Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità – persuni b’diżabilità reġistrati minn Marsaskala u Żejtun

Question

Tista’ l-Ministru tindika kemm hemm persuni b’diżabilità reġistrati mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u li jgħixu fil-lokalitajiet ta’ Marsaskala u ż-Żejtun? Kemm minn dawn il-persuni għandhom diżabilità fiżika, intelletwali jew mentali?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ikun etikament inkorret jekk jiġi identifikat kemm jgħixu persuni b'diżabilità, speċjalment li d-data tiġi maqsuma mid-diżabilità. Dan skont artiklu 31 tal-Konvenzjoni ghad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità li jesigi li l-istatistika għandha tintuża għal għan wieħed BISS, biex tiġi assessjajta l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, xogħol li jsir mil-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità fl-irwoll tagħha ta' regolatur skont Artiklu 33 tal-istess konvenzjoni. Il-Konvenzjoni tesigi dwar l-importanza li statistika ta' dan it-tip ma għandiex tiġi mqassma mingħajr spjegazzjoni għal fejn qed tiġi użata.

Immigranti Irregolari — ażil

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16279 u jgħid kemm kien hawn immigranti rregolari jgħixu f'Malta mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din id-domanda? Jista' l-Ministu jgħid kemm minnhom ġew irrifjutati l-ażil? Kemm minnhom ġew ripatrijati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba parlamentari 17084.
Leg 13 PQ #17824 Sitting 413 2021-01-11 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika – rapport dwar il-qasam tas-saħħa mentali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar il-qasam tas-saħħa mentali?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ta’ Ċawla Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hux se jsiru lifts fil-blokka tal-flats Ta’ Ċawla, fir-Rabat Għawdex?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi fil-blokka tal-flats Ta’ Ċawla, Rabat Għawdex ser jiġu installati żewġ liftijiet li applikaw għalihom ir-residenti taħt l-iskema LFT.
Leg 13 PQ #17734 Sitting 412 2020-12-16 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ta’ Ċawla Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hux se jsiru lifts fil-blokka tal-flats Ta’ Ċawla, fir-Rabat Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #17735 Sitting 412 2020-12-16 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (PSC) mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm kien hemm każijiet li ngħataw deċiżjonijiet mill-PSC mill-2017 sal-lum?

Response (ABELA, ROBERT)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku hija entita Kostituzzjonali indipendenti. Ninfurma ukoll lill-Onor Interpellant li kull sena din l-Kummissjoni tippubblika rapport annwali li jitpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.

Kanċer tas-Sider u tal-Prostata

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mietu nisa bil-kanċer tas-sider mill-2019 sal-lum? Jista’ jgħid kemm kien hemm każijiet ġodda tal-kanċer tas-sider? Jista’ jgħid kemm kien hemm każijiet ġodda ta’ prostata fl-irġiel mill-2019 sal-lum?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2019 kien hemm 79 mara li mietet bil-kanċer tas-sider. Ninfurmah ukoll illi skont rakkomandazzjonijiet internazzjonali, l-istatistika ta’ każi ġodda ta’ kanċer tas-sider kif ukoll tal-prostata għal-2019, il-ġbir ta’ informazzjoni jkun kumplut biss 18-il xahar wara tmien ta’ din is sena biex b’hekk jiġi assigurat illi l-każijiet kollha jiġu notifikati, miġbura attivament, aċċerati, ikkodifikati u analizzati kif rakkomandat.

Servizzi Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’għajnuna soċjali tingħata lill-persuni li jbatu mill-marda tal-Parkinson’s li għandhom inqas minn 60 sena? Kemm hi l-għajnuna? Kemm persuni jirċievu din l-għajnuna? Xi kriterji jrid jissodisfa min ikun eleġibbli għal din l-għajnuna? Jista’ jgħid x’għajnuna soċjali tingħata lill-persuni li jbatu mill-marda tal-Fibromyalgia li għandhom inqas minn 60 sena? Kemm hi l-għajnuna? Kemm persuni jirċievu din l-għajnuna? Xi kriterji jrid jissodisfa min ikun eleġibbli għal din l-għajnuna?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #17763 Sitting 412 2020-12-16 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Wage Supplement – ħaddiema li ġew impjegati dan is-sajf

