Jista’ l-Ministru jelenka lista tal-kirjiet kollha li jsiru mill-FSWS, kemm tiswa kull waħda u għalxiex jintuża l-post relevanti? Liema huma kirjiet mal-privat u liema huma mal-Gvern?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnu huwa skont kif iddettaljat fid-dokument qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra mat-tweġiba parlamentari. Fir-Rigward tal- Qalb ta` Ġesù, hemmhekk hemm PSP agrement (ftehim ta` sħubija)
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm huma l-istudenti li fl-aħħar sena ma rċevewx servizz ta’ Early Intervention? Kemm minnhom kienu studenti (każijiet) ġodda u oħrajn kurrenti? Jista’ jagħti r-raġuni għalfejn dan is-servizz jinsab wieqaf jew mhux jilħaq numru kbir ta’ studenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li kien hemm 421 tifel u tifla mit-twelid sa ħames snin li fl-aħħar sena (ie. minn Lulju 2019) ma rċevewx is-servizz tal-Early Intervention u 155 tifel u tifla li ġew irreferuti mill-proġett Lenti fuq l-iżvilupp ta’ wliedna li għadhom ukoll bla servizz. Dan ġara minħabba direttivi li għamlet l-MUT marbuta mal-Ftehim ta’ dawn l-impjegati.
L-imsemmija figuri huma kollha każijiet ġodda. Il-każijiet reġistrati qabel ma bdew id-direttivi baqgħu jiġu segwiti mill-professjonisti, ħlief għal dawk it-tfal li bidlu l-iskejjel jew li saritilhom tranżizzjoni minn childcare għall-iskola jew mid-dar għall-iskola u waqgħu taħt professjonisti differenti. Dan għaliex waħda mid-direttivi tal-MUT kienet tgħid li ma jeħdux każijiet ta’ professjonisti oħra.
Fit-8 t’Ottubru 2020, l-MUT ikkomunikat li ssospendiet id-direttivi wara li n-negozjati bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol (MEDE) u l-Union tal-Għalliema (MUT) kienu waslu fi stadju qrib ta’ ftehim.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16004, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-mawra fil-Montenegro relatat mal-windfarms li saret fl-2016, u kemm kien hemm uffiċjali fil-kontinġent Malti?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill Onor Interpellant għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari numri 26833 u 29670 tat-12-il leġislatura.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn immigranti rregolari jgħixu f'Malta mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din id-domanda? Jista' l-Ministu jgħid kemm minnhom ġew irrifjutati l-ażil? Kemm minnhom ġew ripatrijati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
CDAU – entità speċjalizzata fuq diagnostic assessment
Question
Jista’ l-Ministru jispjega u jgħidilna konkretament meta ser titwaqqaf l-entità speċjalizzata li tiffoka fuq id-diagnostic assessment u l-konsultazzjonijiet kemm għat-tfal, adoloxxenti u adulti bil-ħsieb li ttejjeb, issaħħaħ u twessgħa s-servizz li toffri s-CDAU? Il-ġenituri tat-tfal suppost ser ikollhom id-dritt tas-self-referral f’dan is-servizz skont il-wegħda elettorali fil-manifest tal-2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li, dan il-proġett hu konness mal-proġett tal-Lifelong Learning Unit. L-entità speċjalizzata imsemmija għadha ma twaqqfitx. Sadattant, għaddejjin diskussjonijiet dwar l-istruttura tal-entità. Ladarba titwaqqaf, il-ġenituri tat-tfal ser ikunu jistgħu jagħmlu self-referral lejn dan is-servizz waqt li professjonisti jagħmlu assessjar ta’ dawn il-każijiet. Il-ġenituri jistgħu jiġu referuti wkoll mit-tabib li jkun qed isegwi l-każ tagħhom.
