Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħ’Attard u Mosta – rapporti ta’ vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jelenka kemm kien hemm rapporti ta' vjolenza domestika fl-għases ta' Ħ' Attard u l-Mosta, jew f’għases oħra imma b’referenza għal-lokalitajiet imsemmija, u x'passi ttieħdu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti li rċeviet il-Pulizija fi kwalunkwe għassa madwar Malta u Għawdex dwar każijiet ta’ Vjolenza Domestika li seħħew fil-lokalitajiet ġewwa Ħ’Attard u l-Mosta, fil-perjodu ta’ bejn Jannar 2019 u Settembru 2020, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Kif spjegat fi tweġibiet għal mistoqsijiet simili fil-passat, dawn il-każijiet kollha jiġu investigati u fejn jirriżulta ksur tal-liġi, il-persuni responsabbli jittressqu l-Qorti. Dan barra minn azzjonijiet oħra li jistgħu jittieħdu abbażi tal-provedimenti tal-Liġijiet dwar l-istess reat. Lokalità Ammont 2019 Ammont 2020 (sa Settembru) Total Attard 19 20 39 Mosta 31 38 69

Mosta – Triq Durumblat

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se titlesta Triq id-Durumblat ġewwa l-Mosta u kemm hi l-ispiża?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fiż-żona ta’ Ta’ Qali l-aġenzija qed twettaq pjan ta’ titjib li jinkludi diversi toroq li hemm fl-inħawi bħala soluzzjoni sostenibbli biex aktar persuni jkunu jistgħu jgawdu dawn l-inħawi f’sigurtà, b’mod partikolari r-residenti Mostin, li bħalissa biex jaslu bil-mixi lejn il-ġonna u faċilitajiet oħrajn f’Ta’ Qali jridu jgħaddu minn toroq perikolużi li ma fihom ebda bankini jew infrastruttura oħra sigura għalihom. Dan il-pjan sar bi ftehim mal-Kunsill Lokali u mal-awtoritajiet rispettivi wara li ġew ikkonsultati dawk kollha konċernati. Żewġ toroq li qed isir titjib fihom bħalissa f’din iż-żona huma Triq San Pawl tal-Qliegħa u Triq Durumblat li kienu ta’ periklu għal dawk li jkunu għaddejjin f’dawn l-inħawi bil-mixi għax fil-biċċa l-kbira tagħhom lanqas biss kien hemm bankini waqt li l-karreġġjati tal-karozzi saħansitra jvarjaw fil-wisgħa. Għalhekk kien jeħtieġ li jigu ddisinjati mill-ġdid biex fost titjib ieħor il-karreġġjati jkunu standard u jinħolqu rotot kontinwi siguri għall-mixi bl-introduzzjoni ta’ bankini fuq iż-żewġ naħat. Għaldaqstant, permezz ta’ dan il-proġett, qed tingħata prijorità lil ħafna persuni li mill-Mosta u lokalitajiet oħrajn viċin imorru bil-mixi lejn l-inħawi ta’ Ta’ Qali. Triq Durumblat huwa mmirat li titlesta fl-aħħar ta’ Marzu 2021 u huwa stmat li l-ispiża se tammonta għal €850,000. Il-pjan minn Infrastructure Malta jinkludi wkoll li fl-istess żona jsiru żewġ roundabouts, waħda ma’ Triq Pantar u oħra ma’ Triq il-Kbira, kif ukoll jitranġaw aktar toroq fl-inħawi biex ikunu aktar siguri għal kull min jużahom, filwaqt li jagħtu aktar opportunitajiet għal mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi. Dan se jkun aktar importanti fid-dawl tal-fatt li fiż-żmien li ġej f’dawn l-inħawi ser ikollna Park Nazzjonali ġdid li qed jiġi żviluppat mill-Gvern f’Ta’ Qali wkoll. Barra minn hekk, Infrastructure Malta qed twettaq is-Central Link Project, li huwa investiment ewlieni li se nwettqu biex intejbu l-kwalità, is-sigurtà, s-sostenibilità u l-effiċjenza fir-rotta arterjali li testendi mill-Bypass tal-Imrieħel, tul Triq l-Imdina f’Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard, sar-roundabout li hemm fil-bidu tat-Telgħa tas-Saqqajja, fl-inħawi ta’ Ta’ Qali. Il-ħin tal-ivvjaġġar f’dan in-netwerk ta’ toroq fiċ-ċentru tal-pajjiż għandu jonqos bin-nofs. Ser jonqos l-ammont ta’ persuni li jkollhom jgħaddu minn toroq residenzjali fl-inħawi biex jippruvaw jaslu aktar malajr. B’hekk ser igawdu mhux biss il-lokalitajiet ta’ Ħal Balzan u Ħ’Attard, iżda wkoll oħrajn viċin bħal Ħal Lija u Birkirkara.

Persuni li jibbenefikaw minn mediċini fuq il-kartuna r-roża

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm li jibbenefikaw minn mediċini fuq il-kartuna r-roża?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Persuni li jibbenefikaw minn mediċini fuq il-kartuna s-safra

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm li jibbenefikaw minn mediċini fuq il-kartuna s-safra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena kien hemm 149,998 persuna li bbenefikat minn mediċini b’xejn permezz tal-kartuna s-safra (schedule V).

