Skont il-bżonnijiet li jippreżenta l-individwu, dan jista’ jiġi riferut ukoll għas-servizzi psikoloġiċi li toffri l-istess Aġenzija SEDQA.
3. KURA
Is-servizzi relatati ma’ użu ta’ alkoħol jestendu ruħhom ukoll ġewwa ċ-ċentru tad-Detox f’ Gwardamanġia, fejn tim ta’ tobba speċjalizzati u infermiera ifasslu pjanijiet ta’ kura mas-social workers sabiex jassistu individwi milquta minn tali diffikultajiet. Dan is-servizz jinkludi wkoll Inpatient Detoxification ġewwa s-Substance Misuse Inpatient Unit (Dar l-Impenn) fiċ-Ċentru għas-Servizzi ta’ Rijabilitazzjoni Residenzjali li l-Aġenzija SEDQA temxxi u topera f’Ħal Farruġ, fejn individwu jiġi rreferut mit-tobba għal ditossifikazzjoni mill-alkoħol.
4. RIJABILITAZZJONI
Individwi bi problemi ta’ użu mill-alkoħol għandhom ukoll il-faċilità li jirrikorru għall-programm ta’ rijabilitazzjoni ġewwa l-Kommunita’ Santa Marija f’Ħal Farruġ. Dan il-programm huwa maqsum fi 3 fażijiet differenti, fejn tim multidixxiplinarju ta’ terapisti, social workers u tobba jassistu l-individwu għal perjodu ta’ sena u xahrejn sakemm l-individwu, fl-aħħar fażi, jiġi mgħejjun jerġa’ jintegra ruħu lura fis-soċjeta’.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għaqdiet volontarji f'Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 1559 organizzazzjoni reġistrati b’VO number. Barra minn hekk hemm 18-il organizzazzjoni oħra fit-Tieni Reġistru tal-CVO. Infurmat li hemm ukoll 85 organizzazzjoni li qed jiġu proċessati iżda qegħdin jistennew feedback mingħand il-klijenti.