Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies ta’ ’l fuq minn 65 sena li għadhom jaħdmu, jew qegħdin fuq il-payroll tal-Gvern u kemm minnhom huma persons of trust?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li huma tmienja l-persons of trust fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru li huma l-fuq minn 65 sena li għadhom jaħdmu u l-ebda wieħed minnhom ma hu uffiċjal pubbliku.
Żwiġijiet bir-reġistru bejn koppji tal-istess sess
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16922 u jelenka sena b’sena kemm kien hemm żwiġijiet bir-reġistru mill-2017 ‘l hawn bejn koppji tal-istess sess?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żwiġijiet tal-istess sess f’Malta mill-2017 sal-lum, huma kif indikat fit-tabella hawn taħt.
Sena
Ż
wiġijiet bir-reġistru mill-2017 ‘l hawn bejn koppji tal-istess sess
2017
7
2018
63
2019
78
2020
27
L-ammonti indikati ma jinkludux żwiġijiet fil-gżira Għawdxija. Ir-reġistru pubbliku ta’ Għawdex huwa responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex.
Pandemija – għajnuna finanzjarja għal min ma jiflaħx iħallas kera
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16978, 16759 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u 16585 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid hux se tingħata għajnuna finanzjarja għal min ma jiflaħx iħallas kera minħabba l-pandemija? Jekk se tingħata, kif se tingħata, u mil-liema xahar sa meta se tingħata u kemm se jkunu l-ammonti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16242 u jgħid konkretament x’inhuma l-pjanijiet sabiex isir Ċentru ta’ Servizz għall-Familji (Family Resource Centre)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraff lill-Onor. Interpellant li, l-Aġenzija ta’ Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità (ACTS) fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS), għandha numru ta’ Ċentri għall-Familji fil-Komunità madwar Malta, speċifikament fil-Qawra, fil-Mosta, fl-Imsida, fil-Belt Valletta, fil-Birgu, f’Santa Luċija, f’Ħal-Qormi, f’Ħal-Kirkop u f’Marsaskala, kif ukoll ġewwa Marsalforn u r-Rabat, Għawdex. Il-funzjoni ta’ dawn iċ-Ċentri hija reġjonali, għaldaqstant isservu il-lokalitajiet tal-madwar ukoll.
Minn dawn iċ-ċentri, l-Aġenzija toffri is-servizz ta’ social work u mentoring li huma mibnija fuq il-prinċipji ta’żvillup tal-komunità.
Permezz ta’ din il-ħidma, qed niżguraw li jintlaħaq l-għan prinċipali li l-familji u komunitajiet ikollhom kwalità ta’ ħajja aħjar mibnija fuq is-sisien ta’ żvillup soċjali sostenibbli. Il-qofol tal-ħidma soċjali fil-komunità jintlaħaq billi jiġu ndirizati problemi soċjali li jkunu qed itaqqlu il-ħajja ta’ tfal, familji u individwi oħra fil-komunita’.
Is-servizzi huma mibnija fuq filosofija iffukata fuq il-klijent, fil-kuntest tal-komunita’ li jgħix fiha. Għaldaqstant, minn kull ċentru issir ħidma favur tisħiħ tan-networks soċjali u billi jsir użu minn servizzi u riżorsi li jeżistu fil-komunita’ bħala mezz effettiv ta’ kif jinstabu soluzzjonijiet li jkunu addattati għall-kommunitajiet rispettivi. Permezz tal-community development workers jinbnew ukoll partnerships mar-residenti u gruppi importanti għall-komunita’ filwaqt li jħaddnu u jixprunaw kull opportunita’ mibnija fuq ġustizzja soċjali, ugwaljanza u inklużjoni.
Is-servizzi mill-professjonisti jingħataw permezz ta’ pjan ta’ kura (care plan), bi qbil bejn il-partijiet nvoluti. Dan iservi bħala pjan ċar ta’ x’inhu mistenni minn kulħadd filwaqt li jpoġġi miri speċifici ta’ fejn wieħed irid jasal hekk kif ikun indikat mill-eżerċizzju tal-assesjar. Il-pjan ta’ kura jkun iffirmat kemm mill-klijent u l-professjonisti, u jkun marbut b’data ta’ tlestija. Kopja tal-pjan tingħata lill-klijent.
Is-servizzi tal-Aġenzija huma mibnija fuq perspettivi innovattivi u multi-dixxiplinarji. Fejn il-bżonnijiet li jirrikjedu għajnuna speċjalizzata ikunu riferuti għas-servizz kkonċernat. Ix-xogħol tal-professjonisti m’huwiex limitat għal sessjonijiet ġewwa l-uffiċju, hekk kif isir kull sforz biex il-professjonisti jkunu barra fil-komunità u b’hekk isiru iktar aċċessibbli u parti mill-komunita’ stess. Is-social workers u l-mentors jattendu għall-visti fid-djar, jiltaqgħu ma’ professjonijiet oħra li jistgħu ukoll jgħinu fil-każ, kif ukoll jattendu għal laqgħat skont il-bżonn. Ikun hemm drabi meta l-klijenti jiġu akkumpanjati għal xi visti li jkunu importanti bħal sptar jew laqgħat tal-iskola.