Pandemija – għajnuna finanzjarja għal min ma jiflaħx iħallas kera

Question

Jista’ l-Ministru jgħidilna hux se tingħata għajnuna finanzjarja għal min ma jiflaħx iħallas kera minħabba l-pandemija? Jekk se tingħata, kif se tingħata, minn liema xahar sa meta se tingħata u kemm se jkunu l-ammonti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – residenti li qegħdin taħt arrest preventiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li qegħdin taħt arrest preventiv? Kemm minnhom huma barranin u kemm minnhom huma nisa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sat- 12/10/2020, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm 258 priġunier taħt arrest preventiv. Minn dawn 176 huma barranin, li 8 minnhom huma nisa.

Central Link – target date

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi t-target date li titlesta s-Central Link?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li Central Link Project huwa investiment ta’ €55 miljun biex inaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar, ir-riskji t’aċċidenti u t-tniġġis ikkaġunat mill-konġestjoni tul il-ħolqa ta’ rotot arterjali prinċipali fiċ-ċentru ta’ Malta, waqt li joħloq spazji aktar siguri għal mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi f’din il-parti tal-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali. Ix-xogħlijiet bdew f’Jannar u l-proġett huwa mfassal fuq pjanijiet li kienu parti mill-Pjan Lokali għaċ-Ċentru ta’ Malta tal-2006, li diġà kien identifika l-konġestjoni fi Triq l-Imdina, Triq in-Nutar Zarb u toroq oħrajn fil-madwar bħala problema kbira għal Ħ’Attard u lokalitajiet oħrajn fil-viċin. Infrastructure Malta tejbet il-pjanijiet tal-2006 biex trendihom aktar effiċjenti u sostenibbli għal aktar tul ta’ żmien u biex tnaqqas l-impatti mhux mixtieqa fuq l-art tal-madwar. Fl-istess waqt, żiedet ukoll infrastruturra ġdida għal dawk li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku jew jivvjaġġaw bil-mixi jew bir-rota, faċilitajiet li bħalissa huma kważi ineżistenti f’din iż-żona. It-Transport Master Plan 2025 tal-pajjiż ukoll jelenka l-importanza ta’ dan l-investiment, waqt li jidentifika r-rotta bejn Triq l-Imdina u Triq in-Nutar Zarb bħala t-12 minn 29 intervent kruċjali li jeħtieġ isiru b’mod urġenti għal aktar sigurtà u effiċjenza fit-toroq ewlenin ta’ pajjiżna li jagħmlu parti min-network TEN-T tal-Unjoni Ewropea. Il-proġett se jnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar bin-nofs billi jinbnew mill-ġdid 13-il junction, jitneħħew erba’ sistemi ta’ traffic lights u jiżdiedu aktar minn seba’ kilometri f’korsiji ġodda tul din ir-rotta ta’ 4.3 kilometri. Se jintroduċi wkoll diversi faċilitajiet għall-mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi, fosthom aktar minn 10 kilometri f’passaġġi siguri għall-mixi, faċilitajiet maqtugħin mit-triq biex taqsam minn naħa għall-oħra, faċilitajiet aħjar għal dawk li jivvjaġġaw b’tal-linja u l-itwal korsija għar-roti mifruda mit-triq li se jkun hawn fil-pajjiż u li se tgħaqqad l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali. Matul ir-rotta tal-proġett, Infrastructure Malta se tiżviluppa wkoll aktar minn 24,000 metru kwadru f’żoni ġodda msebbħin bis-siġar u l-pjanti. L-istudji dwar il-kwalità tal-arja li saru minn esperti indipendenti matul l-istadju tal-ippjanar tal-proġett juru li bl-eliminazzjoni tal-konġestjoni ta’ bħalissa fit-toroq u l-junctions fl-inħawi, dan l-investiment se jwassal għal titjib kbir fil-kwalità tal-arja f’diversi żoni residenzjali tal-madwar fl-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard. Fil-fatt, il-proġett se jwassal għal tnaqqis fil-materja partikolata (trabijiet fini) sa 66% sal-2030, anke meta tikkunsidra ż-żidiet fil-ħtiġijiet tal-ivvjaġġar fil-futur. Bl-istess mod, l-emissjonijiet tad-dijossidu tan-nitroġenu jonqsu b’41%. Il-materja partikulata u d-dijossidu tan-nitroġenu huma