Jista’ l-Ministru jispjega u jgħidilna konkretament fiex wasal it-twaqqif tal-Life Long Inclusion Unit fi ħdan l-Aġenzija Sapport? Peress li dan kellu jkun unit ċentrali li jiffoka fuq is-servizzi individwalizzati lil persuni b’diżabiltà mit-twelid sal-anzjanità u kellu jitmexxa fuq bażi multi u trans-dixxiplinarja u inter- u intra-settorjali biex inkunu jistgħu jintlaħqu kull persuna b’diżabilità, jista’ jgħid kemm hemm fondi allokati fuq dan il-proġett u x’sar b’mod tanġibbli?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li, dan il-proġett hu konness mal-proġett tal-Lifelong Learning Unit. L-entità speċjalizzata imsemmija għadha ma twaqqfitx. Sadattant, għaddejjin diskussjonijiet dwar l-istruttura tal-entità. Ladarba titwaqqaf, il-ġenituri tat-tfal ser ikunu jistgħu jagħmlu self-referral lejn dan is-servizz waqt li professjonisti jagħmlu assessjar ta’ dawn il-każijiet. Il-ġenituri jistgħu jiġu referuti wkoll mit-tabib li jkun qed isegwi l-każ tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-benefiċjarji neqsin mid-dawl li jattendu l-iSPERO, Ċentru ta’ Matul il-Jum, servizz mogħti fit-tielet sular fejn l-aċċessibilità hija permezz ta’ lift żgħir u/jew taraġ dejjaq, tħallew f’dan il-post xejn addattat għalihom? X’inhuma l-pjanijiet għal dawn il-persuni neqsin mid-dawl? Kemm jiswa dan il-Public Private Partnership bejn l-Aġenzija Sapport u l-Outlook Coop kif ukoll kemm tiswa l-kirja ta’ dan il-post li mhuwiex addattat għal dawn il-benefiċjarji?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, s-servizz ta’ matul il-jum għal persuni neqsin mid-dawl, Spero, huwa pprovdut minn Outlook Coop. Dan wara sejħa pubblika għall-provediment ta’ dan is-servizz - CT2110/2019. It-termini maqbula jinkludu li l-binja minn fejn jingħata s-servizz tkun konformi mal-linji gwida Accessible-for-All Design tal-Kummissjoni għad-Drittijiet għal Persuni b’Diżabilità u li jipprovdi l-ispazji meħtieġa u adekwati għall-użu tal-klijenti li jibbenefikaw minn dan is-servizz, liema termini qed jintlaħqu.
Din il-binja hi tal-istess operatur tas-servizz u l-Aġenzija tħallas is-somma ta’ €1,150 kuljum eskluż il-VAT lill-operatur tas-servizz għall-faċilitajiet tal-post u l-użu tagħhom, kif ukoll provediment ta’ taħriġ, trasport u ikel lill-klijenti.
L-Aġenzija Sapport qiegħda f’kuntatt kontinwu mal-Outlook Coop u bħalissa qegħdin isiru l-case reviews tal-klijenti fejn qed jiġu identifikati l-miri personali tal-klijent għas-sena li jmiss sabiex dawn ikunu inkorporati fid-diversi programmi u attivitajiet li jiġu segwiti fiċ-Ċentru Spero.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kirja oħra, minbarra mit-tliet binjiet użati għall-fini ta’ operat tal-Aġenzija Sapport, qiegħda titħallas mill-Aġenzija Sapport, liema huma u għal xiex jintużaw u kemm hija l-kirja għal kull waħda? Din kirja mal-gvern jew mal-privat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Sapport tikri dawn il-postijiet/siti għall-provediment tas-servizzi li toffri, minbarra t-tliet binjiet li jakkomodaw lill-impjegati tal-uffiċċju.