L-Aġenzija toffri wkoll il-Home-Based Therapeutic Services (HBTS). Dan huwa servizz terapewtiku mogħti fid-djar, fejn tim multidixxiplinarju ta’ professjonisti jipprovdu appoġġ terapewtiku lill-familja, tfal u individwi madwar Malta u Għawdex.
Il-Programm tal-‘Incredible Years’ huwa wieħed mill-pilastri tal-HBTS u parti integrali mix-xogħol li jsir fil-komunità. Dan il-programm, jaħdem abbażi ta’ evidenza, fil-prevenzjoni u t-trattament ta’ mġieba problematika fit-tfal u diffikultajiet fit-trobbija. Dan is-servizz filwaqt li joffri servizzi fiċ-Ċentri kollha tal-Aġenzija, għandu wkoll ċentri fil-Fgura u fil-Għargħur.
Kull servizz huwa marbut ma’ kejl tal-eżitu sistematiku (outcome measures) li jwassal għal evalwazzjoni ta’ kemm is-servizz qed ikun effettiv u relevanti għall-familja jew klijent partikolari, kif ukoll ikun indikattiv ta’ x’hemm bżonn isir ‘ il quddiem.
Il-kejl ta’ eżitu huwa għodda konkreta u mportanti għat-tfassil ta’ servizzi ġodda mill-Aġenzija. Ta’ min isemmi li bħalissa, fost l-oħrajn, qed naħdmu biex ikollna preżenza fil-komunita’ ta’ Ħaż-Żabbar. Il-pjan tal-Aġenzija hu li nkomplu naħdmu sabiex fil-futur qarib, ikomplu jinfetħu aktar Ċentri għall-Familji fil-Komunità, sabiex dejjem inkunu qrib aktar tal-familji, fil-komunita’ tagħhom stess, jew jekk mhux ġewwa ir-raħal u l-lokalita’ tagħhom, madanakollu, inkunu qrib kemm jista’ jkun, fir-reġjun tagħhom.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16279 u jgħid kemm kien hawn immigranti rregolari jgħixu f'Malta mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din id-domanda? Jista' l-Ministu jgħid kemm minnhom ġew irrifjutati l-ażil? Kemm minnhom ġew ripatrijati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li mill-2013 sal-aħħar ta’ Awwissu kien hemm 2,977 deċiżjoni fejn it-talba għall-protezzjoni internazzjonali ġiet irrifjutata.
Minn dawn 1,255 talba kienu inammissibbli għax l-applikanti diġa’ kellhom protezzjoni internazzjonali minn stat membru ieħor tal-Unjoni Ewropea.
Huwa diffiċli wieħed jagħti figura eżatta ta’ kemm minn dawn il-persuni jkunu għandhom jgħixu Malta minħabba movimenti bejn stati membri tal-Unjoni Ewropea.
Għal parti tad-domanda dwar ripatriazzjoni ta’ immigranti ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 kien hemm 273 immigrant li ġew Malta bil-baħar u li kienu ripatrijati. Ta’ min jinnota wkoll li fl-istess perjodu kien hemm 1,274 li ġew rilokati lejn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16572 u 14747 u jindika kemm hawn ommijiet xebbiet irreġistrati fil-preżent u kemm minnhom jaħdmu? Kemm għandhom tfal u kemm minnhom huma f’riskju ta’ faqar jew qegħdin fil-faqar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 5,374 ommijiet xebbiet li qed jirċievu l-Allowance tat-Tfal li bejniethom għandhom 7,485 tifel u tifla. Minn dawn l-ommijiet, 3,025 qegħdin f’impjieg. Informazzjoni dwar kemm hemm ommijiet xebbiet f’riskju ta’ faqar tista’ tinkiseb mill-Uffiċċju Nazzjonali għall-Istatistika.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16701 u jelenka sena b’sena mill-2013 sal-lum, kemm hemm pazjenti fuq il-waiting list ta’ kull operazzjoni li ssir f’Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt li kien hemm żieda ta’ aktar minn 10,000 operazzjoni li saret bejn l-2012 (45,461) u l-2019 (56,181), l-waiting lists tas-snin msemmija għadhom qed jinġabru.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16704 u jgħid kemm hemm bħala numru, konsulenti mqabbdin mill-uffiċċju tiegħu, kemm jieħdu bħala rimunerazzjoni u kif ġew maħtura?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm tliet konsulenti mqabbdin mill-uffiċċju tiegħi fuq bażi ta’ persons of trust. Wieħed hu ngaġġat fuq Skala 3 u tnejn bħala part-timers fuq Skala 3 u Skala 12 pro-rata rispettivament.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16917 u jgħid kemm-il vettura ġiet ikkonfiskata u qiegħda fil-pussess tal-pulizija mill-2017 ‘l hawn?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi dwar konfiska ta’ vetturi mill-Qrati, l-Onor. Interpellant hu mitlub li jressaq din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat. Dwar vetturi maqbuda mill-Pulizija infurmat illi bejn Jannar 2017 u l-aħħar ta’ Ottubru 2020 l-ammont kien ta’ sebgħa mija u seba’ u sittin (767). Minnhom erba’ mija u sitta u tmenin (486) għadhom fil-kustodju tal-Pulizija għall-diversi skopijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15977 u jgħid kemm kien in-numru ta' single mothers b'aktar minn wild wieħed li rċevew benefiċċji soċjali bejn l-2017 u l-2019? Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' ulied u kemm ġew imħallsa f'benefiċċji?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu, dwar in-numru ta’ single mother’s b’aktar minn wild wieħed li rċevew benefiċċji soċjali fil-perijodu indikat minnhu, kif ukoll l-ispiża tal-istess benefiċċji mħallsa kienet kif ġej:
