Legislature:
Category:
Reset
Active:

COVID-19 – Telefonati fuq in-numri 25903000 u 25903030 – telefonati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14759 u jgħid kemm-il telefonata saret fuq in-numri 25903000 u 25903030 kemm ilna bil-miżuri tal-COVID-19? Kemm minn dawn it-telefonati ġew imwieġba u liema area kellha l-akbar numru ta' telefonati? X'kienu l-aktar mistoqsijiet jew preokkupazzjonijiet li ħarġu minn dawn it-telefonati?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif ġej: - 24,152 -il telefonata fuq il-linja 25903000 matul il-perijodu tal-COVID-19 sas-26 ta’ Ġunju 2020. (Dan il-helpline m’għadux fis-seħħ, hekk kif mid-data imsemmija, reġgħu fetħu għal pubbliku id-Distretti Uffiċċjali. Madanakollu, l-pubbliku, xorta għadu jista’ jinqeda permezz tal linja tat-telefone 153; li hija l-linja uffiċċjali tas-Servizz.Gov). - 10,360 telefonata fuq il-linja 25903030 matul il-perijodu tal-COVID-19 sat-23 ta’ Ġunju 2020. (Wara din id-data, l-linja 25903030, ma baqatx fis-seħħ, iżda il-linji bdew jiġu trasferiti fuq linja diretta tal-Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Kommunita’). Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni dwar iż-żewġ helplines imsemmija, ma tinżammx skont ir-reġjun minn fejn kienet qed issir it-telefonata. Iż-żewġ linji kienu mwaqqfa għal assistenza dwar benefiċċji soċjali kemm kontributorji kif ukoll dawk mhux kontributorji (b’referenza għat-25903030), u għal mistoqsijiet fuq servizzi u għajnuna lil anzjani.
Leg 13 PQ #15759 Sitting 359 2020-07-15 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nefqa fuq komunikazzjoni lill-media

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14792 u 14248 u jgħid x'nefqa saret għall-komunikazzjoni lill-media u reklamar, press conferences, u fuq facebook mill-2017 ’l hawn?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Tfal taħt care order

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14795 u 13845 u għid kemm kien hawn tfal taħt care order f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u t-30 ta’ Ġunju, 2020 ħarġu 147 Ordni ta’ Ħarsien (Care Order) li minnhom 135 għadhom fis-seħħ.

Industriji li ma għadhomx joperaw f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15139 u jgħid kemm, u f'liema setturi, hemm industriji li m'għadhomx joperaw f'Malta mill-2017 sal-lum?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill Onorevoli interpellant illi din l-informazzjoni ser tinghata f’ seduta ohra.

Post — każ ta' familja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15574 u 15445 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta l-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament se jgħaddi fuq il-Gvern biex imbagħad jibda jsejjaħ lill-familja?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi b’referenza għall-mistoqsija Parlamentari Nu.15762, l-Uffiċċju Konġunt qiegħed fl-istadju li jipprepara l-pjanti relattivi in konnessjoni mall-art in kwistjoni. L-għan aħħari ta’ dawn il-pjanti huwa sabiex tiġi sottomessa applikazzjoni fir-Reġistru tal-Artijiet u l-imsemmija art tiġi reġistrata f’isem il-Ġvern ta’ Malta.

