Skont dak li ġie rappurtat f’paġna 7 tar-Rapport Annwali tal-Awtorità tad-Djar 2019, fejn inqatgħu ftit inqas minn 500 applikant mil-lista ta’ stennija għal post ta’ housing, jista’ l-Ministru jgħid mil-liema kategorija ġejjin dawn l-applikanti, kategorija b’kategorija? Fuq liema kriterju tnaqqsu dawn l-applikanti? Dawn ma kellhomx bżonn alternattiv?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija ser titwieġeb f'seduta oħra
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha f’idejha postijiet dilapidati l-Awtorità tad-Djar, li mhumiex għand l-inkwilini sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda? Jekk iva f’liema lokalitajiet jinsabu dawn il-proprjetajiet?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita tad-Djar għandha 33 post dilapidat ġewwa il-Belt Valletta, Bormla, Birgu, Isla, Msida, Żejtun u Rabat b'uħud minhom għadhom għaddejjin fil-proċess tat-trasferiment bejn l-Awtorita' tal-Artijiet u l-Awtorita' tad-Djar
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskemi tal-Awtorità tad-Djar miftuħa sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda? Meta twaqqfet kull skema u kemm hu l-budget ta’ kull skema?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskemi li għandha miftuħa bħalissa l-Awtorità tad-Djar, il-budget għal kull skema kif ukoll id-data ta’ meta ġiet ippubblikata kull skema qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet li l-Gvern huwa s-sid tagħhom u li huma mikrijin lill-inkwilini rikonoxxuti? Kemm hu l-valur medju ta’ prezz kummerċjali u l-prezz issussidjat?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista ta postijiet li l-Gvern huwa s-sid tagħhom tinsab fit-tabella hawn taħt indikata.
Last updated on 19/6/2020
Owned by HA
Administered by HA
Owned and Administered by the Government
Total
Leased flats
3318
406
1547
5271
Leased houses and maisonettes
267
35
1282
1584
Total
3585
441
2829
6855
Total ta’ appartamenti li jinkludu penthouses, maisonettes u djar li huma l-Awtorita’ tad-Djar hija s-sid tagħhom jammontaw għal
3585
.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' kif niżlet il-lista pendenti għal housing soċjali u kif din niżlet minn Jannar 2020 sal-ġurnata tal-lum, kategorija b'kategorija, u kemm minn dawn ingħataw post?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi fil-perjodu ndikat mill-Interpellant, il-lista pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali niżlet b’131 fejn minn dawn, 51 applikant ingħataw allokazzjoni.
L-informazzjoni rigward il-kategoriji qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid kemm hawn persuni li jbatu minn mard respiratorju u jekk dan in-numru żdiedx wara l-imxija tal-COVID-19?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar tal-2017 sad-29 ta’ Frar ta’ din is-sena kien hemm 13,898 persuna li ngħatat il-mediċina għal kull tip ta’ mard respiratoju mill-POYC, filwaqt li bejn l-1 ta’ Marzu u t-30 ta’ Ġunju ta’ din is-sena kien kemm ta’ 1,269 persuna oħra li bdiet tingħata din it-tip ta’ mediċina.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid kemm hawn persuni li jbatu minn mard respiratorju lokalità b’lokalità mill-2017 'l hawn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa li sar fil-2014/2015 kien hemm 2% il-persuna li jbatu minn mard respiratorju kroniku (Chronic Obstructive Pulmonary Disease, COPD) u 8.9% il-persuna li jbatu mill-Asthma. Dawn huma maqsuma skont ir-reġjun kif tidher fit-tabella t’hawn taħt.
% ta’ nies li jbatu minn mard respiratorju 2014/2015.
South Habour
North Habour
South Eastern
West
North
Gozo
Total
COPD life time prevalence
2.2%
2.0%
1.1%
3.5%
1.0%
2.7%
2.0%
Asthma life time prevalence
11.8%
7.8%
10.8%
9.1%
7.2%
4.5%
8.9%
Dan l-istudju isir kull 5-6 snin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-11,000 u fuqhom li huma bla xogħol huma rġiel u kemm nisa? Kemm minnhom għandhom iktar minn 50 sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li ċ-ċifra kwotata fil-mistoqija tirreferi għal data miġbura mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid hux se jkun hemm fondi Ewropej allokati, jew xi proġett maħsub biex jippromwovi l-ugwaljanza għall-perjodu 2021-2027?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-perjodu 2021-2027, il-Ministeru qed ifassal proġetti ġodda relatati mall-promozzjoni tal-ugwaljanza liem proġetti ser jiġu proposti meta jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-fondi. Barra min hekk matul l-istess perjodu indikat mill-Onorevoli Membru ser ikunu qed jiġu fi tmiemhom 3 proġetti oħra fil-qasam tal-ugwaljanza u li għalihom kienu diġa ngħataw il-fondi.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Ħaddiema b’diżabilità
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10177, jista’ l-Ministru issa jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b’diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilita’ tal-Ministeru tiegħi, ma jżommux informazzjoni tal-impjegati skont jekk għandhomx diżabilita’.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Tfal taħt care order
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14795, jista’ l-Ministru issa jagħti risposta dwar in-numru ta’ tfal taħt care order f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li t-tweġiba se tingħata waqt seduta oħra.