l-iżjed żewġ fatturi prinċipali tat-tniġġis mill-vetturi, u waħda mill-kawżi ewlenin ta’ mard respiratorju. Fl-aħħar ġimgħa ta’ Settembru, Infrastructure Malta fetħet l-ewwel triq ġdida ta’ Central Link Project, karreġġjata b’żewġ korsiji li tevita tliet junctions tat-traffic lights biex tipprovdi rotta eħfef u aktar sigura mill-Imrieħel sal-inħawi ta’ Wied Inċita, f’Ħ’Attard, lejn Ta’ Qali. Malli l-aġenzija fetħet din ir-rotta ġdida, iż-żewġ korsiji fi Triq iż-Żagħfran, Triq in-Nutar Zarb u parti minn Triq l-Imdina, f’Ħ’Attard, li kienu jagħtu fl-istess direzzjoni issa qed iservu biex tmur fid-direzzjoni opposta, minn Ta’ Qali lejn l-Imrieħel. B’hekk, permezz ta’ dan it-tibdil, Infrastructure Malta żiedet ukoll it-tieni korsija minn Ħ’Attard lejn l-Imrieħel. Dan l-arranġament ġdid qed jelimina d-djuq fi Triq l-Imdina, fl-inħawi ta’ Ħal Warda, fejn żewġ korsiji jingħaqdu f’waħda bejn djar u binjiet oħrajn fuq iż-żewġ naħat, bil-konsegwenza li jikkaġunaw dewmien u tniġġis tal-arja eċċessiv fil-qalba ta’ din il-lokalità. Iż-żewġ korsiji ġodda jibdew mit-tarf tal-Bypass tal-Imrieħel, jevitaw il-junction bis-sistema ta’ traffic lights li hemm ħdejn l-uffiċini tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) u l-junction bejn Triq l-Imdina u Vjal De Paule (l-inħawi ta’ Ġnien San Anton), kif ukoll il-qalba ta’ Ħ’Attard, qabel ma jerġgħu jingħaqdu ma’ Triq l-Imdina fl-inħawi ta’ Wied Inċita (ħdejn l-Isptar Monte Carmeli). Tul ir-rotta, il-korsiji ġodda jevitaw ukoll junction oħra bis-sistema ta’ traffic lights fil-qalba ta’ Ħ’Attard. B’riżultat t’hekk, Infrastructure Malta tfiet is-sistemi kollha ta’ traffic lights f’din ir-rotta mill-Imrieħel lejn Ħ’Attard. Il-konnessjonijiet ta’ din it-triq ma’ toroq oħrajn li qabel kienu kkontrollati b’dawn it-traffic lights issa qegħdin magħqudin b’korsiji diretti għal aktar sigurtà. Fl-istess ħin, it-traffic lights li fadal fid-direzzjoni opposta issa jistgħu jiġu operati b’iżjed effiċjenza, biex ikompli jonqos il-ħin tal-ivvjaġġar. Taħt il-wiċċ tat-triq ġdida, Infrastructure Malta għaddiet 10 kilometri ta’ sistemi ġodda għas-servizzi taħt l-art. Eventwalment, meta jitlestew ix-xogħlijiet kollha tal-proġett, Infrastructure Malta se ssaħħaħ din it-triq ġdida bl-aħħar saff ta’ polymer modified asphalt, li huwa materjal aktar b’saħħtu li jservi iżjed u jirreżisti aktar għat-tibdil fit-temperatura. L-aġenzija introduċiet dan it-tip t’asfalt fit-toroq arterjali f’Malta aktar kmieni din is-sena. Meta jitlesta l-proġett, it-triq ġdida b’żewġ korsiji se tiġi estiża sa Ta’ Qali, biex tingħaqad mar-roundabout li hemm fil-bidu tat-Telgħa tas-Saqqajja. Waqt li tkun qed tibni aktar korsiji ġodda bħala parti minn dan il-proġett, Infrastructure Malta mbagħad se ttejjeb ukoll ir-rotta minn Ta’ Qali lejn l-Imrieħel u tneħħi wkoll it-traffic lights li għad hemm f’din ir-rotta. Permezz ta’ dan il-proġett, l-aġenzija bħalissa qed tibni wkoll dik li se tkun l-itwal korsija għar-roti u l-mixi fiż-żewġ direzzjonijiet f’pajjiżna. Il-periti tal-aġenzija ddisinjaw il-karreġġjata ġdida b’mod li jkollha l-inqas impatt possibbli fuq l-inħawi residenzjali fil-qrib. Din it-triq ġdida hija mifruda minn tliet toroq residenzjali li hemm viċin, Triq Ferdinandu Inglott, Triq Oliver Agius u Triq Tumas Chetcuti, b’faxxa mħaddra bis-siġar u pjanti, u b’parti oħra mill-korsija ġdida għar-roti u l-mixi. Barra minn hekk, Infrastructure Malta bniet il-parti l-kbira tat-triq ġdida f’livell aktar baxx, madwar sular taħt it-tliet toroq residenzjali, biex tnaqqas ukoll drastikament l-impatt viżiv tagħha. Qed tibni wkoll mill-ġdid dawn it-tliet toroq residenzjali b’bankini ġodda, sistemi tas-servizzi taħt l-art u faċilitajiet oħrajn. Il-kuntratturi tal-proġett se jlestu x-xogħlijiet li qegħdin isiru f’dawn it-toroq residenzjali fil-ġimgħat li ġejjin. Huwa mmirat li Central Link Project jitlesta fit-tieni nofs tas-sena d-dieħla.