Lokalità
Mikrija mingħand
Tintuża bħala
Kera fis-sena (2020)
Data ta’ meta ġiet mikrija
Nota
Fgura
Awtorità tad-Djar
Dar Residenzjali
€1,351
29 ta’ Lulju 2002
Bormla
Awtorità tad-Djar
Dar Residenzjali
€2,492
10 ta’ April 2003
B’Buġia
Awtorità tad-Djar
Dar Residenzjali – Appartament 1
€ 1,444
29 ta’ Novembru 2006
Jinkludi ħlas tal-lift
B’Buġia
Awtorità tad-Djar
Dar Residenzjali – Appartament 2
€ 1,723
26 ta’ Novembru 2006
Jinkludi ħlas tal-lift
Paola
Physically Handicapped Rehabilitation Fund NGO
Ċentru ta' Matul il-Jum
€25,000
1 ta’ Marzu 2008
Mtarfa
Awtorità tad-Djar
Ċentru ta' Matul il-Jum
€9,472
11 ta’ Frar 2009
Mtarfa
Awtorità tal-Artijiet
Dar Residenzjali
€500
28 ta’ Jannar 2010
Kirkop
Awtorità tad-Djar
Dar Residenzjali
€1,467
11 ta’ Frar 2013
Gwardjola
Knisja
Ċentru ta’ Matul il-Jum
€200
1 ta’ April 2014
Għajnsielem, Għawdex
Kurja
Ċentru ta’ Matul il-Jum
€16,315
20 ta’ Lulju 2017
Kirkop
Awtorità tad-Djar
Garaxx
€224
23 ta’ Lulju 2015
Pembroke
Awtorità tal-Artijiet
Dar Residenzjali
€2,434
30 ta’ Awwissu 2016
Siġġiewi
Gvern
Dar Residenzjali
€1,055
11 ta’ Frar 2016
L-ewwel kera titħallas mill-11 ta’ Frar 2021
Żabbar
Gvern – Dipartiment tal-Propjetajiet
Dar Residenzjali
€1,860
14 ta’ Ottubru 2016
Kirkop
Awtorità tad-Djar
Dar Residenzjali – (Mhux mibnija)
€6,459
18 ta’ Diċembru 2017
Fuq art
Qrendi
Awtorità tad-Djar
Dar Residenzjali
€4,899
18 ta’ Diċembru 2017
Fuq art
Żurrieq
Awtorità tad-Djar
Dar Residenzjali
€5,947
18 ta’ Diċembru 2017
Fuq art
Marsa
Awtorità tad-Djar
Dar Residenzjali
€2,048
18 ta’ Diċembru 2017
Sliema
Dumnikani
Ċentru ta’ Matul il-Jum
€265,122
1 ta’ Jannar 2017
Naxxar
Awtorità tal-Artijiet
Proġett REACH
€74,000
17 ta’ Mejju 2018
Fuq art
Baħar iċ-Ċagħaq
Franġiskani
Dar Residenzjali/Ċentru ta’ Matul il-Jum
€25,000
23 ta’ Frar 2018
Proġett Reach – konformità mal-Konvenzjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità tan-Nazzjonijiet Uniti
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-proġett REACH huwiex konformi mal-Konvenzjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità tan-Nazzjonijiet Uniti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-pjanijiet għall-proġett REACH għaddew minn proċess ta’ konsultazzjoni ma’ diversi imsieħba soċjali u t-tfassil tal-kontenut tal-funzjoni tal-proġett qed jiġi finalizzat. Din il-konsultazzjoni hi proċess regolari sabiex ikun assigurat li l-proġett ikun konformi ma’ leġislazzjonijiet u standards lokali u internazzjonali waqt li jkunu salvagwardjati d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-kirja fejn bħalissa jinsabu l-uffiċini tas-CRPD, fi Triq Psaila, Birkirkara? Jista’ jgħid kemm-il sular tkopri? Peress li huwa ovvju li jeżisti xi kuntratt f’dan ir-rigward, jista’ l-Ministru jgħid kull kemm jiġi mġedded dan il-kuntratt u l-kirja qiegħda mal-Gvern jew mal-privat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-kirja tal-uffiċini tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita’, hija ta’ €79,900 fis-sena. Il-binja tinkludi tliet sulari – garaxx għall-ipparkjar u żewġ sulari oħra li jintużaw bħala uffiċċini. Dan il-kuntratt sar mal-privat quddiem in-nutar prinċipali tal-Gvern għal 10 snin u jista’ jiġġedded bi qbil bejn iż-żewġ naħat.
Raħal il-Ġdid — Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’diżabilità - xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jispjega għalxiex filwaqt li ġie mwiegħed li ser jiġi msebbaħ u modernizzat iċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’diżabilità f’Raħal il-Ġdid, sa issa u dan wara tliet snin għadu ma sar xejn minn dan? Huwa minnu li hemm pjani li dan iċ-ċentru jieqaf jopera u jiġi rilokat x’imkien għadu ma sar xejn minn dan? Huwa minnu li hemm pjani li dan iċ-ċentru jieqaf jopera u jiġi rikolat x’imkien ieħor? Huwa minnu li konsegwenza ta’ hekk twaqqaf kull investiment maġġuri f’dan il-kumpless għad-detriment tal-benefiċċjarji b’diżabilità li għadhom jattendu hemm? Kemm hija l-kirja involuta hawnhekk?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum f’Raħal Ġdid għadu qed jopera u s-servizz minn dan iċ-Ċentru mhux ser jieqaf. Madankollu ġie identifikat sit fejn eventwalment dan is-servizz ser ikun rilokat u qed isir negozjar biex jissaħħaħ dan is-servizz u oħrajn.
