Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħlas ta’ taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ma ħallsux taxxa f'dawn l-aħħar għaxar snin u kemm jridu jinġabru taxxi f’arretrati, bħala kwantu finanzjarju?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-figuri tal-arretrati sal-31 ta’ Diċembru 2025 qegħdin jiġu vverifikati bħalissa u jiġu ppublikati sal-aħħar ta’ April. Il-figuri sal-31 ta’ Diċembru 2024 huma kif jidhru fit-tabella li ġejja: VAT € Taxxa € Ammont ta’ arretrati li huwa mistenni li jinġabar 705,941,962 735,591,035 Ammont ta’ arretrati li huwa mistenni li ma jiġix irkuprat 5,443,535,792 1,267,668,544 Ammont gross ta’ arretrati 31/12/2024 6,149,477,754 2,003,259,579

Individwu - Ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-paga tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, għall-programm li jittella’ kull nhar ta’ Ġimgħa?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba hija relatata mal-produzzjoni ta’ programm li huwa ġestit bħala parti mill-operat kummerċjali tal-kumpanija u għaldaqstant hija ta’ natura kunfidenzjali.

Danimarka - Konslu għal Greenland

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk humiex ser jiġu msaħħa r-relazzjonijiet diplomatiċi mad-Danimarka billi jiġi appuntat konslu għal Greenland?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rwol prinċipali ta’ Konslu Onorarju hu li jippromwovi l-kummerċ, it-turiżmu u l-investiment bejn Malta u l-pajjiż li jospitah, kif ukoll biex iservi ta’għajnuna għall-Maltin li jgħixu jew iżuru l-belt jew il-pajjiż li għalih ikun appuntat konslu onororju. Għal dan il-għan, Malta diġa rappreżentata minn tliet Konsli Onorarji ġewwa d-Danimarka. Jekk l-Ambaxxatur Malti għad-Danimarka iħoss il-ħtieġa li jiġi appuntat konslu onorarju ġewwa Greenland u jinnomina persuna, din in-nomina tiġi kkunsidrata skont il-proċeduri stabbiliti.

Operazzjoni ta’ knee replacement - Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija għall-operazzjoni tal-bdil tal-irkoppa (knee replacement)?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li filwaqt li meta weġibt il-Mistoqsija Parlamentar 30729 f’Novembru, kien hemm 715 pazjent li qed jistennew total knee replacement, aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti, dan l-ammont issa niżel għal 527. Nominalment dawk huma il-figuri li jinkludu persuni li meta ġew ikkuntatjati m’aċċettawx l-appuntament li rċevew, persuni li ma stajniex nikkuntatjaw u persuni li minħabba l-kundizzjoni tagħhom ma jistgħux jiġu operati barra minn Mater Dei.

Green Wardens - Skart mormi ħażin - Ċitazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-Green Wardens fuq skart mormi ħażin, maqsuma lokalità b’lokalità?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ma timpjegax ‘green wardens’ iżda għandha Uffiċjali tal-Infurzar dedikati biex jassiguraw konformità u jagħmlu infurzar tar-Regolamenti dwar l-Abbandun, ir-Rimi u t-Tneħħija ta’ Skart fit-Toroq u f’Postijiet jew Żoni Pubbliċi, li hu l-istess regolament infurzat mill-uffiċjali tal-LESA u l-Pulizija. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika l-multi amministrattivi maħruġin mill-ERA rigward ħruġ ta’ skart mhux skont l-iskeda nazzjonali, taħlit ta’ skart u offiżi oħra li jikkonċernaw l-iskart kif regolat mir-regolament imsemmi. L-informazzjoni hija mqassma skont ir-Reġjuni u l-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex għas-snin 2024 u 2025.

Il-Mosta - Rapporti ta’ storbju eċċessiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' storbju eċċessiv minn residenti fil-Mosta fl-2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li, matul is-sena 2025, skont tagħrif miġbur mis-sistema tal-Pulizija, taħt il-kategorija ta’ ksur tal-paċi u l-ordni pubblika, fil-Mosta kien hemm ħmistax (15)-il każ rreġistrat. Dawn jinkludu każijiet relatati ma’ storbju kkawżat minn argumenti, daqq ta’ mużika qawwija, rrevjar ta’ vetturi, kif ukoll storbju waqt xogħlijiet ta’ kostruzzjoni.