Central Link – kumpens lill-bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatax forma ta' kumpens lil dawk il-bdiewa li l-għelieqi tagħhom ttieħdu biex issir is-Central Link?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li Central Link Project huwa investiment ta’ €55 miljun biex inaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar, ir-riskji t’aċċidenti u t-tniġġis ikkaġunat mill-konġestjoni tul il-ħolqa ta’ rotot arterjali prinċipali fiċ-ċentru ta’ Malta, waqt li joħloq spazji aktar siguri għal mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi f’din il-parti tal-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali. Ix-xogħlijiet bdew f’Jannar u l-proġett huwa mfassal fuq pjanijiet li kienu parti mill-Pjan Lokali għaċ-Ċentru ta’ Malta tal-2006, li diġà kien identifika l-konġestjoni fi Triq l-Imdina, Triq in-Nutar Zarb u toroq oħrajn fil-madwar bħala problema kbira għal Ħ’Attard u lokalitajiet oħrajn fil-viċin. Infrastructure Malta tejbet il-pjanijiet tal-2006 biex trendihom aktar effiċjenti u sostenibbli għal aktar tul ta’ żmien u biex tnaqqas l-impatti mhux mixtieqa fuq l-art tal-madwar. Fl-istess waqt, żiedet ukoll infrastruturra ġdida għal dawk li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku jew jivvjaġġaw bil-mixi jew bir-rota, faċilitajiet li bħalissa huma kważi ineżistenti f’din iż-żona. It-Transport Master Plan 2025 tal-pajjiż ukoll jelenka l-importanza ta’ dan l-investiment, waqt li jidentifika r-rotta bejn Triq l-Imdina u Triq in-Nutar Zarb bħala t-12 minn 29 intervent kruċjali li jeħtieġ isiru b’mod urġenti għal aktar sigurtà u effiċjenza fit-toroq ewlenin ta’ pajjiżna li jagħmlu parti min-network TEN-T tal-Unjoni Ewropea. Il-proġett se jnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar bin-nofs billi jinbnew mill-ġdid 13-il junction, jitneħħew erba’ sistemi ta’ traffic lights u jiżdiedu aktar minn seba’ kilometri f’korsiji ġodda tul din ir-rotta ta’ 4.3 kilometri. Se jintroduċi wkoll diversi faċilitajiet għall-mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi, fosthom aktar minn 10 kilometri f’passaġġi siguri għall-mixi, faċilitajiet maqtugħin mit-triq biex taqsam minn naħa għall-oħra, faċilitajiet aħjar għal dawk li jivvjaġġaw b’tal-linja u l-itwal korsija għar-roti mifruda mit-triq li se jkun hawn fil-pajjiż u li se tgħaqqad l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali. Matul ir-rotta tal-proġett, Infrastructure Malta se tiżviluppa wkoll aktar minn 24,000 metru kwadru f’żoni ġodda msebbħin bis-siġar u l-pjanti. L-istudji dwar il-kwalità tal-arja li saru minn esperti indipendenti matul l-istadju tal-ippjanar tal-proġett juru li bl-eliminazzjoni tal-konġestjoni ta’ bħalissa fit-toroq u l-junctions fl-inħawi, dan l-investiment se jwassal għal titjib kbir fil-kwalità tal-arja f’diversi żoni residenzjali tal-madwar fl-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard. Fil-fatt, il-proġett se jwassal għal tnaqqis fil-materja partikolata (trabijiet fini) sa 66% sal-2030, anke meta tikkunsidra ż-żidiet fil-ħtiġijiet tal-ivvjaġġar fil-futur. Bl-istess mod, l-emissjonijiet tad-dijossidu tan-nitroġenu jonqsu b’41%. Il-materja partikulata u d-dijossidu tan-nitroġenu huma l-iżjed żewġ fatturi prinċipali tat-tniġġis mill-vetturi, u waħda mill-kawżi ewlenin ta’ mard respiratorju. Fl-aħħar ġimgħa ta’ Settembru, Infrastructure Malta fetħet l-ewwel triq ġdida ta’ Central Link Project, karreġġjata b’żewġ korsiji li tevita tliet junctions tat-traffic lights biex tipprovdi rotta eħfef u aktar sigura mill-Imrieħel sal-inħawi ta’ Wied Inċita, f’Ħ’Attard, lejn Ta’ Qali. Malli l-aġenzija fetħet din ir-rotta ġdida, iż-żewġ korsiji fi Triq iż-Żagħfran, Triq in-Nutar Zarb u parti minn Triq l-Imdina, f’Ħ’Attard, li kienu jagħtu fl-istess direzzjoni issa qed iservu biex tmur fid-direzzjoni opposta, minn Ta’ Qali lejn l-Imrieħel. B’hekk, permezz ta’ dan it-tibdil, Infrastructure Malta żiedet ukoll it-tieni korsija minn Ħ’Attard lejn l-Imrieħel. Dan l-arranġament ġdid qed jelimina d-djuq fi Triq l-Imdina, fl-inħawi ta’ Ħal Warda, fejn żewġ korsiji jingħaqdu f’waħda bejn djar u binjiet oħrajn fuq iż-żewġ naħat, bil-konsegwenza li jikkaġunaw dewmien u tniġġis tal-arja eċċessiv fil-qalba ta’ din il-lokalità. Iż-żewġ korsiji ġodda jibdew mit-tarf tal-Bypass tal-Imrieħel, jevitaw il-junction bis-sistema ta’ traffic lights li hemm ħdejn l-uffiċini tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) u l-junction bejn Triq l-Imdina u Vjal De Paule (l-inħawi ta’ Ġnien San Anton), kif ukoll il-qalba ta’ Ħ’Attard, qabel ma jerġgħu jingħaqdu ma’ Triq l-Imdina fl-inħawi ta’ Wied Inċita (ħdejn l-Isptar Monte Carmeli). Tul ir-rotta, il-korsiji ġodda jevitaw ukoll junction oħra bis-sistema ta’ traffic lights fil-qalba ta’ Ħ’Attard. B’riżultat t’hekk, Infrastructure Malta tfiet is-sistemi kollha ta’ traffic lights f’din ir-rotta mill-Imrieħel lejn Ħ’Attard. Il-konnessjonijiet ta’ din it-triq ma’ toroq oħrajn li qabel kienu kkontrollati b’dawn it-traffic lights issa qegħdin magħqudin b’korsiji diretti għal aktar sigurtà. Fl-istess ħin, it-traffic lights li fadal fid-direzzjoni opposta issa jistgħu jiġu operati b’iżjed effiċjenza, biex ikompli jonqos il-ħin tal-ivvjaġġar. Taħt il-wiċċ tat-triq ġdida, Infrastructure Malta għaddiet 10 kilometri ta’ sistemi ġodda għas-servizzi taħt l-art. Eventwalment, meta jitlestew ix-xogħlijiet kollha tal-proġett, Infrastructure Malta se ssaħħaħ din it-triq ġdida bl-aħħar saff ta’ polymer modified asphalt, li huwa materjal aktar b’saħħtu li jservi iżjed u jirreżisti aktar għat-tibdil fit-temperatura. L-aġenzija introduċiet dan it-tip t’asfalt fit-toroq arterjali f’Malta aktar kmieni din is-sena. Meta jitlesta l-proġett, it-triq ġdida b’żewġ korsiji se tiġi estiża sa Ta’ Qali, biex tingħaqad mar-roundabout li hemm fil-bidu tat-Telgħa tas-Saqqajja. Waqt li tkun qed tibni aktar korsiji ġodda bħala parti minn dan il-proġett, Infrastructure Malta mbagħad se ttejjeb ukoll ir-rotta minn Ta’ Qali lejn l-Imrieħel u tneħħi wkoll it-traffic lights li għad hemm f’din ir-rotta. Permezz ta’ dan il-proġett, l-aġenzija bħalissa qed tibni wkoll dik li se tkun l-itwal korsija għar-roti u l-mixi fiż-żewġ direzzjonijiet f’pajjiżna. Il-periti tal-aġenzija ddisinjaw il-karreġġjata ġdida b’mod li jkollha l-inqas impatt possibbli fuq l-inħawi residenzjali fil-qrib. Din it-triq ġdida hija mifruda minn tliet toroq residenzjali li hemm viċin, Triq Ferdinandu Inglott, Triq Oliver Agius u Triq Tumas Chetcuti, b’faxxa mħaddra bis-siġar u pjanti, u b’parti oħra mill-korsija ġdida għar-roti u l-mixi. Barra minn hekk, Infrastructure Malta bniet il-parti l-kbira tat-triq ġdida f’livell aktar baxx, madwar sular taħt it-tliet toroq residenzjali, biex tnaqqas ukoll drastikament l-impatt viżiv tagħha. Qed tibni wkoll mill-ġdid dawn it-tliet toroq residenzjali b’bankini ġodda, sistemi tas-servizzi taħt l-art u faċilitajiet oħrajn. Il-kuntratturi tal-proġett se jlestu x-xogħlijiet li qegħdin isiru f’dawn it-toroq residenzjali fil-ġimgħat li ġejjin. F’dak li jirrigwarda kumpens, Infrastructure Malta għaddiet it-tagħrif lill-Awtorità tal-Artijiet biex isiru l-ħlasijiet dovuti. Aktar dettalji dwar dawn il-ħlasijiet jistgħu jinkisbu mill-istess awtoritajiet.