Il-proġett ta’ modernizzar imsemmi ma setax isir minħabba nuqqas ta’ fondi. Sadattant, fiċ-Ċentru preżenti matul is-snin xorta saru diversi eżerċizzji ta’ tkabbir u tisbiħ fejn fost oħrajn:
§ Inkriet parti addizzjonali mill-bini preżenti sabiex żdied l-ispazju li jintuża mill-persuni b’diżabilità li jattendu dan iċ-Ċentru
§ Sar xogħol ta’ tisbiħ
§ Sar xogħol sabiex il-post sar aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità li jagħmlu użu mis-siġġu tar-roti
§ Sar xogħol fuq l-uffiċċju li jintuża mit-tim li jmexxi ċ-Ċentru
Fil-preżent l-Aġenzija Sapport tikri dan il-post mingħand l-Għaqda Non-Governattiva, Physically Handicapped Rehabilitation Fund (PHRF), għas-somma ta’ €25,000 fis-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex twaqqaf il-pjan li jitkabbar l-uffiċċju ċentrali tal-Aġenzija Sapport fi Triq Patri Ġwann Azzopardi Santa Venera sabiex jakkomoda lill-ħaddiema kollha ta’ din l-Aġenzija? Peress li bħalissa l-operat ta’ din l-Aġenzija qiegħed jopera minn tliet binjiet differenti, jista’ jgħid kemm hi l-kirja ta’ kull wieħed minn dawn l-propretajiet u jekk il-kirja hix mal-gvern jew mal-privat u meta bdiet din il-kirja?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li. l-pjan oriġinali li jitkabbar l-uffiċċju ċentrali tal-Aġenzija Sapport f’Santa Venera nbidel wara li l-Awtorità tal-Ippjanar approvat iż-żieda ta’ sular wieħed minflok tnejn. Għalhekk, minflok, l-Aġenzija kriet siti oħra fl-istess lokalità sabiex tkun tista’ tospita lill-impjegati tagħha li joperaw mill-uffiċini peress li l-iżvilupp approvat ma kienx vijabbli.
Dawn l-uffiċini jinsabu:
Sit
Kirja fis-sena
(2020) inkluż Vat fejn applikabbli
Bidu tal-kirja
Mingħand
Triq Patri Ġwann Azzopardi, Santa Venera
€ 3,250
2012
Gvern
Triq il-Ħarrub, Santa Venera (Livell -1)
€58,410
Jannar 2017
Privat
Triq il-Ħarrub, Santa Venera (Livell 3)
€68,440
April 2018
Privat
Triq il-Kanun, Santa Venera
€82,600
Frar 2019
Privat
Jista’ l-Ministru jgħid hux minnu li l-proġett tant mistenni tal-Aġenzija Sapport għall-persuni b’diżabilità fi Triq it-Torri tal-Kaptan Naxxar, il-Proġett Reach, li ġie mħabbar li nbeda x-xogħol fuqu f’Mejju tal-2019 u li huwa wkoll wegħda elettorali, bħalissa huwa wieqaf? Jista’ jikkonferma li għaddejjin diskussjonijiet biex dan il-proġett tant importanti jitwaqqaf għal kollox u ma jitkompliex? Jista’ jikkonferma jekk hemmx allokati fondi ewropej għalih dan il-proġett, kemm hu l-ammont u jekk dawn il-fondi jistgħux jintilfu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett REACH fin-Naxxar se jkompli kif ippjanat. Ġie esperjenzat dewmien minħabba s-sejbiet ta' siti arkeoloġi li għandhom jiġu ppreservati skont l-istruzzjoni mis-Supretendent tal-Wirt Kulturali. Filwaqt li bidliet biex jakkomodaw din l-istruzzjoni jikkonsistu primarjament f'ri-pożizzjonar mill-ġdid tal-bini ppjanat, tali tqegħid mill-ġdid huwa kkunsidrat bħala żvilupp ewlieni mill-Awtorità tal-Ippjanar u għalhekk jeħtieġ permessi ġodda. Bħalissa l-Ministeru qed ilesti bidliet fil-pjanijiet u ser jissottometti applikazzjoni ġdida għall-ippjanar.