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17453 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex il-ħaddiema l-ġodda li ġew impjegati matul is-sajf ma kkwalifikawx għal wage supplement? Dawn il-ħaddiema se jitħallew jitkeċċew għax min iħaddimhom ma baqagħlux xogħol u m’għandux biex iħallsilhom il-paga? Għaliex il-wage supplement japplika biss għal dawk il-ħaddiema li kienu impjegati qabel ix-xhur tas-sajf? Dawn mhux ukoll għandhom familja, loans u dritt li jkollhom dħul?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Profiling/Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-profiling tal-applikanti? Jista’ jgħid kemm hija l-waiting list għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi l-eżerċizzju ta’ profiling wasal fl-aħħar stadju u fix-xhur li ġejjin se jkunu qegħdin jiġu ppubblikati r-riżultati li jinkludu l-aspett kwantitattiv u kwalittativ. Eżerċizzju ta’ profiling li huwa l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu għaliex huwa bbażat fuq l-esperjenzi tal-applikanti kollha għall-housing soċjali. Tajjeb li wieħed jinnota ukoll li s- social workers tal-Awtorità tad-Djar qegħdin iwettqu social assessment lill-familji/individwi li japplikaw għall-housing soċjali. Ninsab infurmat ukoll li l-lista ta’ stennija qegħda l-inqas li qatt kienet fl-aħħar snin, filfatt il-lista hija ta’ 2,420. Bit-tnaqqis fil-lista huwa indikazzjoni li l-politika li qegħdin naddottaw f’dan is-settur qegħda tagħmel id-differenza fil-ħajja tan-nies.

Reklami tal-junk food

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17450 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk huwiex il-waqt li jintroduċi leġiżlatura biex tirrestrinġi l-użu tar-reklami tal-junk food f’pajjiżna biex innaqsu mill-problema serja tal-obeżità?

Response (ABELA, CARMELO)

Kif naħseb jaf l-Onor. Interpellant din il-materja ġiet diskussa fil-Parlament xi ftit tal-ġimgħat ilu meta tressqu emendi għall-Att dwar ix-Xandir biex issir traspozizzjoni ta’ Direttiva Ewropea li tirregola s-servizzi tal-mezzi awdjoviżivi.

Powerstation/Tanker

Question

Peress li ntqal li l-qtugħ ta’ dawl nhar is-Sibt 28 ta’ Novembru 2020 kien ġej mill-Interconnector, tista’ l-Ministru tgħid x’użu għandhom il-power station u t-tanker?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bis-saħħa tal-impjanti tal-gass li baqgħu jaħdmu mingħajr problemi, u kif ukoll bis-saħħa tal-operat effettiv tas-sistema ta’ protezzjoni tan-network tad-distrubuzzjoni, ġiet evitata total shutdown. Eżatt wara li ġara l-inċident bdew joperaw numru ta’ magni li fil-ħin tal-inċident kienu standby. Ftit minuti wara ġew sinkronizzati l-magni ta’ ġenerazzjoni kollha li kien hemm bżonn sabiex setgħet terġa tiġi stabbilita l-provista tal-elettriku lill-konsumaturi Maltin u Għawdxin kollha f’ħin qasir.

Siti Storiċi Rabat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sit storiku ġewwa r-Rabat huwa aċċessibbli għall-pubbliku?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Tar-Rabat illi hemm tmien siti storiċi miftuħin għall-pubbliku. Dawn jaqgħu taħt ir-responsabbilta ta’ Heritage Malta, il-Parroċċa ta’ San Pawl, l-Arkivji Nazzjonali u l-privat. Dawn is-siti huma: · Katakombi ta’ San Pawl · Domvs Romana · Mużew ta’ Wignacourt · Katakombi ta’ San Katald · Casa Bernard · Kappella Ta’ Xerri · Kappella Ta’ Qasgħa · L-Isptar Santu Spirtu

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm repeat offenders fil-Facilità Korrettiva ta’ Kordin mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm hemm priġunieri jiskontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li r-residenza tagħhom kienet ir-Rabat, Ħaż-Żebbuġ, Ħad-Dingli, l-Imġarr Malta, Baħrija u l-Imtarfa? Jista’ jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol li tħabbar li tlesta f’Ta’ Kandja?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lil-Onor Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq l-mejda tal-kamra.