Ħ'Attard — Triq Oliver Agius u Ferdinand Inglott aċċessibbli għall-ambulanzi

Question

Jista' l-Ministru jagħti garanzija li minħabba d-dewmien fis-service road għar-residenti f'toroq Oliver Agius u Ferdinand Inglott f'Ħ'Attard fost oħrajn ikunu aċċessibbli għall-ambulanzi f'każ ta' bżonn? Ta' min jgħid li t-toroq mimlija trab b'gandotti kbar.

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li Central Link Project huwa investiment ta’ €55 miljun biex inaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar, ir-riskji t’aċċidenti u t-tniġġis ikkaġunat mill-konġestjoni tul il-ħolqa ta’ rotot arterjali prinċipali fiċ-ċentru ta’ Malta, waqt li joħloq spazji aktar siguri għal mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi f’din il-parti tal-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali. Ix-xogħlijiet bdew f’Jannar u l-proġett huwa mfassal fuq pjanijiet li kienu parti mill-Pjan Lokali għaċ-Ċentru ta’ Malta tal-2006, li diġà kien identifika l-konġestjoni fi Triq l-Imdina, Triq in-Nutar Zarb u toroq oħrajn fil-madwar bħala problema kbira għal Ħ’Attard u lokalitajiet oħrajn fil-viċin. Infrastructure Malta tejbet il-pjanijiet tal-2006 biex trendihom aktar effiċjenti u sostenibbli għal aktar tul ta’ żmien u biex tnaqqas l-impatti mhux mixtieqa fuq l-art tal-madwar. Fl-istess waqt, żiedet ukoll infrastruturra ġdida għal dawk li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku jew jivvjaġġaw bil-mixi jew bir-rota, faċilitajiet li bħalissa huma kważi ineżistenti f’din iż-żona. It-Transport Master Plan 2025 tal-pajjiż ukoll jelenka l-importanza ta’ dan l-investiment, waqt li jidentifika r-rotta bejn Triq l-Imdina u Triq in-Nutar Zarb bħala t-12 minn 29 intervent kruċjali li jeħtieġ isiru b’mod urġenti għal aktar sigurtà u effiċjenza fit-toroq ewlenin ta’ pajjiżna li jagħmlu parti min-network TEN-T tal-Unjoni Ewropea. Il-proġett se jnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar bin-nofs billi jinbnew mill-ġdid 13-il junction, jitneħħew erba’ sistemi ta’ traffic lights u jiżdiedu aktar minn seba’ kilometri f’korsiji ġodda tul din ir-rotta ta’ 4.3 kilometri. Se jintroduċi wkoll diversi faċilitajiet għall-mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi, fosthom aktar minn 10 kilometri f’passaġġi siguri għall-mixi, faċilitajiet maqtugħin mit-triq biex taqsam minn naħa għall-oħra, faċilitajiet aħjar għal dawk li jivvjaġġaw b’tal-linja u l-itwal korsija għar-roti mifruda mit-triq li se jkun hawn fil-pajjiż u li se tgħaqqad l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali. Matul ir-rotta tal-proġett, Infrastructure Malta se tiżviluppa wkoll aktar minn 24,000 metru kwadru f’żoni ġodda msebbħin bis-siġar u l-pjanti. L-istudji dwar il-kwalità tal-arja li saru minn esperti indipendenti matul l-istadju tal-ippjanar tal-proġett juru li bl-eliminazzjoni tal-konġestjoni ta’ bħalissa fit-toroq u l-junctions fl-inħawi, dan l-investiment se jwassal għal titjib kbir fil-kwalità tal-arja f’diversi żoni residenzjali tal-madwar fl-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard. Fil-fatt, il-proġett se jwassal għal tnaqqis fil-materja partikolata (trabijiet fini) sa 66% sal-2030, anke meta tikkunsidra ż-żidiet fil-ħtiġijiet tal-ivvjaġġar fil-futur. Bl-istess mod, l-emissjonijiet tad-dijossidu tan-nitroġenu jonqsu b’41%. Il-materja partikulata u d-dijossidu tan-nitroġenu huma l-iżjed żewġ fatturi prinċipali tat-tniġġis mill-vetturi, u waħda mill-kawżi ewlenin ta’ mard respiratorju. Fl-aħħar ġimgħa ta’ Settembru, Infrastructure Malta fetħet l-ewwel triq ġdida ta’ Central Link Project, karreġġjata b’żewġ korsiji li tevita tliet junctions tat-traffic