Infjorata Mejju 2020 – kuntratturi magħżula

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15607, jista’ l-Ministru jwieġeb id-domanda fejn intqal li l-infjorata rawha 88,000 ruħ madwar id-dinja, u jagħti r-readings uffiċjali li tikkonferma dan, u minn liema pajjiżi rawha?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Valletta Cultural Agency (VCA) illi rigward il-figura msemmija’ ta’ 88,000 ruħ, din ġiet ikkomunikata lill-VCA mill-operatur tal-webcam wara li ġiet irreġistrata fuq l-istess webcam waqt li din kienet qed trittrażmetti live. L-operatur tal-webcam għarraf lill-VCA wkoll illi l-vi¿itaturi kienu minn madwar id-dinja kollha, speċjalment mill-Awstralja. Peress li l-webcam issa ġiet skonnettjata, mhux possibbli aktar li jinġabar qari uffiċċjali minnha.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Safar, Fuel u Hospitality - nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12262 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12092, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f'kull Dipartiment, uffiċċju, Awtorità u entitajiet oħra kwalunkwe li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Integrazzjoni ta’ persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13582 u ċjoè: Peress li hu magħruf minn kulħadd permezz ta' studji soċjali li l-komunità kollha tibbenefika meta nies b'xi diżabilità jew oħra jingħataw l-opportunità li jintegraw ruħhom bl-aktar mod olistiku fis-soċjetà u meta dawn jingħataw kull għajnuna sabiex ikomplu jistudjaw u javvanzaw fil-karrieri tagħhom, li hu ukoll tagħhom bid-dritt, skont Artiklu 19 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittjiet ta' Persuni b'Diżabilità, li Malta irratifikat fl-2012, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jiżgura li n-nies li jgħixu b'xi diżabilità jew oħra jingħataw kull sapport neċessarju, speċjalment finanzjarju, biex ikomplu l-edukazzjoni tagħhom u jaċċessaw opportunitajiet ta' xogħol li jiggarantixxu livell ta' għajxien xieraq anki meta' dawn jispiċċaw l-edukazzjoni mandatorja skont il-liġi u jkomplu jistudjaw fl-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni wara s-sekondarja, l-Università, l-MCAST jew isegwu kwalunkwe kors ieħor? Speċifikament, xi skemi qed jopera l-Gvern biex jassisti individwi żgħażagħ bħal dawn li huma f'riskju li jieqfu jistudjaw qabel iż-żmien minħabba l-piż finanzjarju tax-xiri ta' teknoloġiji t'assistenza? Għalfejn persuna dipendenti fuq it-teknoloġiji t'assistenza, jiġifieri li ma taqax taħt id-definizzjoni ta' persuna fis-saħħa, mhix eleġibbli għall-fondi pubbliċi għat-teknoloġiji t' assistenza? Xi skemi hemm li jipprovdu għaċ-ċirkostanzi partikolari ta' minorenni u studenti b'diżabilità li għadhom qed jiddependu fuq il-ġenituri tagħhom, speċjalment fuq single parents?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni se tingħata f’xi seduta oħra.

Fabbriki — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13585 u ċjoè: Peress li lkoll nafu li fil-fabbriki jinġemgħu għadd ta' ħaddiema biex jaħdmu flimkien, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-fabbriki hux se jibqgħu joperaw business as usual? Jista' jgħid ukoll x'miżuri ttieħdu jew se jittieħdu biex ma tkomplix l-imxija tal-COVID 19?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ma marx għal-total lockdown kif pproponiet l-oppożizzjoni. Peress li s-saħħa tal-ħaddiema hija prijorità u sabiex tiġi protetta saret ħidma kordinata bejn il-Ministeru ta’ l-Ekonomija, Awtoritajiet tas-saħħa u Malta Enterprise sabiex jiddaħħlu protokolli ġodda ta’ kif il-ħaddiema ghandhom joperaw. Grazzi għal dan il-bilanċ ġew salvatli eluf ta’ mpjiegi ta’ dawn l-istess ħaddiema u għadhom joperaw b’mod effiċjenti sal-llum.
Leg 13 PQ #15755 Sitting 357 2020-07-14 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13662 u 12264 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12089, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f'kull Dipartiment, uffiċċju, Awtorità u entitajiet oħra kwalunkwe li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #15756 Sitting 357 2020-07-14 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati li jaħdmu ma’ kuntratturi li jagħtu servizz lis-settur pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14467 u ċjoè: B'referenza ghall-interpellanza 13812 jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati mal-kuntratturi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament li jagħtu servizzi lill-entitajiet Governattivi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nformat li mhux fil-kompitu tal-Gvern li jidħol f’kemm jimpjegaw nies dawn il-kumpaniji privati.

Ommijiet xebbiet reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14747 u jindika kemm hawn ommijiet xebbiet irreġistrati fil-preżent u kemm minnhom jaħdmu? Kemm għandhom tfal u kemm minnhom huma f’riskju ta’ faqar jew qegħdin fil-faqar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni se tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità tad-Djar – ħaddiema ġodda