Aġenzija Sapport: Aċċess fil-lokalitajiet ta’ Maltu u Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħda tagħmel l-Aġenzija Sapport sabiex il-persuni b’diżabilità jkollhom aċċess sħiħ fil-lokalitajiet kollha ta’ pajjiżna b’mod speċjali fil-postijiet tal-Aġenzija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-binjiet tal-Aġenzija huma kollha aċċessibbli skont l-istandards maħruġa mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità. Dan jgħodd għar-residenzi, ċentri ta’ matul il-jum kif ukoll uffiċini tal-Aġenzija. Bħala parti mill-proġett INK immexxi mill-Aġenzija, kumpaniji jingħataw ukoll taħriġ dwar kif jistgħu jagħmlu l-post tax-xogħol tagħhom aktar aċċessibbli. L-Aġenzija tenfasizza u tippromwovi ukoll li kumpaniji u entitajiet li joperaw fil-pubbliku f’Malta u Għawdex, jimxu mal-Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Diżabilita), Kap 413 tal-Liġijiet ta’ Malta, sabiex ikun assigurat li persuni b’diżabilita’ ikollhom aċċess sħiħ fil-komunita’.
Aġenziji Appoġġ, Sapport u Sedqa: Taħriġ lil carers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Aġenziji Appoġġ, Sapport u Sedqa għandhomx korsijiet ta’ taħriġ biex jiġu mogħtija lil carers tal-klijenti tagħhom speċjalment biex ikunu jafu tajjeb l-irwol li jridu jwettqu? Jekk iva, meta saru dawn il-korsijiet ta’ taħriġ matul is-sena l-oħra?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm persuni li jaħdmu fil-Gaming Industry? Kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, fl-aħħar ta’ Novembru 2019, li huma l-aħħar ċifri ppublikati, in-numru ta’ persuni li jaħdmu fil-Gaming Industry kien ta’ 8,973 li minnhom 2,717-il persuna kienu Maltin filwaqt li 6,256 persuna kienu barranin.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min hu ċ-Chief of Staff il-ġdid tiegħu jekk hemm xi ħadd? Jekk fin-negattiv meta se jaħtar xi ħadd?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għaddej proċess biex timtela l-kariga li semma hu.
Maġistrat – rifjut ta’ xhieda ta’ tfal li huma taħt l-età
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Maġistrat għandux dritt jirrifjuta xhieda ta’ tfal li huma taħt l-età biex jirrakkontaw dak li għaddejjin minnu d-dar kemm m’ommhom kif ukoll ma’ missierhom?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor Interpellant li din l-interprellanza tidher li ma tistax issir skont l-Ordni Permenanti tal-Kamra numru 27 (5) tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra tad-Deputati (L.S. Kost.02). Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-Maġistrat li jkun qiegħed jisma’ kawża għandu kull dritt li jirregola l-provi li jinġiebu quddiemu.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14852 u peress li ngħadd li n-nefqa tammonta għal €50,000 (VAT eskluż) u fit-tabella provduta mhux inkluż l-ispejjeż kollha sabiex ittellgħet din l-attività bħal web cams set-up, transmissions, eċċ., jista’ l-Ministru jippreżenta t-tabella kollha bl-ispejjeż kollha involuti ta’ din l-attività? Peress li ntqal ukoll li din rawha 88,000 ruħ madwar id-dinja, jista’ l-Ministru jagħti r-readings uffiċjali li tikkonferma li din l-infjorata rawha 88,000 ruħ online u minn liema pajjiżi rawha?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Valletta Culture Agency illi fil-mistoqsijiet parlamentari preċedenti ġie mifhum illi t-tagħrif meħtieġ kien jirreleta speċifikament mal-fjuri.
Għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba rigward l-ispejjeż kollha qiegħda fit-tabella ta’ hawn taħt:-
Deskrizzjoni tas-servizz
Valur € (Vat eskluż)
Infiorata (fjuri)
50,000
Webcam
500.00
Risk Assessment
275.00
Pulizija
303.20
Tined
900.00
Dwal
740.00
Mobile Toilet
127.50
Uffiċċjali tas-Sigurtà
1,231.40
Peress li fi Frar 2020, il-kumpanija li isimha qed jingħata separatament ikkummissjonati mill-Valletta Culture Agency għamlu konferenza stampa fejn qalu li rapport indika li Valletta 2018 iġġenerat €678 miljun fl-ekonomija Maltija, u peress li r-rapport komplut ma jinstab imkien, jista’ l-Ministru jippreżenta dan ir-rapport? Jista’ wkoll jgħid kemm ġie jiswa dan ir-rapport u jekk ingħatax b’direct order lil din il-kumpanija?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat mill-Valletta Culture Agency li r-rapport ġie jiswa €4,800 (VAT esklu¿) u ingħata b’Direct Order skont il-proċeduri stabbiliti.
Dan ir-rapport jinstab online fuq is-sit elettroniku https://valletta2018.org/resources/