lights biex tipprovdi rotta eħfef u aktar sigura mill-Imrieħel sal-inħawi ta’ Wied Inċita, f’Ħ’Attard, lejn Ta’ Qali. Malli l-aġenzija fetħet din ir-rotta ġdida, iż-żewġ korsiji fi Triq iż-Żagħfran, Triq in-Nutar Zarb u parti minn Triq l-Imdina, f’Ħ’Attard, li kienu jagħtu fl-istess direzzjoni issa qed iservu biex tmur fid-direzzjoni opposta, minn Ta’ Qali lejn l-Imrieħel. B’hekk, permezz ta’ dan it-tibdil, Infrastructure Malta żiedet ukoll it-tieni korsija minn Ħ’Attard lejn l-Imrieħel. Dan l-arranġament ġdid qed jelimina d-djuq fi Triq l-Imdina, fl-inħawi ta’ Ħal Warda, fejn żewġ korsiji jingħaqdu f’waħda bejn djar u binjiet oħrajn fuq iż-żewġ naħat, bil-konsegwenza li jikkaġunaw dewmien u tniġġis tal-arja eċċessiv fil-qalba ta’ din il-lokalità. Iż-żewġ korsiji ġodda jibdew mit-tarf tal-Bypass tal-Imrieħel, jevitaw il-junction bis-sistema ta’ traffic lights li hemm ħdejn l-uffiċini tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) u l-junction bejn Triq l-Imdina u Vjal De Paule (l-inħawi ta’ Ġnien San Anton), kif ukoll il-qalba ta’ Ħ’Attard, qabel ma jerġgħu jingħaqdu ma’ Triq l-Imdina fl-inħawi ta’ Wied Inċita (ħdejn l-Isptar Monte Carmeli). Tul ir-rotta, il-korsiji ġodda jevitaw ukoll junction oħra bis-sistema ta’ traffic lights fil-qalba ta’ Ħ’Attard. B’riżultat t’hekk, Infrastructure Malta tfiet is-sistemi kollha ta’ traffic lights f’din ir-rotta mill-Imrieħel lejn Ħ’Attard. Il-konnessjonijiet ta’ din it-triq ma’ toroq oħrajn li qabel kienu kkontrollati b’dawn it-traffic lights issa qegħdin magħqudin b’korsiji diretti għal aktar sigurtà. Fl-istess ħin, it-traffic lights li fadal fid-direzzjoni opposta issa jistgħu jiġu operati b’iżjed effiċjenza, biex ikompli jonqos il-ħin tal-ivvjaġġar. Taħt il-wiċċ tat-triq ġdida, Infrastructure Malta għaddiet 10 kilometri ta’ sistemi ġodda għas-servizzi taħt l-art. Eventwalment, meta jitlestew ix-xogħlijiet kollha tal-proġett, Infrastructure Malta se ssaħħaħ din it-triq ġdida bl-aħħar saff ta’ polymer modified asphalt, li huwa materjal aktar b’saħħtu li jservi iżjed u jirreżisti aktar għat-tibdil fit-temperatura. L-aġenzija introduċiet dan it-tip t’asfalt fit-toroq arterjali f’Malta aktar kmieni din is-sena. Meta jitlesta l-proġett, it-triq ġdida b’żewġ korsiji se tiġi estiża sa Ta’ Qali, biex tingħaqad mar-roundabout li hemm fil-bidu tat-Telgħa tas-Saqqajja. Waqt li tkun qed tibni aktar korsiji ġodda bħala parti minn dan il-proġett, Infrastructure Malta mbagħad se ttejjeb ukoll ir-rotta minn Ta’ Qali lejn l-Imrieħel u tneħħi wkoll it-traffic lights li għad hemm f’din ir-rotta. Permezz ta’ dan il-proġett, l-aġenzija bħalissa qed tibni wkoll dik li se tkun l-itwal korsija għar-roti u l-mixi fiż-żewġ direzzjonijiet f’pajjiżna. Il-periti tal-aġenzija ddisinjaw il-karreġġjata ġdida b’mod li jkollha l-inqas impatt possibbli fuq l-inħawi residenzjali fil-qrib. Din it-triq ġdida hija mifruda minn tliet toroq residenzjali li hemm viċin, Triq Ferdinandu Inglott, Triq Oliver Agius u Triq Tumas Chetcuti, b’faxxa mħaddra bis-siġar u pjanti, u b’parti oħra mill-korsija ġdida għar-roti u l-mixi. Barra minn hekk, Infrastructure Malta bniet il-parti l-kbira tat-triq ġdida f’livell aktar baxx, madwar sular taħt it-tliet toroq residenzjali, biex tnaqqas ukoll drastikament l-impatt viżiv tagħha. Qed tibni wkoll mill-ġdid dawn it-tliet toroq residenzjali b’bankini ġodda, sistemi tas-servizzi taħt l-art u faċilitajiet oħrajn. Il-kuntratturi tal-proġett se jlestu x-xogħlijiet li qegħdin isiru f’dawn it-toroq residenzjali fil-ġimgħat li ġejjin. Sadanittant, l-aċċess għall-vetturi ta’ emerġenza qed ikun possibbli min-naħa ta’ Triq Oliver Agius.