Question

Mill-2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda, kemm ġew reklutati ħaddiema ġodda mal-Awtorità tad-Djar? Xi proċedura ntużat biex jidħlu dawn il-ħaddiema u mil-liema lokalitajiet ġejjin?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-lum, l-Awtoritá tad-Djar ingaġġat 69 ħaddiem, ġejjin minn diversi lokalitajiet kif muri fil-lista t’hawn taħt. L-Awtorità tad-Djar issegwi d-direttiva 7 dwar l-ingaġġar fis-settur pubbliku fejn għal kull sejħa jiġu ikkunsidrati l-ewwel persuni fuq ir-reġistriu tal-JobsPlus, u f’każ li l-post jibqa’ ma jinteliex, toħroġ sejħa pubblika. Attard Bahar ic-Caghaq Birzebbugia Fgura Floriana Gharghur Ghaxaq Gudja Hamrun Kercem Luqa Marsa Marsaxlokk Mgarr Mosta Msida Mtarfa Naxxar Paola Pembroke Qormi Rabat Safi Santa Venera Siggiewi St. Julians St. Lucija Tarxien Xemxija Zebbug Zejtun Zurrieq

Awtorità tad-Djar – xiri ta’ proprjetà għall-użu amministrattiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità xtratx proprjetà għall-użu amministrattiv tagħha mill-2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda? F’liema lokalità xtrat? Xi proċedura ntużat? Jekk xtrat, jista’ jpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtoritá tad-Djar ma xtratx proprjetà għall-użu amministrattiv tagħha mill-2017 sal-ġurnata tal-lum.

Awtorità tad-Djar — kiri ta’ proprjetà għall-użu amministrattiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità krietx proprjetà għall-użu amministrattiv tagħha mill-2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda? F’liema lokalità kriet? Xi proċedura ntużat? Jekk kriet, jista’ jpoġġi kopja tal-kuntratt ta ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtoritá tad-Djar kriet proprjetà għal użu amministrattiv tagħha mill-2017 ‘l hawn ġewwa l-Furjana, liema proprjetà kienet disponibbli għall-kiri fil-viċinanzi tal-uffiċini diġa eżistenti tal-Awtorità. Minħabba informazzjoni personali u kummerċjali, dawn il-kuntratti mhux ser jiġu mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.

Inkwilini li ġew provduti akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’se jiġri minn dawk l-inkwilini li ġew provduti akkomodazzjoni alternattiva għal massimu ta’ għaxar snin, u li issa wara li jiskadi ż-żmien fejn ser jiġu akkomodati dawn il-persuni jekk is-sid tal-binja ma jkunx irid iġedded il-kuntratt?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar diġa bdiet eżerċizzju biex filwaqt li tifhem is-sitwazzjoni soċjo-ekonomika ta’ dawn il-familji, tifformula pjan sabiex tkun tista tgħin lil dawn il-familji bl-aħjar mod possibli. Dan filwaqt li l-Awtorita’ tad-Djar bdiet tanalizza s-sitwazzjoni u t-termini tal-kuntratt li għandha mas-sidien privati.

Binjiet tal-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-lift ġie nstallat f’binjiet tal-akkomodazzjoni soċjali mill-2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Postijiet li l-inkwilini rikonoxxut u lill-Gvern hu s-sid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbiegħu postijiet li l-inkwilini rikonoxxut u li l-Gvern huwa s-sid tagħhom? Kemm kien l-ammont fit-total tiegħu sena b’sena?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2017 sal-aħħar ta’ Ġunju 2020 inxtraw 299 proprjetà tal-Gvern taħt l-iskema ‘Sir Sid Darek’ kif jidher hawn taħt:- Sena Ammont Kuntratti 2017 €3,136,964 72 2018 €4,292,421 104 2019 €4,735,434 99 2020 – sat-30 ta’Ġunju €1,132,214 24 Għalkhemm l-interpellant ma talabx sena, l-Awtorita’ tad-Djar qed tipprovdi l-informazzjoni mis-sena 2017 sat-30 ta’ Ġunju 2020.
Leg 13 PQ #15729 Sitting 354 2020-07-08 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct Orders

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 15141, jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar minn kull kumpanija/individwu msemmi u jpoġġi rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Il-Pitkalija — CEO

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu s-CEO’s tal-Pitkalija mill-2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, il-kuntratti tal-ingaġġ, li ġie ffirmat bejn dawn is-CEO’s imsemmija u l-Awtorità konċernata?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sa mit-twaqqif tal-Pitkalija Ltd. kien hemm impjegat tal-MITA li kien assenjat mill-MITA ma’ l-ex Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, sabiex jaqdi dmirijiet ta’ CEO (Is-Sur Josef Vella). Meta mbagħad fl-2019 sar ir-ristrutturar tal-Kumpanija biex tassumi r-riforma tal-Pitkalija u tieħu ħsieb l-operat kollu, ġie mlaħħaq is-CEO preżenti (Is-Sur Marc Vella Bonnici). Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tas-CEO preżenti.