Djar Vojta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-akkommodazzjoni soċjali minn resident li joqogħdu r-Rabat, Ħaż-Żebbuġ, Ħad-Dingli, l-Imġarr Malta u l-Imtarfa? Jista’ jgħid kemm għandna djar vojta f'pajjiżna? Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm djar battala u kemm minnhom qegħdin għall-użu ta’ akkommodazzjoni socjali fir-Rabat, Ħaż-Żebbuġ, Ħad-Dingli, Imġarr Malta, Baħrija u Mtarfa?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi sal-11 ta’ Diċembru 2020, l-Awtorità tad-Djar għandha 128 applikazzjoni għall-Akkomodazzjoni Soċjali pendenti fil-lokalitajiet imsemmija minnu. L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat ukoll li proprjetà battala ma hemmx.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Tfal taħt care order

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17073 u 15718 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14795, jista’ l-Ministru issa jagħti risposta dwar in-numru ta’ tfal taħt care order f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Direttorat għall-Ħarsien tat-Tfal jgħarraf illi ħarġu 142 Ordinijet ta’ Ħarsien. Hu indikat illi mill-1 ta’ Lulju 2020 ħareġ biss Ordni wieħed ta’ Ħarsien, biss kien hemm sitt (6) applikazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Minorenni. Erbgħa (4) minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġu taħt il-proviżżjonijiet tal-Ordni ta’ Emerġenza.

Air Malta — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti tal-Air Malta? Kif inħatru? X’inhi r-remunerazzjoni tagħhom?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

MTA — konsulenti

Question

Jista’ jgħid min huma l-konsulenti tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA)? Kif inħatru? X’inhi r-remunerazzjoni tagħhom?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-Awtorità’ Maltija għat-Turiżmu qed tingħata konsulenza mingħand 11-il individwu/kumpanija. Dawn il-konsulenzi huma fuq diversi aspetti turistiċi fosthom opportunitajiet kummerċjali u żviluppi ta’ swieq turistiċi ġodda; u għajnuna fl-implimentazzjoni ta’ policies fost l-oħrajn. Il-ħlas totali tagħhom għal din is-sena, s’issa jammonta għal €278,028.

Anzjani/Persons of Trust 'il fuq minn 65 sena li għadhom jaħdmu

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni ta’ 'l fuq minn 65 sena li għadhom jaħdmu jew qegħdin fuq il-payroll tal-Gvern jew persons of trust fil-Ministeru jew Dipartimenti li jaqgħu taħtu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-entitajiet u d-dipartimenti fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa hemm 88 impjegat li għandu/għandha ‘l fuq minn 65 sena u li għadhom jaħdmu. Minn dawn hemm 57 li huma nursing staff u 18 professjonisti Mediċi.

Organizzazzjonijiet volontarji għas-saħħa – għajnuna finanzjarja

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17333, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm qed jingħataw għajnuna finanzjarja l-organizzazzjonijiet volontarji, jew NGOs, fil-qasam għas-saħħa fir-rigward ta’ kundizzjonijiet ta’ Fibromyalgia, ADHD, Parkinsons, Crohns Disease fost oħrajn?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Intepellant illi matul l-2019 ingħataw Ewro 1,596,591.86 f’għajnuna finanzjarja lill-diversi organizzazzjonijiet volontarji, jew NGOs. Dawn rendew lura diversi servizzi fostom korsijiet ta’ taħriġ fl-ewwel għajnuna, sapport u servizzi varji lill-pazjenti tagħna bħal akkomodazzjoni lill-pazjenti maltin li jkunu marru għal kura barra mill-pajji¿, akkomodazzjoni lill-pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali f’hostels, servizzi komunitarji lill-pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali, servizzi oħra li jingħataw lill dawk il-pazjenti li jkunu fl-isptar Mater dei, kif ukoll diversi servizzi u għajnuna lill-pazjenti li jkollhom il-marda tal-kanċer.