Ta’ Qali – rranġar tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li jiġu rranġati t-toroq ġewwa Ta' Qali speċjalment fejn jarma l-monti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjina jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fiż-żona ta’ Ta’ Qali l-aġenzija qed twettaq pjan ta’ titjib li jinkludi diversi toroq li hemm fl-inħawi bħala soluzzjoni sostenibbli biex aktar persuni jkunu jistgħu jgawdu dawn l-inħawi f’sigurtà, b’mod partikolari r-residenti Mostin, li bħalissa biex jaslu bil-mixi lejn il-ġonna u faċilitajiet oħrajn f’Ta’ Qali jridu jgħaddu minn toroq perikolużi li ma fihom ebda bankini jew infrastruttura oħra sigura għalihom. Dan il-pjan sar bi ftehim mal-Kunsill Lokali u mal-awtoritajiet rispettivi wara li ġew ikkonsultati dawk kollha konċernati. Żewġ toroq li qed isir titjib fihom bħalissa f’din iż-żona huma Triq San Pawl tal-Qliegħa u Triq Durumblat li kienu ta’ periklu għal dawk li jkunu għaddejjin f’dawn l-inħawi bil-mixi għax fil-biċċa l-kbira tagħhom lanqas biss kien hemm bankini waqt li l-karreġġjati tal-karozzi saħansitra jvarjaw fil-wisgħa. Għalhekk kien jeħtieġ li jigu ddisinjati mill-ġdid biex fost titjib ieħor il-karreġġjati jkunu standard u jinħolqu rotot kontinwi siguri għall-mixi bl-introduzzjoni ta’ bankini fuq iż-żewġ naħat. Għaldaqstant, permezz ta’ dan il-proġett, qed tingħata prijorità lil ħafna persuni li mill-Mosta u lokalitajiet oħrajn viċin imorru bil-mixi lejn l-inħawi ta’ Ta’ Qali. Il-pjan minn Infrastructure Malta jinkludi wkoll li fl-istess żona jsiru żewġ roundabouts, waħda ma’ Triq Pantar u oħra ma’ Triq il-Kbira, kif ukoll jitranġaw aktar toroq fl-inħawi biex ikunu aktar siguri għal kull min jużahom, filwaqt li jagħtu aktar opportunitajiet għal mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi. Dan se jkun aktar importanti fid-dawl tal-fatt li fiż-żmien li ġej f’dawn l-inħawi ser ikollna Park Nazzjonali ġdid li qed jiġi żviluppat mill-Gvern f’Ta’ Qali wkoll. Barra minn hekk, Infrastructure Malta qed twettaq is-Central Link Project, li huwa investiment ewlieni li se nwettqu biex intejbu l-kwalità, is-sigurtà, s-sostenibilità u l-effiċjenza fir-rotta arterjali li testendi mill-Bypass tal-Imrieħel, tul Triq l-Imdina f’Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard, sar-roundabout li hemm fil-bidu tat-Telgħa tas-Saqqajja, fl-inħawi ta’ Ta’ Qali. Il-ħin tal-ivvjaġġar f’dan in-netwerk ta’ toroq fiċ-ċentru tal-pajjiż għandu jonqos bin-nofs. Ser jonqos l-ammont ta’ persuni li jkollhom jgħaddu minn toroq residenzjali fl-inħawi biex jippruvaw jaslu aktar malajr. B’hekk ser igawdu mhux biss il-lokalitajiet ta’ Ħal Balzan u Ħ’Attard, iżda wkoll oħrajn viċin bħal Ħal Lija u Birkirkara. Nixtieq nżid ukoll li parti mill-proġett tal-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali, li qed jitwettaq mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, jinkludi r-riġenerazzjoni u l-organizzazzjoni tas-Suq tal-Bdiewa. Dan se jkun proġett ħolistiku li jinkludi parkeġġ organizzat, tined permanenti li joffru kenn mill-elementi lill-bejjiegħa u l-prodotti taghhom, kif ukoll lix-xerrejja. Se jiġu pprovduti servizzi sanitarji ġodda għax bħalissa kull ma hemm huma ‘mobile toilets’. Se jkun hemm inkluż ukoll żona ta’ rikreazzjoni u faċilitajiet kummerċjali żgħar li jippromwovu l-prodott lokali. Filwaqt li ż-żona se tkun mgħammra bl-aktar servizzi ta’ dawl moderni, it-toroq tal-madwar se jkunu asfaltati u l-bankini pavimentati.

