Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korp tal-Pulizija – flotta tal-vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi fil-flotta tal-pulizija u kemm hi l-ispiża tal-manutenzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-flotta ta’ vetturi tal-pulizija li tinkludi kull tip ta’ vettura, muturi, scooters u segways, hija ta’ erba’ mija u tmintax (418). L-ispiża tal-manutenzjoni ta’ dawn il-vetturi għas-sena 2019 kienet ta’ madwar ħames mija u tmienja u sittin elf ewro (€ 568,000).

AFM — vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi fil-flotta tal-AFM u kemm hi l-ispiża tal-manutenzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari PQ 15996, l-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat li l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi mwieġba hawn taħt: · Il-Flotta tal-Forzi Armati ta’ Malta tikkonsisti minn 195 vettura ta’ diversi tipi. · L-ispiża tal-manutenzjoni matul is-sena 2019 ammontat għal €246,107.00.
Leg 13 PQ #15985 Sitting 363 2020-07-22 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabbiltà jaħdmu fis-servizz pubbliku u hemmx pjan li jiġu ingaġġati iktar?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #15986 Sitting 363 2020-07-22 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema li għaddew Medical Board u reġgħu bdew jaħdmu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li għaddew Medical Board mill-2013 sal-lum u kemm minnhom, jekk hemm, reġgħu bdew jaħdmu?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #15987 Sitting 363 2020-07-22 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

MCAST – studenti li bdew korsijiet imma ma spiċċawx

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti bdew korsijiet mid-diversi MCAST u ma spiċċawx is-sena skolastika 2017-2018, 2018-2019 u 2019-2020? Jista' jelenka kull MCAST minn fejn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #15988 Sitting 363 2020-07-22 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Higher Secondary School — dropouts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm dropouts mill-Higher Secondary School għas-sena skolastika 2017-2018, 2018-2019 u 2019-2020?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-għadd ta’ dropouts mill-Giovanni Curmi Higher Secondary School fis-snin skolastiċi indikati mill-Onorevoli interpellant huwa kif se nsemmi: Scholastic Year Dropouts 2017-18 219 2018-19 269 2019-20 209
Leg 13 PQ #15989 Sitting 363 2020-07-22 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Junior College — dropouts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm dropouts mill-Junior College għas-sena skolastika 2017-2018, 2018-2019 u 2019-2020?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li n-numru ta' dropouts mill-Junior College għas-snin 2017/2018, 2018/2019 u 2019/2020 huwa kif ġej: 2017/2018 1st years - 144 student minn 1101 student 2nd years - 25 student minn 830 student 2018/2019 1st years - 124 student minn 980 student 2nd years - 18-il student minn 772 student 2019/2020 1st years - 60 student minn 1064 student 2nd years - 16-il student minn 714 student

Ħ’Attard, il-Mosta u Burmarrad – permessi għal pompi tal-petrol

Question

Jista' l-Ministru kkonċernat jgħid jekk hemmx permessi, u kemm, għal pompi tal-petrol fil-lokalitajiet ta' Ħ'Attard, il-Mosta u Burmarrad?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tobba u Nurses li rriżenjaw

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm irriżenjaw tobba u nurses bejn l-2017-2019? Kemm kien l-ammont ta' tobba u nurses li ġew ingaġġati flokhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-2017 u l-2019 kien hemm 155 infermier u 69 tabib li rreżenjaw filwaqt li fl-istess perjodu ġew ingaġġati 612 il-infermier u 284 tabib.

Akkomodazzjoni Soċjali – Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għall-akkommodazzjoni soċjali li ilhom pendenti iktar minn sentejn?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar għandha 2105 applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali li ilhom pendenti aktar minn sentejn. Madanakollu dan l-ammont ser ikun qiegħed jonqos sostonzjalment mat-tlestija tal-proġett ta’ bini ta-1700 appartament ġdid b’investiment ta’ aktar minn 120 miljun.
Leg 13 PQ #15982 Sitting 362 2020-07-21 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Elezzjoni Ġenerali – barranin li għandhom dritt għal vot

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn barranin li għandhom dritt jew ġabu d-dritt għall-vot fl-elezzjoni ġenerali sa mill-2017?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-ebda barrani m`għandu d-dritt li jivvota f’Elezzjoni Ġenerali.
Leg 13 PQ #15983 Sitting 362 2020-07-21 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ħaddiema li nqabdu jaħdmu bla permess