No. of
2017
2018
2019
Children
Single
Mother
Expenditure
Single Mothers
Expenditure
Single
Mother
Expenditure
2
959
€4,384,078.61
901
€4,164,998.62
851
€4,005,794.21
3
280
€1,518,208.52
295
€1,570,224.41
297
€1,578,575.16
4
81
€471,486.72
87
€496,483.03
81
€479,888.03
5
25
€158,392.35
31
€198,413.08
31
€201,711.69
6
4
€31,477.54
5
€38,942.75
7
€50,051.58
7
1
€8,395.01
1
€8,455.85
0
€0.00
8
0
€0.00
0
€0.00
1
€8,870.98
Total
1,350
€6,572,038.75
1,320
€6,477,517.74
1,268
€6,324,891.65
Ħaddiema li għaddew Medical Board u reġgħu bdew jaħdmu
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15986 u jgħid kemm hemm persuni li għaddew Medical Board mill-2013 sal-lum u kemm minnhom, jekk hemm, reġgħu bdew jaħdmu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li l-figuri tal-Medical Board kif annessi hawn taħt huma minn mindu l-istess bord beda jaqa’ taħt il-People & Standards Division fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru:
Sena
Persuni li għaddew
Medical Board
Re-instated
2018
39
2
2019
29
7
2020
18
3
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16034 u 15727 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet rifertua lilu u jgħid kemm mill-11,000 u fuqhom li huma bla xogħol huma rġiel u kemm nisa? Kemm minnhom għandhom iktar minn 50 sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni kollha mitluba ma tohrogx mill-istimi tal-LFS, izda minn statistika amministrattiva tal-NSO; fejn in-numru ta persuni li qed ifittxu xoghol skont il-Partijiet I u II tar-Registru tal-Qghad huma 3,385; kif johrog minn statistika ppubblikata mill-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika aggornata sa Settembru li ghadda.
Minn dawn 2,134 huma rgiel u 1,251 huma nisa.
Mit-total, 1,377 ghandom 45 sena u aktar.
Awtorità tal-Akkomodazzjoni Soċjali – Skema ‘Nikru biex Nassistu’
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16028 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15722, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità hiex tipproċessa l-applikazzjonijiet għal "Nikru Biex Nassistu"?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat li l-applikazzjonijiet qegħdin jiġu pproċessati skont il-lokalitajiet li hemm domanda għalihom mal-Awtorità tad-Djar abbażi tal-profiling exercise li kien sar u skont il-budget li l-Gvern għandu allokat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16226 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15978, jista' l-Minsitru jagħti statistika dwar rappreżentanza tal-partiti politiċi, u bilanċ bejn dawn, fuq programmi mxandra mill-PBS skont informazzjoni mogħtija lill-Awtorità tax-xandir?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2017 sa Lulju 2020 kien hemm 114 -il persuna mistiedna bejn Ministri u rappreżentanti tal-PL u 186 rappreżentanti tal-PN.
Il-Mosta — Skola Primarja A u B - Tfal assenti mingħajr raġuni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16918 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u jgħid kemm kien hemm tfal li assentaw ruħhom mingħajr raġuni fl-Iskola Primarja A u B tal-Mosta bejn l-2017 u 2019?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16924 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm inxtraw djar minn barranin mill-2017 sal-lum?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li skont ir-rekords tal-Awtorità tal-Artijiet, inxtraw żewġ propjetajiet minn barranin fil-perjodu kkonċernat.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Tfal taħt care order
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15718 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14795, jista’ l-Ministru issa jagħti risposta dwar in-numru ta’ tfal taħt care order f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Safar, Fuel u Hospitality - nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15752 u 12262 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12092, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f'kull Dipartiment, uffiċċju, Awtorità u entitajiet oħra kwalunkwe li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15759, 14792 u 14248 u jgħid x'nefqa saret għall-komunikazzjoni lill-media u reklamar, press conferences, u fuq facebook mill-2017 ’l hawn?