Il-proġett REACH huwa pproġettat li jitlesta fl-2024. Minħabba dan, il-proġett REACH ser jkun iffinanzjat minn fondi nazzjonali. Il-finanzjament li kien allokat lill-proġett REACH taħt il-programm ERDF ser jiġi assenjat mill-ġdid mill-Managing Authority għal proġetti oħra identifikati minn Malta taħt il-programm ta’ finanzjament 2014-2020.
Aġenzija Sapport – trasport lejn iċ-ċentri ta’ persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex u x’inhuma d-diffikultajiet li qegħdin jiltaqgħu magħhom l-persuni b’diżabilità fit-trasport lejn iċ-ċentri ta’ persuni b’diżabilità mmexxija mill-Aġenzija Sapport?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, s-servizz ta’ transport mogħti lil persuni b’diżabilità biex jattendu ċ-ċentri ta’ matul il-jum mmexxija mill-Aġenzija Sapport għadu qed jingħata bla interruzzjoni jew diffikultajiet lil kull klijent. Mill-ftuħ taċ-ċentri f’Lulju, wara li dawn għamlu perjodu magħluqin minħabba direzzjonijiet mogħtija mill-Awtoritajiet tas-Saħħa minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19, kien hemm xi tibdil fir-rotot. Dan minħabba:
§ Il-persuni b’diżabilità li jattendu ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum kellhom jinqasmu fi gruppi (clusters) ibbażati kemm jista’ jkun skont il-grupp li jkunu fih fil-vann li jwassalhom iċ-Ċentru. Dan sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ kuntatt u allura t-trażmissjoni tal-virus.
§ Mhux il-klijenti kollha għażlu li jerġgħu jibdew jattendu ċ-ċentri meta reġgħu fetħu u għalhekk kien hemm tnaqqis fir-rotot peress li l-ammont ta’ persuni li jeħtieġu dan is-servizz issa naqas.
§ It-tibdil f’ċerti rotot ikkawża wkoll tibdil fil-ħin li soltu xi persuni b’diżabilità kienu jitilqu mid-dar.
§ Sabiex inżommu mal-miżuri tal-Covid-19 dwar it-trasport, il-vannijiet kollha qed joperaw bi 80%
seating capacity
.
L-Aġenzija Sapport qed tevalwa s-sitwazzjoni b’mod regolari u timxi mal-miżuri neċessarji sabiex tassigura l-benessri tal-persuni b’diżabilità li jaghmlu użu mis-servizzi kif ukoll tal-impjegati.
Jista’ l-Ministru jikkonferma u jgħidilna għaliex il-proġett imħabbar is-sena l-oħra ta’ One Stop Shop – Ċentru Servizz Familja fil-Floriana għalaq il-bibien b’mod indefinit f’dawn l-aħħar ġimgħat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-amminstrazzjoni taċ-Ċentru Servizz Familja għaddiet f’idejn l-Aġenzija Servizz.gov fil-bidu ta’ Lulju li għadda. Għaldaqstant, fir-rigward ta’ dan, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux lest jikkunsidra li joffri servizz tat-tqassim tal-vouchers li l-Gvern qed iqassam bieb bieb apparti bil-posta reġistrata lill-anzjani jew persuni li ma jistgħux joħroġu mid-dar?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Gvern, permezz tal-Maltapost, diġa qassam il-vouchers lill-persuni kollha ntitolati, inkluż lill-anzjani bieb bieb.
Anzjani li jirrisjedu f’Social Care Home u l-Karta tal-Identita’ tagħhom hija aġġornata, rċievew il-vouchers direttament hemmhekk. Filwaqt li dawk l-anzjani li l-Karta tal-Identita’ tagħhom mhijiex aġġornata bl-indirizz tal-Home li jirrisjedu fiha, ntbgħatilhom il-voucher hemmhekk wara li amministrazzjoni tal-istess Home tkun ġibdet l-attenzjoni dwar dan it-tibdil fl-indirizz.
Kien hemm Anzjani oħra li kellhom il-vouchers tagħhom li nġabru mill-familjari tagħhom jew persuni li għandhom prokura f’isimhom jew mal-presentazzjoni tal-Karta tal-Identita’ li tikkorrispondi mal-voucher letter tracking number li tkun mal-missed delivery note li jkun qassam il-pustier.