Ħ’Attard - Rapporti ta’ storbju eċċessiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' storbju eċċessiv minn residenti f’Ħ'Attard fl-2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li, matul is-sena 2025, skont tagħrif miġbur mis-sistema tal-Pulizija, taħt il-kategorija ta’ ksur tal-paċi u l-ordni pubblika, f’Ħ’Attard ġew irreġistrati ħames (5) każijiet. Dawn jinkludu każijiet relatati ma’ storbju kkawżat minn argumenti, daqq ta’ mużika qawwija, rrevjar ta’ vetturi, kif ukoll storbju waqt xogħlijiet ta’ kostruzzjoni.

Rapporti ta’ storbju eċċessiv - 2025

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' storbju eċċessiv fl-2025 madwar Malta u Għawdex, maqsuma xahar b'xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li t-tagħrif fit-tabella li tinsab ma’ din it-tweġiba, miġbur mis-sistema tal-Pulizija, ikopri l-figuri ta’ rapporti rreġistrati fis-sistema dwar każi ta’ ksur tal-paċi u l-ordni pubblika matul is-sena 2025. Dawn jinkludu każi relatati ma’ storbju kkawżat minn annimali, storbju kkawżat bħala konsegwenza ta’ argumenti, ħruq ta’ nar pirotekniku, daqq ta’ mużika qawwija, irrevjar ta’ vetturi u storbju waqt xogħol ta’ kostruzzjoni. Jannar 31 Frar 20 Marzu 21 April 50 Mejju 43 Ġunju 48 Lulju 50 Awwissu 48 Settembru 49 Ottubru 53 Novembru 27 Diċembru 26

Ħ’Attard - Rapporti ta’ serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' serq minn Ħ'Attard fl-2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li Is-serq naqas b’mod sinifikanti, tant li fl-2025 ġie rreġistrat l-inqas numru ta’ każijiet ta’ serq f’għexieren ta’ snin. In-numru naqas b’790 każ, minn 5,218 każ fl-2024 għal rekord baxx ta’ 4,428 fl-2025, saħansitra inqas mis-sena tal-COVID fl-2020. Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025 ġew irreġistrati ħamsa u erbgħin (45) rapport ta' serq ġewwa Ħ’Attard.

Il-Mosta – Rapporti ta’ serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' serq mill-Mosta fl-2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li is-serq naqas b’mod sinifikanti, tant li fl-2025 ġie rreġistrat l-inqas numru ta’ każijiet ta’ serq f’għexieren ta’ snin. In-numru naqas b’790 każ, minn 5,218 każ fl-2024 għal rekord baxx ta’ 4,428 fl-2025, saħansitra inqas mis-sena tal-COVID fl-2020. Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025 ġew irreġistrati seba’ u disgħin (97) rapport ta' serq fil-Mosta.

Qorti ta’ Strasburgu - Każijiet kontra Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet kontra Malta fil-Qorti ta’ Strasburgu mill-2020 sal-2025 u x’kien l-eżitu ta’ kull każ?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li skont l-atti ġudizzjarji li ġie notifikat bihom l-Uffiċċju tal-Avukat tal-iStat mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, mill-2020 sal-2025 kien hemm 59 każ kontra Malta, li l-eżitu tagħhom qed jingħata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra..

Kummissjoni Għolja ta’ Malta fl-Ingilterra

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm staff complement ta’ Malta fil-Kummissjoni Għolja tal-Ingilterra?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Kummissjoni Għolja tal-Ingilterra hemm erba’ (4) uffiċjali Maltin u dsatax (19) -il uffiċjal impjegati mill-post.

Kummissjoni Għolja ta’ Malta fl-Awstralja

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm staff complement ta’ Malta fil-Kummissjoni Għolja tal-Awstralja?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Kummissjoni Għolja tal-Awstralja hemm żewġ (2) uffiċjali Maltin u għaxar (10) uffiċjali mpjegati mill-post.

Stabbilimenti ta’ divertiment - Persuni mħarrka li nqabbdu jpejpu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imħarrka persuni li nqabbdu jpejpu fi stabbilimenti ta’ divertiment fl-2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ kontravenzjonijiet li nħarġu lill-persuni li nqabdu mill-Pulizija jpejpu fi stabbilimenti, matul is-sena 2025 kien ta’ erba’ mija u tlettax (413) -il każ u tmienja u tletin (38) kontravenzjoni kontra individwi li ppermettew it-tipjip ta’ dan it-tip fuq il-proprjetà tagħhom.

VAT - Stabbilimenti tal-ikel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31457, 32000, 32550 u 33413 u jgħid kemm inġabru flus mill-VAT fuq l-istabbilimenti tal-ikel fl-2025?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.