Community Police

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm sar investiment sabiex jitwaqqaf il-Community Police? Kemm hemm pulizija involuti f’dan is-servizzi? X’tip ta’ taħriġ ingħataw dawn il-pulizija li qegħdin assenjati f’dan is-servizz u meta sar dan it-taħriġ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bħalissa hemm tmienja u għoxrin (28) membru tal-Korp li qed jagħmlu xogħol relatat ma’ Community Policing f’diversi lokalitajiet ġewwa Malta. Relatat ma’ dan ix-xogħol l-istess membri ngħataw taħriġ dwar Community Skills for Community Police, fix-xhur ta’ Awwissu 2019, Lulju 2020 u Awwissu 2020. Taħriġ dwar l-istess suġġett ingħata wkoll minn servizz ta’ Pulizija fir-Renju Unit f’Novembru 2019, lil xi uffiċjali marru fl-istess pajjiż. Rigward investiment/spejjeż sabiex jitwaqqaf il-Community Police li għadu fi stadju ta’ espansjoni, sal-lum saret nefqa ta’ madwar mija u erbgħa u erbgħin elf (144,000) ewro.
Leg 13 PQ #16570 Sitting 373 2020-10-19 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – Persuni b’diżabilità

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15985, jista’ l-Prim Ministru issa jindikalna kemm hemm persuni b’diżabilità li jaħdmu fis-servizz pubbliku u jekk hemmx pjan li jiġu ingaġġati iktar?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li ċ-ċifra tal-persuni b’diżabilità li jaħdmu fis-servizz pubbliku hija ta 3.3% tal-impjegati kollha fl-istess servizz. Din ir-rata hija 1.3% aktar mill-minimu kif stipulata bil-ligi.

Inkjesti li ilhom aktar minn sitt snin pendenti

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16397, jista’ l-Ministru jindika x’sar f’dawn l-aħħar tliet snin u x’qiegħed isir issa sabiex inkjesti li ilhom ħafna pendenti jiġu mitmuma għall-benefiċċju taċ-ċittadini tagħna?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar l-inkjesti li ilhom aktar minn sitt snin pendenti, jiena bħala Ministru risponsabbli mill-Ġustizzja dejjem sostnejt, anke fid-dominju pubbliku, li dan mhux aċċettabbli, speċjalment għal dawk iċ-ċittadini li jkunu qed jistennew l-eżitu ta’ xi inkjesta sabiex jasserixxu jeddijiet tagħhom. Il-Ministru huwa konsopevoli tal-fatt li din hija l-pożizzjoni wkoll tal-Prim Imħallef preżenti li għamilha ċara li dawn l-inkesti Maġisterjali għandhom jiġu konklużi. Huwa informat ukoll li l-Avukat Ġenerali qed imexxi skont dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali fl-istess direzzjoni.

Ommijiet Xebbiet reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14747 u jindika kemm hawn ommijiet xebbiet irreġistrati fil-preżent u kemm minnhom jaħdmu? Kemm għandhom tfal u kemm minnhom huma f’riskju ta’ faqar jew qegħdin fil-faqar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.

Studenti li kienu assenti mill-iskola mingħajr raġuni – multa lill-ġenituri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14748, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoe: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14747, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ġenituri li weħlu multa għax naqsu li jibagħtu lit-tfal tagħhom fis-snin imsemmija f’din il-mistoqsija? Kemm kienet il-multa li huma weħlu u kemm minn dawn il-multi ġew imħallsa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Bi tweġiba għal din il-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tajjeb ngħid li din hija l-informazzjoni kollha li setgħet tingħata mill-Ministeru tiegħi.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – residenti li qed jagħmlu programm ta’ riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il resident tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin qed jagħmlu programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga? Kemm minnhom huma nisa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li bħalissa hemm 16-il priġunier li qed jagħmlu programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga u tnejn minnhom huma nisa.

United Nations Convention for the Rights of Persons with Disability Act

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema proċess waslet il-‘United Nations Convention for the Rights of Persons with Disability Act’?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ninsabu għaddejjin b’diskussjonijiet interni fir-rigward il-United Nations Convention for the Rights of Persons with Disability Act.