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu ħaddiema Maltin u barranin jaħdmu bla permess mill-2013 sal-lum u x'passi ttieħdu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, in-numru ta’ ħaddiema Maltin u barranin li nqabdu jaħdmu bla permess mill-2013 sa Mejju 2020 (l-aħħar ċifri disponibbli għal Jobsplus), huwa kif muri fit-tabella hawn taħt: Sena Perjodu Maltin Barranin 2013 Jannar -Diċembru 1,811 611 2014 Jannar -Diċembru 1,754 734 2015 Jannar -Diċembru 1,389 1,342 2016 Jannar -Diċembru 1,600 1,957 2017 Jannar -Diċembru 1,010 1,422 2018 Jannar -Diċembru 1,112 2,292 2019 Jannar -Diċembru 746 1,731 2020 Jannar-Mejju 301 1,609 Il-liġi li tirregola l-ħidma tal-ispettorat ta’ Jobsplus titfa’ r-responsabbiltà tal-impjieg fuq min iħaddem u mhux fuq il-ħaddiem, bl-eċċezzjoni ta’ meta jkun hemm każi ta’ impjegati li jinqabdu jaħdmu waqt li qed jirreġistraw għax-xogħol. L-ispezzjonijiet fuq il-postijiet tax-xogħol isiru kif preskritt mill-Kapitolu 594 (qabel 343) tal-Ligijiet ta’ Malta. L-istess Kapitolu jitfa’ r-reponsabbiltà kollha fuq min iħaddem sabiex jirreġistra lill-impjegati tiegħu. Waqt l-ispezzjonijiet jinstabu diversi infringements li jinkludu, impjegati li ma jkunux reġistrati, impjegati li jkunu qegħdin fl-impjieg mingħajr liċenzja, impjegati li jkunu minorenni u anke impjegati li jkunu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol. Minn naħa ta’ Jobsplus tittieħed azzjoni kontra min iħaddem u min jaħdem waqt li jirreġistra fil-Qorti kif indikat f’din it-tabella: Sena Numru ta' Ka ż ijiet Imressqa 2013 462 2014 564 2015 336 2016 605 2017 503 2018 334 2019 389 2020 128 Minbarra l-każijiet tal-Qorti, Kapitolu 343 (sal-25 ta’ Novembru 2019) u Kapitolu 594 (il-Liġi attwali) jipprovdu wkoll li ċertu reati jistgħu jiġu riżolti permezz ta’ multa amministrattiva. F’dan ir-rigward, il-Korporazzjoni ħarġet multi amministrattivi li ġew imħallsa kif ġej: SenaNumru ta’ multi amministrattivi riżolti 2013179 2014183 2015197 2016509 2017307 2018261 2019210 2020641

Persuni ntitolati għall-pensjoni li jaħdmu part-time bħala xogħol ewlieni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu part-time bħala x-xogħol ewlieni u prinċipali tagħhom u huma intitolati għall-pensjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont informazzjoni li għandu d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, in-numru ta’ persuni li jaħdmu part-time u li jibbenefikaw mill-pensjoni kontributorja għall-Irtirar jammonta għal 604.

Stallazzjoni ta’ Lift

Question

Jista' l-Ministru jagħti żmien speċifiku u jassigura li l-lift fil-binja, kif imsemmi fil-każ li d-dettalji dwaru qed jingħata separatament jiġi stallat fi żmien raġjonevoli?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Twelid ta’ Trabi minn ommijiet taħt is-16-il sena

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twieldu trabi minn ommijiet taħt is-16-il sena fil-perjodu bejn Jannar-Mejju 2020?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu bejn Jannar u Diċembru tal-2019 twieldu 10 trabi minn ommijiet taħt is-16-il sena. L-istess informazzjoni għal din is-sena għadha qed tiġi pproċessata.

Twelid ta’ trabi minn koppji barranin

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il tarbija twieldet minn koppji barranin, ġewwa pajjiżna, mill-2019 sal-lum?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu ta’ bejn Jannar u Diċembru tal-2019 twieldu 862 tarbija lil koppji barranin fejn l-omm u l-missier kienu rapportati bħala ta’ nazzjonalita’ barranija.

Sewwieqa – test tal-alkoħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġie magħmul/amministrat it-test tal-alkoħol fuq sewwieqa suspettati li kienu taħt l-influwenza ta' xorb alkoħoliku fil-perjodu bejn l-2019 sal-lum?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fil-perjodu bejn l-ewwel ta’ Jannar 2019 sal-aħħar ta’ Ġunju 2020 l-ammont ta’ testijiet tal-alkoħol magħmula/amministrati fuq sewwieqa suspettati li kienu taħt l-influwenza ta' xorb alkoħoliku, kien ta’ tliet mija u ħamsin (350). Fl-istess perjodu sebgħa u ħamsin (57) persuna rrifjutaw li joqogħdu għall-istess test. Min jirrifjuta dan it-test, jingħata notifika bil-miktub u jitressaq il-Qorti.

Single mothers – benefiċċji soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' single mothers b'aktar minn wild wieħed li rċevew benefiċċji soċjali bejn l-2017 u l-2019? Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' ulied u kemm ġew imħallsa f'benefiċċji?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

PBS – Rappreżentanza tal-partiti politiċi

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika dwar ir-rappreżentanza ta’ partiti politiċi mxandra fuq il-PBS mill-2017 s'issa?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku fit-talba tiegħu.